This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0659
Commission Regulation (EC) No 659/2004 of 7 April 2004 amending Regulation (EEC) No 1859/82 concerning the selection of returning holdings for the purpose of determining incomes of agricultural holdings
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi li jridu jagħtu prospett sabiex jiġi determinat id-dħul ta' l-azjendi agrikoli
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi li jridu jagħtu prospett sabiex jiġi determinat id-dħul ta' l-azjendi agrikoli
ĠU L 104, 8.4.2004, p. 95–96
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010
Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0095 - 0096
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 dwar l-għażla ta' azjendi li jridu jagħtu prospett sabiex jiġi determinat id-dħul ta' l-azjendi agrikoli IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta' Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar id-dħul u l-operat tan-negozju ta' l-azjendi agrikoli fil-Komunità Ekononika Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(5) u 6 [2] tiegħu, Billi: (1) Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 tas-7 ta' April 2004 li jemenda l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE f'dak li jirrigwardja il-lista tad-diviżjonijiet (2), f'dak l-Anness, id-diviżjoni unika "Belġju" kienet ġiet maqsuma fi tliet diviżjonijiet. In-numru ta' oqsma li jħejju prospetti għal kull diviżjoni fil-Belġju għandhom għalhekk ikunu introdotti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 [3]. (2) L-iżvilupp tat-twassil tad-data u l-proċeduri ta' kontroll waslu sabiex ir-rapport dwar l-implementazzjoni tal-pjan ta' l-għażla għal-oqsma li jħejju l-prospetti, kif referut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 issa sar mingħajr utilità. L-Artikolu 6 u l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandhom għalhekk ikunu mħassra. (3) Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jkun emendat kif xieraq. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta' l-Irziezet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 6 huwa mħassar. 2. L-Anness I huwa emendat b'konformità ma' l-Anness ta' dan ir-Regolament; 3. l-Anness II huwa mħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun japplika mis-sena tal-kontijiet 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 109, tat-23.6.1965, pġ. 1859/65. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2059/2003 (ĠU L 308, tal-25.11.2003, pġ. 1). [2] Ara l-paġna 97 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 205, tat-13.7.1982, pġ. 40. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1555/2001 (ĠU L 205, tal-31.7.2001, pġ. 21). -------------------------------------------------- ANNESS Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82, il-linja li tikkoċerna il-Belġju mibdula b'dan li ġej: | 'Il-Belġju | | 341 | Vlaanderen | 600 | 342 | Bruxelles-Brussel | — | 343 | Wallonie | 400' | --------------------------------------------------