EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0781

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2004 tas-26 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar il-pagamenti li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trademarks u Disinji)

ĠU L 123, 27.4.2004, p. 85–87 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/03/2016; Impliċitament imħassar minn 32015R2424

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/781/oj

32004R0781



Official Journal L 123 , 27/04/2004 P. 0085 - 0087


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 781/2004

tas-26 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar il-pagamenti li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trademarks u Disinji)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993 fuq it-trademark tal-Komunità [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tieħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trademark tal-Komunità [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 fuq il-pagamenti li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni [3],

Billi:

(1) L-Artikolu 142 tar-Regoloment tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, "hawnhekk iżjed ‘il quddiem ir-Regolament", jipprovdi li l-ħlas għandu jiġi ntaxxat għall-applikazzjonijiet internazzjonali bażati fuq trademark tal-Komunità jew fuq applikazzjoni ta' trademark tal-Komunità ffajljata fl-Uffiċċju.

(2) L-Artikolu 154 ta' l-istess Regolament jipprovdi li għal konverżjoni ta' denominazzjoni tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni nazzjonali tat-trademark jew f'deskrizzjoni ta' l-Istati Membri taħt il-Ftehim ta' Madrid jew il-Protokoll ta' Madrid, l-Artikoli 108 sa 110 għandhom japplikaw mutatis mutandis, u b'mod partikolari l-Artikolu 109 paragrafu 1, jipprovdi li t-talba għal konverżjoni ma għandiex tkun maħsuba li hi ffajljata sakemm il-ħlas tal-konverżjoni jiġi mħallas.

(3) L-Artikolu 139 paragrafu 2 ta' dan ir-Regolament jipprovdi li l-ammonti ta' pagamenti li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju għandhom ikunu ffissati għall-livell li jiżgura li d-dħul ta' dawn huma biżżejjed għall-baġit tal-Uffiċċju biex ikun ibbilanċjat.

(4) L-Artikoli 11, 12 u 13 ta' dan ir-Regolament jipprovdu għall-pagamenti li għandhom jitħallsu lill-Bureau Internazzjonali skond ir-regoli ta' pagamenti tagħhom.

(5) L-Artikolu 139 paragrafu 3 ta' dan ir-Regolament jipprovdi li r-regolament fuq il-ħlas għandu jiġi emendat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 158.

(6) Il-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat fuq il-ħlas, Regoli fuq l-Implimentazzjoni u l-Proċedura tal-Bordijiet ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2869/95 fuq il-pagamenti li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 punt 20 għandu jinqara kif ġej:

"(in EUR) |

20.Il-ħlas għall-konverżjoni ta' applikazzjoni ta' trademark tal-Komunità (L-Artikolu 109(1), ukoll b'konġunzjoni mal-Artikolu 154(1); Regola 45(2), ukoll b'konġunzjoni mar-Regola 123(2))(a)f'applikazzjoni ta' trademark nazzjonali(b)f'denominazzjoni ta' Stati Membri taħt il-ftehim ta' Madrid jew il-Protokoll ta' Madrid | 200" |

2. Fl-aħħar ta' l-Artikolu 2, li ġej għandu jiġi miżjud:

"(in EUR) |

31.Ħlas għall-iffajljar ta' applikazzjoni internazzjonali fl-Uffiċċju (L-Artikolu 142(5)) | 300" |

3. Fl-Artikolu 2, 3(3) u 8(3)(b), referenzi għall-ECU għandhom jiġu mibdula b'referenzi għall-EUR.

4. L-Artikolu 6 għandu jinqara kif ġej:

"L-Artikolu 6

Muniti

Kull pagament, inkluż b'kull metodu ta' pagament permess mill-President b'mod konformi mal-Artikolu Article 5(2), għadu jsir f'EUR."

5. L-Artikoli 11, 12, 13 u 14 li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-Artikolu 10:

"L-Artikolu 11

Ħlas individwali għall-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Komunità Ewropea

1. L-applikant għall-applikazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Komunità Ewropea għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali pagament individwali għall-denominazzjoni tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2. It-titolar ta' reġistrazzjoni internazzjonali li jiffajlja talba għall-estensjoni territorjali li tiddenomina l-Komunità Ewropea magħmula sussegwentement għall-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali pagament individwali għall-denominazzjoni tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

3. L-ammont tal-ħlas taħt paragrafu 1 jew 2 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Svizzeri, kif stabbilit mid-Direttur General ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellattwali b'mod konformi mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim ta' Madrid u l-Protokoll, ta' l-ammonti li ġejjin:

(a) għal marka individwali: EUR 1875 biż-żieda, fejn applikabbli, ta' EUR 400 għal kull klassi ta' merkanzija jew servizzi li jeċċedu tlieta,

(b) għall-marka kollettiva kif imsemmija fir-Regola 121(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95: EUR 3675 biż-żjieda, ta' EUR 800 għal kull klassi ta' merkanzija jew servizzi li jeċċedu tlieta.

Artikolu 12

Ħlas individwali għall-rinnovament ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Komunità Ewropea

1. It-titolar ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenomina l-Komunità Ewropea għandu jkun meħtieġ li jħallas lill-Bureau Internazzjonali, bħala parti mill-pagamenti għall-rinnovament tar-reġistrazzjoni internazzjonali, pagament individwali għall-denominazzjoni tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 8(7) tal-Protokoll ta' Madrid.

2. L-ammont tal-ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ekwivalenti fi Franki Svizzeri, kif stabbilit mid-Direttur General ta' l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellattwali b'mod konformi mar-Regola 35(2) tar-Regolamenti Komuni taħt il-Ftehim ta' Madrid u l-Protokoll, ta' l-ammonti li ġejjin:

(a) f'każ ta' marka individwali: EUR 2300 biż-żjieda ta' EUR 500 għal kull klassi ta' merkanzija u servizzi li jkunu jinsabu fir-reġistrazzjoni internazzjonali li jeċċedu tlieta;

(b) f'każ ta' marka kollettiva kif imsemmija fir-Regola 124(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95: EUR 4800 biż-żjieda ta' EUR 1000 għal kull klassi ta' merkanzija u servizzi li jkunu jinsabu fir-reġistrazzjoni internazzjonali li jeċċedu tlieta.

Artikolu 13

Rifużjoni ta' pagamenti wara li ssir rifjut ta' protezzjoni

1. Fejn ir-rifjut huwa għal kull merkanzija u servizzi li jkunu jinsabu fid-denominazzjoni tal-Komunità Ewropea, l-ammont tal-ħlas li jiġi rifużjonat skond l-Artikolu 149(4) jew l-Artikolu 151(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 għandu jkun

(a) f'każ ta' marka individwali: EUR 1100 biż-żjieda ta' EUR 200 għal kull klassi ta' merkanzija u servizzi li jkunu jinsabu fir-reġistrazzjoni internazzjonali li jeċċedu tlieta;

(b) f'każ ta' marka kollettiva: EUR 2200 biż-żjieda ta' EUR 400 għal kull klassi ta' merkanzija u servizzi li jkunu jinsabu fir-reġistrazzjoni internazzjonali li jeċċedu tlieta.

2. Fejn ir-rifjut huwa biss għal parti waħda tal-merkanzija u servizzi li jkunu jinsabu fid-denominazzjoni tal-Komunità Ewropea, l-ammont tal-ħlas li jiġi rifużjonat skond l-Artikolu 149(4) jew l-Artikolu 151(4) tar-Regolament għandu jkun ekwivalenti għal 50 % tad-differenza tal-klassi ta' pagamenti li għandhom jitħallsu taħt l-Artikolu 11(3) u l-klassi ta' pagamenti ikollhom jitħallsu taħt l-Artikolu 11(3) ta' dan ir-Regolament jekk id-denominazzjoni tal-Komunità Ewropea tkun inkludiet biss dik il-merkanzija u servizzi li għalihom ir-reġistrazzjoni internazzjonali tibqa protetta fil-Komunità Ewropea.

3. Ir-rifużjoni għandha ssir meta l-komunikazzjoni lill-Bureau Internazzjonali skond ir-Regola 113(2)(b) sa (d) jew Regola 115(3)(b) sa (d) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 tkun ġiet maħruġa.

4. Ir-rifużjoni għandha ssir lit-titolar tar-registrazzjoni internazzjonali jew ir-rappresentant tiegħu.

Artikolu 14

L-Artikoli 1 sa 10 ma japplikawx għall-pagament individwali li għandu jiġi mħallas lill-Bureau Internazzjonali."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data fejn il-Protokoll ta' Madrid jidħol fis-seħħ rigward il-Komunità Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandhu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 11 of ta' l- 14.1.1994, p. 1.

[2] ĠU L 303, 15.12.1995, p. 1.

[3] ĠU L 303, 15.12.1995, p. 33.

--------------------------------------------------

Top