Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0920

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2004 tad-29 ta'April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2550/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż fir-rigward ta' skemi premium u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2419/2001 minħabba l-adeżjoni tar-Re pubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja għall-Unjoni Ewropea

    ĠU L 163, 30.4.2004, p. 92–93 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/920/oj

    32004R0920



    Official Journal L 163 , 30/04/2004 P. 0092 - 0093


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 920/2004

    tad-29 ta'April 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2550/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż fir-rigward ta' skemi premium u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2419/2001 minħabba l-adeżjoni tar-Re pubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja għall-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu.

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) Huma meħtieġa numru ta'aġġustamenti tekniċi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2550/2001 [1] minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja,l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "l-Istati Membri l-ġodda").

    (2) L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2550/2001 jippreskrivi li kull Stat Membru għandu jiffissa perjodu għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-premiums tan-nagħaġ u l-mogħoż. Minħabba li l-Istati Membri l-ġodda waslu biex jaċċedu għall-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, huma għandhom ikunu awtorizzati li jiffissaw orarju speċjali għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet premium fl-2004 u r-regoli dwar notifikazzjonijiet għandhom ikunu aġġustati.

    (3) L-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2550/2001 għandu jiġi emendat biex jagħti kont tal-merħliet tal-mogħoż ta' Ċipru, s-Slovenja u s-Slovakkja,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2550/2001 huwa b'dan emendat kif ġej:

    (a) Fl-Artikolu 2(2), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

    "Għall-2004, Malta u s-Slovenja jistgħu jiffissaw perjodu li jibda fid-data tal-bidu fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-2003 l-aktar kmieni u li jintemm l-aktar tard 31 jum wara."

    (b) Fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu li ġej huwa miżjud:

    "Fil-każ ta'malta u s-Slovenja, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi provduta qabel it-30 ta' Awissu 2004."

    (ċ) L-Anness I huwa sostitwit bit-test muri fl-Anness hawn mehmuż.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal u fid-data tal-bidu fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakkja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2307/2003 (ĠU L 342, tat-30.12.2003, p. 11).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS I

    Żoni eliġibbli għall-premium tal-mogħoż

    1. Ġermanja: iż-żoni kollha tal-muntanji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

    2. Greċja: il-pajjiż kollu

    3. Spanja: ir-reġjuni awtonomi ta' Andalusia, Aragon, il-Gżejjer Baleariċi, Castile-La Mancha, Castile-Leon, Catalonia, Extremadura, Galicia (bl-eċċezzjoni tal-Provinċji ta' La Coruña and Lugo), Madrid, Murcia, Rioja, il-Komunità Awtonoma ta' Valencia, u l-Gżejjer Canary u ż-żoni kollha tal-muntanji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-tegolament (KE) Nru 1257/1999 li jinsabu barra dawk ir-reġjuni

    4. Franza: Korsika, id-dipartimenti barranin u ż-żoni kollha tal-muntanji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li jinsabu barra dawk ir-reġjuni

    5. Italja: Lazio, Abruzzi, Molise, Campania, Apulia, Basilicata, Calabria, is-Siċilja u s-Sardinja u ż-żoni kollha tal-muntani skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 li jinsabu barra dawk ir-reġjuni

    6. Ċipru: il-pajjiż kollu

    7. Awstrija: iż-żoni kollha tal-muntanji skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

    8. Portugall: il-pajjiż kollu, bl-eċċezzjoni ta' l-Azores

    9. Slovenja: il-pajjiż kollu

    10. Slovakkja: iż-żoni kollha tal-muntani skond it-tifsira ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999

    "

    --------------------------------------------------

    Top