Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1902

1902/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1902/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)

ĠU L 328, 30.10.2004, p. 73–76 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 11–14 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1902/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1902/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-awtoritajiet ta’ Spanja ressqu talba għall-emendar taż-żona ġeografika fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Les Garrigues”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (2).

(2)

L-iskrutinju tat-talba wera li l-emendi proposti mhumiex minuri.

(3)

Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u billi l-emendi mhumiex minuri, il-proċedura tal-Artikolu 6 għandha tiġi applikata mutatis mutandis.

(4)

L-emendi proposti tqiesu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3).

(5)

Għaldaqstant, l-emendi għandhom jiġu rreġistrati u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi li jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati u ppubblikati skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1354/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 14).

(3)  ĠU C 187, 7.8.2003, p. 7 (Les Garrigues).


ANNESS I

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2081/92

Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini (L-Artikolu 9)

Nru tal-KE: ES/0070/24.01.1994

1.

Denominazzjoni rreġistrata: “Les Garrigues”

2.

Emendi mitluba:

Intestatura tal-ispeċifikazzjoni:

Image

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu tal-produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Kundizzjonijiet nazzjonali

Emenda/i:

It-tibdil jirrigwarda t-tkabbir taż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni sabiex tinkludi l-komuni li ġejjin:

Reġjun

Komun

Les Garrigues

Tarrès

El Segrià

Aitona (il-bqija)

Alcarràs

La Granja d'Escarp

Massalcoreig

Seròs (il-bqija)

Soses

Torres del Segre

F'dak li għandu x'jaqsam mar-rabta mal-ambjent tal-madwar (l-istorja, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, l-art u l-klima), iż-żona ġeografika mkabbra fiha l-istess grad ta’ omoġenjità bħalma kellha qabel it-tkabbir; hija konformi mal-elementi kollha essenzjali tal-ispeċifikazzjoni ta’ din id-denominazzjoni protetta tal-oriġini, imniżżla fir-reġistru Komunitarju tat-tkabbir taż-żebbuġ, u tipproduċi żejt taż-żebbuġa extraverġni bl-istess karatteristiċi bħaż-żejt protett.


ANNESS II

SINTEŻI KONSOLIDATA

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

“LES GARRIGUES”

Nru tal-KE: ES/0070/24.01.1994

DPO (X) IĠP ( )

Din is-sinteżi tiġbor fil-qosor l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni għal skopijiet informattivi biss. Għall-infomazzjoni kompluta, partikolarment għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DPO jew bl-IĠP kkonċernata, ara l-verżjoni kompluta tal-ispeċifikazzjoni, li tista' tinkiseb fuq livell nazzjonali jew mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura y Alimentación. Ministerio de Agricultura Pesca y Alimentación de España.

Indirizz

:

Po Infanta Isabel, 1, E- 28071 — Madrid

Telefon

:

(34-91) 347 53 94

Feks

:

(34-91) 347 54 10

2.   Grupp:

Isem

:

CONSEJO REGULADOR DE LA D.O.P. “LES GARRIGUES”

Indirizz

:

Complex la Caparrella 97 1a planta. 25192 Lleida

Telefon

:

973 28 04 70

Fax

:

973 26 04 27

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott: żejt verġni taż-żebbuġa — Klassi 1.5

Speċifikazzjoni: (sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2))

4.1.   Isem: “Les Garrigues”

4.2.   Deskrizzjoni:

Żejt taż-żebbuġa li jinkiseb mill-varjetajiet taż-żebbuġ “Arbeguina” u “Verdiell”. Aċidità ta' anqas minn 0.5°; indiċi ta’ perossidu: 15; umdità ta' anqas minn 0.1 %. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ żejt: iż-żejt b'togħma ta’ frott u ż-żejt ħelu. Iż-żejt b'togħma ta’ frott għandu lewn ħadrani u togħma tal-lewż morr. Iż-żejt ħelu għandu lewn isfar u togħma ħelwa.

4.3.   Żona ġeografika:

Din iż-żona tinsab fix-Xlokk tal-provinċja ta’ Lleida, u tinkludi l-komuni ta' Les Garrigues, El Segriá u L'Urgel. Il-komuni li jifformaw din iż-żona ġeografika huma dawn li ġejjin:

Reġjun

Komun

Les Garrigues

Albagés, l'; Albi, l'; Arbeca; Bellaguarda; Borges Blanques, les; Bovera; Castelldans; Cervià de les Garrigues; Cogul, el; Espluga Calba, l'; La Floresta; Fulleda; Granyena de les Garrigues; Granadella, la; Juncosa; Juneda (sal-limitu tat-triq minn Lleida sa Tarragona); Omellons, els; Pobla de Cérvoles, la; Soleràs, el; Tarrés;Torms, els; Vilosell, el; Vinaixa

El Segrià

Aitona; Alcanó; Alcarràs; Alfés; Almatret; Aspa; Granja d'Escarp, la; Llardecans; Maials; Massalcoreig; Sarroca de Lleida; Seròs; Soses; Sunyer (limitu tal-kanal ta’ Seròs); Torrebesses; Torres de Segre

L'Urgell

Belianes; Ciutadilla; Guimerà; Maldà; Nalec; Omells de Na Gaia, els; San Martí de Riucorb; Vallbona de les Monges; Verdú

4.4.   Prova tal-oriġini:

Iż-żejt jingħasar minn żebbuġ tal-varjetajiet awtorizzati, li joriġinaw mill-imsaġar taż-żebbuġ irreġistrati f'azjendi mniżżla taħt il-kontroll tal-Consejo regulador (Kunsill regolatorju).

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Iż-żejt jingħasar minn żebbuġ b'saħħtu u nadif, skont metodi ta’ estrazzjoni xierqa li ma jibdlu bl-ebda mod il-karatteristiċi tal-prodott.

4.6.   Rabta:

Il-ħamrija hija tat-tip kalkarju, ratba, ta’ konsistenza taflija u bil-ħama, lewn ħamrani skur jew safrani fil-kannella. Il-klima hija kontinentali. It-tkabbir, il-ħsad u l-produzzjoni huma kkontrollati.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem

:

Consejo Regulador D.O.“Les Garrigues”

Indirizz

:

Complex la Caparrella 97 1a planta. — E-25192 Lleida

Telefon

:

(34-973) 28 04 70

Fax

:

(34-973) 26 04 27

Il-kunsill regolatorju tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Les Garrigues” huwa konformi mal-istandard EN 45011.

4.8.   Tikkettar:

Tikketti awtorizzati mill-kunsill regolatorju, bil-kliem: Denominación de Origen “Les Garrigues” aceite virgen (Denominazzjoni tal-oriġini “Les Garrigues” żejt verġni taż-żebbuġa). It-tikketti ta’ wara jiġu nnumerati u jinħarġu mill-kunsill regolatorju.

4.9.   Rekwiżiti legali nazzjonali (fejn xieraq)

Ley 25/1970, de 2 de diciembre. Orden de 10 de mayo de 1987 por la que se reglamenta la Denominación de Origen “Borjas Blancas” y su Consejo Regulador. Orden de 9 de agosto de 1993 por la que se sustituye el nombre de la D.O. “Borjas Blancas” por el de D.O. “Les Garrigues”.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura — L-Unità “Politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli” — B-1049 Brussell.


Top