Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0821

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 821/2004 tas-26 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2003 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju kontra d-dumping impost fuq importazzjonijiet ta' silicon li joriġina fir-Russja

    ĠU L 127, 29.4.2004, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/821/oj

    32004R0821



    Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 821/2004

    tas-26 ta' April 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2229/2003 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju kontra d-dumping impost fuq importazzjonijiet ta' silicon li joriġina fir-Russja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma oġġetti ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [1] (ir-Regolament bażiku), u partikolarment l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsulenza,

    Billi:

    (1) Il-Kunsill, skond ir-Regolament (KE) Nru 2229/2003 [2], impona dazji definittivi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet li joriġinaw fir-Russja (ir-Regolament definittiv).

    (2) SKU LLC, Sual-Kremny-Ural u ZAO KREMNY, produtturi esportaturi li jikkoperaw flimkien fir-Russja, li jagħmlu parti mill-ażjenda tal-Grupp SUAL, flimkien mal-kummerċjant tagħhom, ASMP GmbH, fl-Isvizzera (SKU LLC, Sual-Kremny-Ural; ZAO KREMNY u ASMP GmbH huma minn hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa bħala l-kumpanija), offrew impriża aċċettabbli qabel il-publikazzjoni tas-sejbiet definittivi iżda fi stadju meta kien amministrattivament impossibli li tiġi inkluża l-aċċettazzjoni tagħha fir-Regolament definittiv.

    (3) Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2004/445/KE [3], aċċettat l-impriża offruta mill-kumpannija. Ir-raġunijiet ta' l-aċċettazzjoni ta' din l-impriża huma mniżżlin f'dik id-Deċiżjoni. Il-Kunsill jirrikonoxxi li l-offerta riveduta ta' l-impriża telimina l-effett inġurjuż tad-dumping u tnaqqas ir-riskju ta' ċirkumvenzjoni fil-forma ta' kompensazzjoni ma' prodotti oħra minn barra l-fruntieri.

    (4) Fid-dawl ta' l-aċċettazzjoni ta' l-impriża, huwa neċessarju li jinbidel ir-Regolament (KE) Nru 2229/2003 kif meħtieġ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2229/2003 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 għandu jerġa' jiġi numerat bħala l-Artikolu 3 u l-Artikolu 3 għandu jerġa' jiġi numerat bħala l-Artikolu 5;

    2. l-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:

    "L-Artikolu 2

    1. Importazzjonijiet dikjarati għal rilaxx ta' ċirkolazzjoni ħielsa minn kumpanniji li offrew impriżi aċċettati minn u msemmijin fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/445/KE [4] għandhom ikunu eżentati mid-dazji ta' kontra d-dumping imposti bl-Artikolu 1; bil-kondizzjoni li dawn ikunu prodotti, trasportati bil-baħar u dokumentati direttament mill-kumpanniji msemmijin għall-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità; u bil-kondizzjoni li dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati minn fattura kummerċjali li għandha għall-anqas l-elementi mniżżlin fl-Anness, u minn ċertifikat li jiddikjara l-analiżi kemikali ta' kull grad tal-prodott konċernat speċifikat fuq il-fattura kummerċjali.

    2. L-eżenzjoni mid-dazju għandha ssir ukoll fuq kondizzjoni li l-merkanzija ddikkjarata u preżentata fid-dwana tikkorrespondi preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura kummerċjali u taċ-ċertifikat ta' analiżi kemikali."

    3. l-Anness li ġej għandu jkun miżjud:

    "

    L-ANNESS

    L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja bejgħ ta' silicon lill-Komunità, li huma soġġetti għall-Impriża:

    1. L-intestatura "FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPRIŻA";

    2. l-isem tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 2(1) li toħroġ il-fattura kummerċjali;

    3. in-numru tal-fattura kummerċjali;

    4. id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali;

    5. il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu, l-merkanzija mniżżla fuq il-fattura għandha tkun eżentata mid-dazju fuq il-fruntieri tal-Komunità;

    6. id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, li tinkludi:

    - in-numru ta' kodiċi tal-prodott (PCN),

    - id-deskrizzjoni tal-merkanzija li tikkorrespondi mal-PCN,

    - in-numru ta' kodiċi tal-prodott tal-kumpannija (CPC),

    - il-kodiċi CN,

    - il-kwantità (f'tunnellati metriċi);

    7. id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, li tinkludi:

    - il-prezz kull tunnellata metrika,

    - it-termini applikabbli ta' pagamenti,

    - it-termini applikabbli ta' tqassim,

    - skontijiet u roħs totali;

    8. l-isem tal-kumpannija li qed timporta li għaliha l-fattura hija maħruġa direttament mill-kumpannija;

    9. l-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħarġet il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni li ġejja, iffirmata:

    "Jien, hawn taħt iffirmat/a, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta minn (isem il-kumpannija) għall-Unjoni Ewropea tal-merkanzija msemmija f'din il-fattura qed jiġi magħmul bl-iskop u taħt it-termini ta' l-Impriża offruta minn (isem il-kumpannija), u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea bid-(Deċiżjoni…). Jien niddikjara li l-informazzjoni prevista f'din il-fattura hija kompleta u korretta."

    "

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. Cowen

    [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.03.04, p. 12).

    [2] ĠU L 339, 24.12.03, p. 3.

    [3] Ara paġna 114 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [4] ĠU L 127, 29.04.04, p. 114.

    --------------------------------------------------

    Top