This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0549
Regulation (EC) No 549/2004 of the European Parliament and of the Council of 10 March 2004 laying down the framework for the creation of the single European sky (the framework Regulation) (Text with EEA relevance) - Statement by the Member States on military issues related to the single European sky
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/12/2009
Official Journal L 096 , 31/03/2004 P. 0001 - 0009
Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Wara li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-11 ta' Diċembru 2003, Billi: (1) L-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport tirrekjedi sistema ta' trasport ta' l-ajru effiċjenti li tippermetti operat salv u regolari ta' servizzi ta' trasport ta' l-ajru, hekk tiffaċilita l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi. (2) F'Laqgħa Straordinarja f'Lisbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tissottometti proposti dwar l-amministrazzjoni ta' l-ispazju ta' l-ajru, kontrol tat-traffiku ta' l-ajru u l-amministrazzjoni tal-fluss tat-traffiku ta' l-ajru, ibbażati fuq ix-xogħol tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-ajru uniku Ewropew mwaqqaf mill-Kummissjoni. Dan il-Grupp, magħmul ġeneralment mill-awtoritajiet ċivili u militari ta' navigazzjoni ta' l-ajru ta' l-Istati Membri, issottometta r-rapport tiegħu f'Novembru 2000. (3) Operat għal-lixx tas-sistema tat-trasport ta' l-ajru jirrikjedi livell għoli, konsistenti ta' sigurezza fis-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru li tippermetti l-aħjar użu ta' l-ispazju ta' l-ajru ta' l-Ewropa u livell għoli, konsistenti ta' sigurezza fl-ivvjaġġar bl-ajru, skond id-dmir ta' interess ġenerali tas-servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, inklużi obbligi tas-servizz pubbliku. Għalhekk huwa għandu jitwettaq bl-ogħla standards ta' responsabbilta u kompetenza. (4) L-inizjattiva ta' l-Ajru Uniku Ewropew għandha tkun żviluppata bi qbil ma' l-obbligi li joħorġu mis-sħubija tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha f'Eurocontrol, u bi qbil mal-prinċipji preskritti mill-Konvenzjoni ta' Chigago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ta' l-1944. (5) Deċiżjonijiet konnessi mal-kontenut, ambitu jew twettiq ta' operazzjonijiet militari u taħriġ ma jaqgħux ġewwa l-isfera ta' kompetenza tal-Komunità. (6) L-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni ġenerali dwar kwistjonijiet militari konnessi ma' l-Ajru Uniku Ewropew [5]. Skond din id-dikjarazzjoni, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikulari, itejbu l-koperazzjoni ċivili-militari u, jekk u sal-punt meqjus meħtieġ mill- Istati Membri kollha kkonċernati, jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn il-forzi armati tagħhom fil-materji kollha ta' amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru. (7) L-ispazju ta' l-ajru jikkostitwixxi riżorsa limitata, li l-aħjar u l-aktar użu effiċjenti tagħha tkun possibbli biss jekk jitqiesu r-rekwiżiti ta' l-utenti kollha u fejn relevanti, irrappreżentati fl-iżvilupp kollu kemm hu (sħiħ), fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u implimentazzjoni ta' l-Ajru Uniku Ewropew, inkluż il-Kumitat dwar Ajru Uniku. (8) Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha, u bil-ħsieb li l-ajru uniku Ewropew ikun estiż biex jinkludi numru akbar ta' Stati Ewropej, il-Komunità għandha, filwaqt li tqis l-iżviluppi li qed jiġru ġewwa Eurocontrol, tippreskrivi għanijiet komuni u programm ta' azzjoni biex timmobilizza l-isforzi mill-Komunità, l-Istati Membri u l-interessati ekonomiċi varji biex toħloq spazju ta' l-ajru operattiv aktar integrat: l-ajru uniku Ewropew. (9) Fejn Stati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw konformita mar-rekwiżiti Komunitarji, l-awtoritajiet li jagħmlu verifiki ta' konformita għandhom ikunu suffiċjentement indipendenti mill-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru. (10) Servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, b'mod partikulari servizzi ta' traffiku ta' l-ajru li jkunu komparabbli ma' awtoritajiet pubbliċi, jirrekjedu separazzjoni funzjonali jew strutturali u organizzata skond formoli legali differenti ħafna fl-Istati Membri varji. (11) Fejn verifiki indipendenti konnessi ma' fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru jkunu rekwiżiti, spezzjonijiet mill-awtoritajiet uffiċjali ta' verifika ta' l-Istati Membri fejn dawk is-servizzi jkunu pprovduti mill-amministrazzjoni, jew minn korp pubbliku suġġett għas-sorveljanza ta' l-awtoritajiet imsemmija aktar 'il fuq, għandhom ikunu rrikonoxxuti bħala verifiki indipendenti, kemm jekk ir-rapporti tal-verifika miktuba jkunu ppubblikati kemm le. (12) Huwa mixtieq li l-ajru uniku Ewropew ikun estiż għal pajjiżi terzi Ewropej, jew fil-qafas ta' parteċipazzjoni mill-Komunità fix-xogħol ta' Eurocontrol, wara l-adeżjoni mill-Komunità ma' Eurocontrol, jew permezz ta' ftehim konklużi mill-Komunità ma' dawn il-pajjiżi. (13) L-adeżjoni tal-Komunità ma' Eurocontrol hija komponent importanti fil-ħolqien ta' spazju ta' l-ajru pan-Ewropew. (14) Fil-proċess tal-ħolqien ta' ajru uniku Ewropew, il-Komunità għandha, meta xieraq, tiżviluppa koperazzjoni fl-ogħla livell ma' Eurocontrol biex tiżgura sinerġji regolatorji u avviċinamenti (trattamenti) konsistenti, u tevita kull duplikazzjoni bejn iż-żewġ naħat. (15) Skond il-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli, Eurocontrol huwa l-korp li għandu l-kompetenza proprja biex isostni l-Komunità fil-funzjoni tagħha bħala regolatur. Għalhekk, regoli ta' implimentazzjoni għandhom ikunu żviluppati, għal materji li jaqgħu fil-kompetenza ta' Eurocontrol b'riżultat ta' mandati lil dik l-organizzazzjoni, suġġetta għall-kondizzjonijiet li għandhom ikunu inklużi f'qafas ta' koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u Eurocontrol. (16) L-abbozzar ta' miżuri meħtieġa biex jinħoloq l-ajru uniku Ewropew jirrikjedi konsultazzjonijiet fuq bażi wiesa' ma' dawk interessati ekonomiċi u soċjali. (17) Is-sħab soċjali għandhom ikunu informati u kkonsultati f'manjiera xierqa dwar il-miżuri kollha li jkollhom implikazzjonijiet soċjali sinifikanti. Il-Kumitati dwar Djalogu Settorjali mwaqqfin taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1998/500/KE ta' l-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati dwar Djalogu Settorjali li jippromwovu d-djalogu bejn is-sħab soċjali fuq livell Ewropew [6] għandhom ukoll ikunu kkonsultati. (18) Dawk interessati bħalma huma fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru, ajruporti, l-industrija tal-manifattura u korpi rappreżentanti ta' l-istaff professjonali għandu jkollhom il-possibbilta li jagħtu pariri (rakkomandazzjonijiet) lill-Kummissjoni dwar aspetti tekniċi ta' l-implimentazzjoni ta' l-ajru uniku Ewropew. (19) It-twettiq tas-sistema ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-intier tagħha fil-livell Ewropew għandu jkun stmat fuq bażi regolari, b'attenzjoni dovuta għall-manutenzjoni ta' livell għoli ta' sigurezza, biex jikkontrolla l-effikaċita tal-miżuri addottati u jipproponi aktar miżuri. (20) Is-sanzjonijiet ipprovduti rigward ksur ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, mingħajr tnaqqis ta' sigurezza. (21) L-impatt tal-miżuri meħuda għall-applikar ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu stmati fid-dawl ta' rapporti li għandhom ikunu ssottomessi regolarment mill-Kummissjoni. (22) Dan ir-Regolamentr m'għandux jaffettwa (jolqot) is-setgħa ta' Stati Membri li jaddottaw dispożizzjonijiet fir-rigward ta' l-organizzazzjoni tal-forzi armati tagħhom. Din is-setgħa tista' twassal Stati Membri biex jaddottaw miżuri biex jiżguraw li l-forzi armati tagħhom ikollhom spazju ta' l-ajru suffiċjenti għal għanijiet ta' edukazzjoni u taħriġ. Għandu għalhekk isir provvediment għal klawsola ta' salvagwardja li tagħmel possibbli li din is-setgħa tkun eżerċitata. (23) Sar qbil fuq arranġamenti għal koperazzjoni akbar fl-użu ta' l-ajruport ta' Ġibilta f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit f'dikjarazzjoni konġunta mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Arranġamenti tali għad għandhom jidħlu f'operat. (24) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' ajru uniku Ewropew, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-iskala trasnazzjonali ta' l-azzjoni, u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, filwaqt li jippermetti għal regoli ta' implimentazzjoni ddettaljati li jieħdu f'konsiderazzjoni kondizzjonijiet speċifiċi lokali, il-Komunità tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjareta kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalita kif miġjub f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn milli hu meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan. (25) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7]. (26) L-Artikolu 8(2) tar-Regoli Interni Standard għal kumitati [8] stabbilit bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE jipprovdi regola standard li skont il-president ta' kumitat jista' jiddeċiedi li jistieden partijiet terzi għal laqgħa ta' dak il-kumitat. Jekk xieraq, il-president tal-Kumitat dwar Ajru Uniku għandu jistieden rappreżentanti ta' Eurocontrol biex jieħdu sehem f'laqgħat bħala osservaturi jew esperti, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għan u ambitu 1. L-għan ta' l-inizjattiva ta' l-ajru uniku Ewropew huwa li jtejjeb l-istandards ta' sigurezza kurrenti u effikaċita ġenerali għal traffiku ta' l-ajru ġenerali fl-Ewropa, li jisfrutta l-kapaċita biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-utenti kollha ta' l-ispazju ta' l-ajru u li jnaqqas id-dewmien. F'insegwiment ta' dan il-għan, il-mira ta' dan ir-Regolament hija li jistabbilixxi qafas regolatorju armonizzat għall-ħolqien ta' l-ajru uniku Ewropew sal-31 ta' Diċembru 2004. 2. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandha tkun mingħajr preġudizzju għas-sovranita ta' l-Istati Membri fuq l-ispazju ta' l-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti ta' l-Istati Membri konnessi ma' l-ordni pubbliku, sigurezza pubblika u materji ta' difiża, kif miġjuba fl-Artikolu 13. Dan ir-Regolament u l-miżuri msemmija aktar 'il fuq ma jkoprux operazzjonijiet u taħriġ militari. 3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u doveri ta' Stati Membri taħt il-Konvenzjoni ta' Chigago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ta' l-1944. 4. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għall-ajruport ta' Ġibilta tiftiehem li hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima fuq is-sovranita fuq it-territorju li fih qiegħed l-ajruport. 5. Applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għall-ajruport ta' Ġibilta għandha tkun sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-2 ta' Diċembru 1987 tidħol f'operat. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom jgħarrfu lill-Kunsill b'data tali ta' dħul f'operat. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: 1. "servizz ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (KTA)" tfisser servizz ipprovdut għall-għan: (a) li jimpedixxi kolliżjonijiet: - bejn ajruplani, u - fiż-żona ta' mmanuvrar bejn ajruplani u ingombri; u (b) li jħaffef u jżomm fluss bl-ordni ta' traffiku ta' l-ajru; 2. "servizz ta' kontroll fl-ajrudrom" tfisser servizz ta' KTA għal traffiku fl-ajrudrom; 3. "servizz ta' informazzjoni aeronawtika" tfisser servizz stabbilit ġewwa ż-żona ddefinita ta' kopertura responsabbli għall-forniment ta' informazzjoni aeronawtika u data meħtieġa għas-sigurezza, regolarita, u effiċjenza tan-navigazzjoni ta' l-ajru; 4. "servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru" tfisser servizzi ta' traffiku ta' l-ajru; servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza; servizzi meteoroloġiċi għal navigazzjoni ta' l-ajru; 5. "fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru" tfisser kull entita pubblika jew privata li tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal traffiku ta' l-ajru ġenerali; 6. "blokk ta' spazju ta' l-ajru" tfisser spazju ta' l-ajru ta' dimensjonijiet iddefiniti, fi spazju u żmien (ħin), li fihom servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru jkunu ipprovduti; 7. "amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru" tfisser funzjoni ta' ppjanar bl-għan primarju li jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-ulitilizzazzjoni ta' spazju ta' l-ajru disponibbli permezz ta' parteċipazzjoni dinamika fil-ħin u, xi minn daqqiet, is-segregazzjoni ta' spazju ta' l-ajru fost il-kategoriji varji ta' utenti ta' spazju ta' l-ajru fuq il-bażi ta' ħtiġiet ta' terminu qasir; 8. "utenti ta' spazju ta' l-ajru" tfisser l-ajruplani kollha operati bħala traffiku ta' l-ajru ġenerali; 9. "amministrazzjoni tal-fluss ta' traffiku ta' l-ajru" tfisser funzjoni stabbilita bil-għan li tikkontribwixxi fluss salv, bl-ordni u prontezza ta' traffiku ta' l-ajru billi tiżgura li l-kapaċita tal-KTA tkun utilizata bl-aħjar mod possibbli, u li l-volum tat-traffiku jkun kompatibbli mal-kapaċitajiet iddikjarati mill-fornituri tas-servizz proprju tat-traffiku ta' l-ajru; 10. "amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru" tfisser l-aggregazzjoni tal-funzjonijiet fl-ajru u dawk ibbażati fl-art (servizzi ta' traffiku ta' l-ajru, amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru u amministrazzjoni tal-fluss ta' traffiku ta' l-ajru) rekwiżita biex ikun żgurat il-moviment salv u effiċjenti ta' l-ajruplan matul il-fażijiet kollha ta' l-operati; 11. "servizzi ta' traffiku ta' l-ajru" tfisser is-servizzi varji ta' informazzjoni ta' titjir, servizzi ta' allarm, servizzi ta' avviżi għal traffiku ta' l-ajru u servizzi ta' KTA (servizzi taż-żona, avviċinament u kontroll ta' l-ajrudrom); 12. "servizz ta' kontroll taż-żona" tfisser servizz ta' KTA għal titjiriet ikkontrollati fi blokk ta' spazju ta' l-ajru; 13. "servizz ta' kontroll ta' l-avviċinament" tfisser servizz ta' KTA għall-titjiriet ikkontrollati li ser jaslu jew jitilqu; 14. "qatta ta' servizzi" tfisser żewġ servizzi jew aktar ta' navigazzjoni ta' l-ajru; 15. "ċertifikat" tfisser dokument maħruġ minn Stat Membru f'kull għamla li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku; 16. "servizzi ta' komunikazzjoni" tfisser servizzi aeronawtiċi fissi jew mobbli li jagħmlu possibbli l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru għall-finijiet tal-KTA; 17. "Xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru" (XEATA tfisser il-ġabra ta' sistemi elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilita tax-xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru (ir-Regolament ta' interoperabilita) [9] li jagħmel possibbli li servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fil-Komunità jkun pprovduti, inklużi saffi ta' spazju fil-konfini ma' pajjiżi terzi; 18. "konċett ta' operat" tfisser il-kriterji għall-użu operazzjonali tax-XEATA jew parti minnha; 19. "kostitwenti" tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabilita tax-XEATA; 20. "Eurocontrol" hija l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru mwaqqfa bil-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta' Diċembru 1960 dwar Koperazzjoni għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru [10] 21. "Prinċipji ta' Eurocontrol għall-istabbiliment ta' bażi ta' spejjeż għal ħlasijiet għal faċilita ta' rotta u l-kalkulazzjoni ta' unita ta' rati" tfisser il-prinċipji kif speċifikati fid-dokument Nru 99.60.01/01 ta' l-1 ta' Awissu 1999, maħruġ minn Eurocontrol; 22. "użu flessibbli ta' spazju ta' l-ajru" tfisser konċett ta' amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru applikat fiż-żona tal-Konferenza Ewropea dwar Avjazzjoni Ċivili, kif speċifikat fl-ewwel edizzjoni tal-5 ta' Frar 1996 tal-"Manwal ta' Amministrazzjoni ta' l-Ispazju ta' l-ajru għall-applikazzjoni tal-Konċett ta' l-Użu Flessibbli ta' spazju ta' l-ajru" maħruġ minn Eurocontrol; 23. "reġjun ta' informazzjoni għal titjir" tfisser spazju ta' l-ajru b'dimensjonijiet iddefiti li fihom ikunu pprovduti servizzi ta' informazzjoni u servizzi ta' allarm; 24. "livell ta' titjir" tfisser wiċċ ta' pressjoni atmosferika kostanti li huwa konness mad-datum speċifiku ta' pressjoni ta' 1013,2hectopascals (ettopascals) u huwa separat (jinfired) minn uċuh oħra tali b'intervalli speċifiċi ta' pressjoni; 25. "blokk ta' spazju ta' l-ajru funzjonali" tfisser blokk ta' spazju ta' l-ajru bbażat fuq rekwiżiti operazzjonali, li jirriflettu l-ħtieġa li tkun żgurata amministrazzjoni aktar integrata ta' l-ispazju ta' l-ajru bla ma jingħata każ ta' konfini eżistenti; 26. "traffiku ta' l-ajru ġenerali" tfisser il-movimenti kollha ta' ajruplani ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha ta' ajruplani statali (inklużi ajruplani militari, doganali u tal-pulizija) meta dawn il-movimenti jitwettqu b'konformita mal-proċeduri ta' l-OIAĊ; 27. "OIAĊ" tfisser Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili, kif stabbilita bil-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzoni Ċivili Internazzjonali ta' l-1944; 28. "interoperabilita" tfisser sett ta' proprjetajiet funzjonali, tekniċi u operazzjonali rekwiżiti mis-sistemi u kostitwenti tax-XEATA u tal-proċeduri għall-operat tiegħu, biex jintgħamel possibbli l-operat salv, fl-assjem u effiċjenti tiegħu. Interoperabilita tinkiseb billi s-sistemi u kostitwenti jintgħamlu konformi mar-rekwiżiti essenzali; 29. "servizzi meteoroloġiċi" tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani bi tbassir meteoroloġiku, istruzzjonijiet u osservazzjonijiet kif ukoll kull informazzjoni u data meteoroloġika oħra pprovduta minn Stati għal użu aeronawtiku; 30. "servizzi ta' navigazzjoni" tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani b'informazzjoni dwar pożizzjoni u ħin propizju; 31. "data operazzjonali" tfisser informazzjoni dwar il-fażijiet kollha ta' titjir li huma rekwiżiti biex jittieħdu deċiżjonijiet operazzjonali minn fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru, operaturi ta' ajruporti u atturi oħra involuti; 32. "proċedura", kif użata fil-kuntest tar-Regolament ta' interoperabilita, tfisser metodu standard għall-użu kemm tekniku kif ukoll operazzjonali ta' sistemi, fil-kuntest ta' konċetti maqbula u validati ta' operati li jirrekjedu implimentazzjoni uniformi max-XEATA kollha; 33. "tqegħid fis-servizz" tfisser l-ewwel użu operazzjonali wara l-istallazzjoni inizjali jew titjib fil-kwalità ta' sistema; 34. "xibka ta' rotot (network)" tfisser xibka ta' rotot speċifiċi biex ikun iggwidat il-fluss tat-traffiku ta' l-ajru ġenerali kif ikun meħtieġ għall-forniment ta' servizzi ta' KTA; 35. "irrottjar" tfisser itinerarju magħżul li għandu jkun segwit minn ajruplan matul l-operat tiegħu; 36. "operazzjoni fl-assjem tagħha" tfisser operazzjoni tax-XEATA f'manjiera tali li mill-perspettiva ta' l-utent tiffunzjona daqs li kieku kienet entita waħda (unika); 37. "settur" tfisser parti ta' żona ta' kontroll u/jew reġjun/reġjun ta' fuq ta' informazzjoni ta' titjir; 38. "servizzi ta' sorveljanza" tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi użati biex jiddeterminaw il-posizzjonijiet rispettivi ta' ajruplani biex jippermettu separazzjoni salva; 39. "sistema" tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażat fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal fażijiet kollha ta' titjir; 40. "titjib fil-kwalità" tfisser kull modifikazzjoni li tbiddel il-karatteristiċi operazzjonali ta' sistema. Artikolu 3 Oqsma għal azzjoni mill-Komunità 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju armonizzat għall-ħolqien ta' ajru uniku Ewropew flimkien ma': (a) Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-ajru) [11]; (b) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment ta' servizzi) [12]; and (ċ) Ir-Regolamentr (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilita tax-xibka (network) Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilita) [13]; u mar-regoli ta' implimentazzjoni addottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament u r-regolamenti li hemm referenza għalihom hawn aktar 'il fuq. 2. Il-miżuri li jirreferi għalhom il-paragrafu 1 għandhom japplikaw suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Artikolu 4 Awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza 1. Stati Membri għandhom jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala awtorita nazzjonali ta' sorveljanza biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lill-awtorita tali taħt dan ir-Regolament u taħt il-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3. 2. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru. Din l-indipendenza għandha tinkiseb permezz ta' firda adegwata, għall-inqas fil-livell funzjonali, bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u fornituri tali. Stati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza jeżerċitaw is-setgħat (poteri) tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti. 3. Stati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u indirizzi ta' l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza, kif ukoll b'bidliet li jsirulhom, u bill-miżuri meħuda biex tkun zġurata konformita mal-paragrafu 2. Artikolu 5 Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat", kompost minn rappreżentanti ta' kull Stat Membru u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura konsiderazzjoni xierqa ta' l-interessi tal-kategoriji kollha ta' utenti. 2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu taż-żmien li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KES għandu jiġi stabbilit għal xahar. 4. Il-Kumitat għandu jaddotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Artikolu 6 Korp ta' l-industrija għal konsultazzjoni Mingħajr preġudizzju għall-funzjoni tal-Kumitat u ta' Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi "korp konsultattiv ta' l-industrija", li għaliħ għandhom jappartienu fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, assoċjazzjonijiet ta' utenti ta' spazju ta' l-ajru, ajruporti, l-industrija tal-manifattura u korpi rappreżentanti ta' l-istaff professjonali. Il-funzjoni ta' dan il-korp għandha tkun biss li tagħti parir lill-Kummissjoni dwar aspetti tekniċi ta' l-implimentazzjoni ta' l-ajru uniku Ewropew. Artikolu 7 Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi Ewropej Il-Komunità għandha timmira għal u tappoġġa l-estensjoni ta' l-ajru uniku Ewropew għal pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dak il-għan, għandha tagħmel sforz, jew ġewwa l-qafas tal-ftehim konklużi ma' pajjiżi terzi ġirien, jew fil-kuntest ta' Eurocontrol, biex testendi l-ambitu ta' dan ir-Regolament, u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, għal dawk il-pajjiżi. Artikolu 8 Regoli ta' implimentazzjoni 1. Għall-iżvilupp ta' regoli ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 3 li jaqgħu taħt ir-responsabbilta ta' Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha toħroġ mandati lil Eurocontrol li jiġbru fihom ix-xogħlijiet li għandhom jitwettqu u l-iskeda ta' żmien għalihom. F'din il-konnessjoni, għandha tagħmel sforz biex tagħmel l-aħjar użu mill-arranġementi ta' Eurocontrol għall-involviment u konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, fejn dawn l-arranġamenti jikkorrispondu mal-prattiċi tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta' trasparenza u konsultazzjoni u ma jkunx hemm konflitt ma' l-obbligi istituzzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(2). 2. Fuq il-bażi tax-xogħol mitmum skond il-paragrafu 1, deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni tar-riżultati ta' xogħol tali ġewwa l-Komunità u t-terminu perentorju ghal implimentazzjoni taghhom għandu jittieħed skond il-procedura msejħa fl-Artikolu 5(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. 3. Minkejja l-paragrafu 2, jekk Eurocontrol ma jistax jaċċetta mandat li kien inħariġlu taħt il-paragraph 1, jew jekk il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Kumitat, tikkunsidra li (a) ix-xogħol imwettaq fuq il-bażi ta' mandat tali mhux miexi b'mod sodisfaċenti biex jintemm fl-iskadenza mogħtija (terminu perentorju), jew (b) ir-riżultati tax-xogħol imwettaq mhumiex adegwati, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3), tista' taddotta miżuri alternattivi biex tikseb l-għanijiet tal-mandat ikkonċernat. 4. Għall-iżvilupp ta' regoli ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 3 li jaqgħu barra r-responsabbilta (kompetenza) ta' Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3). Artikolu 9 Sanzjonijiet Is-sanzjonijiet li Stati Membri għandhom jippreskrivu għal ksur ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 minn utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru u fornituri ta' servizz għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Artikolu 10 Konsultazzjoni ta' min għandu interess L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni għall-involviment xieraq ta' min għandu interess fl-Ajru Uniku Ewropew. Min għandu interess jista' jinkludi: - fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru, - utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, - ajruporti, - l-industrija tal-manifattura, u - korpi rappreżentattivi ta' staff professjonali. Konsultazzjoni ta' min għandu interess għandha tkopri, b'mod partikulari, l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' konċetti u teknoloġiji ġodda fix-XEATA. Artikolu 11 Reviżjoni tat-twettiq 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-eżami u l-istima tat-twettiq ta' navigazzjoni ta' l-ajru, billi tuża l-kompetenza eżistenti ta' Eurocontrol. 2. L-analiżi ta' l-informazzjoni miġbura għall-finijiet tal-paragrafu 1 għandha timmira għal li: (a) tippermetti paragun u titjib tal-forniment tas-servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru; (b) tassisti l-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru biex jikkonsinnaw is-servizzi rekwiżiti; (ċ) ittejjeb il-proċess ta' konsultazzjoni bejn l-utenti ta' l-ispazju ta' l-ajru, fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru u ajruporti; (d) tippermetti l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta' l-aħjar prattika, inklużi sigurezza, effiċjenza u kapaċita mtejbin. 3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-pubbliku għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni kif preskritt fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għal dokumenti tal- Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [14], il-Kummissjoni għandha taddotta, skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(3), miżuri għat-tixrid lill-partijiet interessati ta' l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 2. Artikolu 12 Sorveljanza, immonitorjar u metodi ta' stima ta' l-impatt 1. Is-sorveljanza, immonitorjar u metodi ta' stima ta' impatt għandhom ikunu bbażati fuq is-sottomissjoni tar-rapport annwali mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni meħuda skond dan ir-Regolament u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3. 2. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fl-ewwel okkażjoni sa l-20 ta' April 2007, u kull tliet snin wara dan. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' titlob mill-Istati Membri informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li qiegħda fir-rapporti ssottomessi minnhom skond il-paragrafu 1. 3. Għall-għanijiet tal-kitba tar-rapporti li jirreferi għalihom il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat. 4. Ir-rapporti għandu jkun fihom stima tar-riżultati miksuba mill-azzjonijiet meħuda skond dan ir-Regolament inkluża informazzjoni xierqa dwar żviluppi fis-settur, b'mod partikulari dwar aspetti ekonomiċi, soċjali, ta' impjiegi u teknoliġiċi, kif ukoll dwar il-kwalità ta' servizz, fid-dawl ta' l-għanijiet oriġinali u bil-ħsieb ta' ħtiġiet futuri. Artikolu 13 Salvagwardji Dan ir-Regolament m'għandux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' miżuri minn Stat Membru sal-punt li jkunu meħtieġa biex jissalvagwardjaw sigurezza essenzali jew interessi ta' politika ta' difiża. Miżuri tali huma b'mod partikulari dawk li huma importanti ħafna: - għas-sorveljanza ta' l-ispazju ta' l-ajru li huwa taħt ir-responsabbilta tiegħu skond ftehim tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru Reġjonali ta' l-OIAĊ, inkluża l-kapaċita li josserva (jiskopri), jidentifika u jistima l-ajruplani kollha li jużaw spazju ta' l-ajru tali, bil-ħsieb li jfittex li jissalvagwardja s-sigurezza ta' titjiriet u jieħu azzjoni biex jiżgura l-ħtieġiet ta' sigurata u difiża, - fil-każ ta' disturbi serji interni li jolqtu (jaffettwaw) ż-żamma tal-liġi u l-ordni, - fil-każ ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra, - għas-sodifazzjoni ta' l-obbligi internazzjonali ta' l-Istat Membru in konnessjoni maż-żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali, - biex imexxi operazzjonijiet u taħriġ militari, inklużi l-possibbiltajiet meħtieġa għal eżerċizzi. Artikolu 14 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasbourg (Strasburgu), fl-10 ta' Marzu 2004. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox F'isem il-Kunsill Il-President D. Roche [1] ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, p. 1. [2] ĠU C 241, tas-7.10.2002, p. 24. [3] ĠU C 278, ta' l-14.11.2002, p. 13. [4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2002 (ĠU C 272 E, tat-13.11.2003, p. 296), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2003 (ĠU C 129 E, tat-3.6.2003, p. 1) u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003 (għadha mhix ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 2004 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Frar 2004. [5] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 9. [6] ĠU L 225, tat-12.8.1998, p. 27. [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [8] ĠU C 38, tas-6.2.2001, p. 3. [9] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 33. [10] Konvenzjoni immodifikata bil-protokoll tat-12 ta' Frar 1981 u riveduta bil-Protokoll tas-27 ta' Ġunju 1997. [11] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 20. [12] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 10. [13] ĠU L 96, tal-31.3.2004, p. 26. [14] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43. --------------------------------------------------