Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0592

Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 592/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi u territorjiTest b’relevanza tal-ŻEE

ĠU L 94, 31.3.2004, pp. 7–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/12/2014; Imħassar b' 32013R0576

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/592/oj

32004R0592



Official Journal L 094 , 31/03/2004 P. 0007 - 0009


Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 592/2004

tat-30 ta’ Marzu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-listi ta’ pajjiżi u territorji

(Test b’relevanza tal-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (KE) 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali tad-djar u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [1], u partikolarment l-Artikoli 10 u 21 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 98/2003 jistabbilixxi il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali tad-djar u tar-regoli applikabbli dwar il-verifiki ta’ tali movimenti.

(2) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 98/2003 lista ta’ pajjiżi terzi għandha tkun imħejjija qabel it-3 ta’ Lulju 2004. Sabiex ikun inkluż fil-lista, pajjiż terz għandu juri l-istatus tiegħu dwar ir-rabbja u li huwa jkun konformi ma ċerti kondizzjonijiet li jirrigwardjaw in-notifika, il-monitoraġġ, is-servizzi veterenarji, il-prevenzjoni u l-kontroll tar-rabbja u r-regolammenti rigward il-vaċċini.

(3) Sabiex ikun evitat tfixkil bla bżonn fil-movimenti ta’ l-annimali tad-djar, u sabbiex ikun imħolli żmien biż-żejjed għall-pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji addizzjonali, meta meħtieġ, huwa xieraq li tkun stabbilita lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi. Dik il-lista għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ l-Uffiċċju tal-Mard Epiżootiku (OIE/UME – Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali), tar-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa, mill-Uffiċċju ta’ l-Ikel u l-Veterinerija tal-Kummissjoni, fil-pajjiżi terzi kkonċernati u ta’ l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri.

(4) Il-lista proviżorja ta’ pajjiżi terzi għandha tinkludi l-pajjiżi li huma ħielsa mir-rabbja u tal-pajjiżi li fir-rigward tagħhom ir-riskju tar-rabbja li tidħol fil-Komuni bħala riżultat tal-movimenti mit-territorji tagħhom tkun instabet li ma hix għola milli mir-riskju assoċċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(5) Ir-Reġolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq. Fl-interessi taċ-ċarezza, il-lista ta’ pajjiżi u territorji stabbilita f’dak ir-Regolament għandha tkun mibdula fl-intier tagħha.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma b’konformità ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa mibdul bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-3 ta’ Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-30 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS II

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI

PARTI A

IE — l-Irlanda

SE — l-Isvezja

UK — Ir-Renju Unit

PARTI B

Sezzjoni 1

(a) DK — Id-Danimarka, inkluża GL – il-Groenlandja u FO 0 il-Gżejjer Faroe

(b) ES — Spanja, inkluż it-territorju kontinentali, il-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji, e esklużi Ceuta-Melilla;

(ċ) FR — Franza, inklużi GF – Il-Guiana Franċiża, GP – Guadaloupe, MQ – Martinique u RE - Réunion;

(d) GI — Ġibiltà;

(e) PT — Il-Portugall, inkluż it-territorju kontinentali, l-Ażores u il-Madeira;

(f) L-Istati Membri apparti minn dawk elenkati fil-Parti A u fil-punti (a), (b), (c) u (e) ta’ din is-sezzjoni.

Sezzjoni 2

AD — Andorra

CH — L-Isvizzera

IS — L-Islanda

LI — Liechtenstein

MC — Monaco

NO — In-Norveġja

SM — San Marino

VA — L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

PARTI C

AC — Il-Gżira ta’ l-Ascension

AG — Antigua u Barbuda

AN — L-Antilli Olandiżi

AU — L-Awstralja

AW — Aruba

BB — Barbados

BH — Baħrejn

BM — Bermuda

CA — Il-Kanada

FJ — Fiġi

FK — Il-Gżejjer Falkland

HR — Il-Kroazja

JM — Il-Ġamajka

JP — Il-Ġappun

KN — San Kitts u Nevis

KY — Il-Gżejjer Kajman

MS — Montserrat

MU — Il-Mawritjus

NC — New Caledonia (Kaledonja l-Ġdida)

NZ — New Zealand

PF — Il-Polineżja Franċiża

PM — Saint Pierre et Miquelon

SG — Singapore

SH — Sant Ħelena

US — L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

VC — Sant Vincent u l-Grenadines

VU — Vanuatu

WF — Wallis u Futuna

YT — Majotte”

"

.

--------------------------------------------------

Top