This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0186
Commission Regulation (EC) No 186/2004 of 2 February 2004 amending Council Regulation (EC) No 1255/1999 and Regulation (EC) No 2571/97 as regards the combined nomenclature codes for sweet biscuits, waffles and wafers
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 tat-2 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 u r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-kodiċijiet ta’ nomenklatura magħquda għall-gallettini tal-ħelu, waffles u wejfers
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 tat-2 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 u r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-kodiċijiet ta’ nomenklatura magħquda għall-gallettini tal-ħelu, waffles u wejfers
ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6–7
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234
Official Journal L 029 , 03/02/2004 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 tat-2 ta’ Frar 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 u r-Regolament (KE) Nru 2571/97 dwar il-kodiċijiet ta’ nomenklatura magħquda għall-gallettini tal-ħelu, waffles u wejfers IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], u partikolarment l-Artikoli 10, 15 u 31(14) li jinsabu fih, billi: (1) L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jipprovdi għal għoti ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-fini tar-Regolament, jekk ikunu esportati fl-għamla tal-oġġetti ta’ merkanzija llistjati fl-Anness II li jinsab fih. (2) l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2571/97 tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-bejgħ tal-butir bi prezzijiet imnaqqsa u l-konċessjoni ta’ għajnuna għall-krema, il-butir u l-butir konċentrat għall-użu fil-fabbrikazzjoni ta’ prodotti tal-pastizziera, il-ġelat u oġġetti oħra ta’ l-ikel [2], jirriferi għall-kowds tas-CN tal-prodotti finali eliġġibbli għall-miżuri previsti taħt dak ir-Regolament. (3) Minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 [3], li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura magħquda dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [4], ġew effettwati tibdil għan-nomenklatura magħquda fil-każ ta’ ċerti prodotti. (4) l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97 għandhom jiġu emendati hekk. (5) Dawn l-emendi għandhom ikunu applikabbli fl-istess żmien bħar-Regolament (KE) Nru 1789/2003. (6) Regolamenti (KE) Nru 1255/1999 u (KE) Nru 2571/97 għandhom għalhekk jiġu emendati. (7) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’ mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-linja li ġejja hija mħassra mill-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1255/1999: "19059040 | – – – Waffles u wejfers b' kontenut ta' ilma li jaqbeż l-10 % fil-piż" | Artikolu 2 Fl-Artikolu 4(1), formula A, punt A1 tar-Regolament (KE) Nru 2571/97, il-kowds CN "190530, 19059040" huma mibdula b’ "190531, 190532". Artikolu 3 Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh l-ghada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Frar 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, 26.06.99, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 121). [2] ĠU L 350, 20.12.97, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1851/2001 (ĠU L 253, 21.09.01, p. 16). [3] ĠU L 281, tat-30.10.2003, p. 1. [4] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1949/2003 (ĠU L 287, tal-5.11.2003, p. 15). --------------------------------------------------