Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0041

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2004 tad-9 ta’ Jannar 2004 li jemenda u jikkoreġi l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola

    ĠU L 6, 10.1.2004, p. 19–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/41/oj

    32004R0041



    Official Journal L 006 , 10/01/2004 P. 0019 - 0021


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2004

    tad-9 ta’ Jannar 2004

    li jemenda u jikkoreġi l-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola [1], u b’mod partikolari it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999, dak ir-Regolament jgħodd għal pagamenti mogħtija direttament lill-bdiewa skond l-iskemi ta’ appoġġ imniżżla fl-Anness tiegħu.

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1259/1999 sejjer jinbidel, mill-1 ta’ Mejju 2004, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skond il-politika komuni agrikola u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 [2]. Madankollu, l-Artikoli 2a u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 ikomplu jgħoddu sal-31 ta’ Diċembru 2005 u l-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ dak ir-Regolament ikomplu jgħoddu sal-31 ta’ Diċembru 2004. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 għalhekk ikompli jgħodd.

    (3) Il-lista ta’ skemi ta’ appoġġ stipulata fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 tindika s-setturi tal-prodotti rilevanti, id-dispożizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom, jitħallas l-appoġġ taħt l-iskemi differenti u n-natura tal-pagament ikkonċernat. Madankollu dawn l-indikazzjonijiet m’għadhomx aġġornati, minħabba li ħafna mid-disposizzjonijiiet jew atti li hemm referenza għalihom jew ġew emendati jew imħassra u mibdulin.

    (4) Ċerti pagamenti ta’ appoġġ dirett li jaqgħu taħt l-iskop tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 ma jissemmewx fl-Anness, jew minħabba ommissjoni jew minħabba li kienu introdotti wara l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament.

    (5) Għandhom jiġu kkorreġġuti l-iżbalji li hemm fir-referenza għall-bażi legali tal-laħam taċ-ċanga u l-laħam tal-vitella kif ukoll fin-noti li jikkonċernaw in-nagħaġ u l-mogħoż.

    (6) L_L-Anness tar-Regolament (KE) 1259/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (7) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitati ta’ ġestjoni.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999 jiġi mibdul bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandhu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, 26.06.99, p. 113. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1244/2001 (ĠU L 173, 27.06.01, p. 1).

    [2] ĠU L 270, 21.10.03, p. 53.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS

    LISTA TA’ SKEMI TA’ APPOĠĠ LI JADERIXXU MAL-KRITERJI STIPULATI FL-ARTIKOLU 1

    Settur | Bażi legali | Noti |

    Uċuh tar-Raba Maħrut | L-Artikolu 2, 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 | Pagamenti skond iż-żona, inkluż pagamenti għal dak li jista' jinqala', pagamenti konnessi ma' ħżin ta' ħaxix ta' l-għalf f'sajlo, pagamenti supplimentari, suppliment għall-qamħ duru u għajnuna speċjali |

    Il-qamħ duru | It-Titolu IV, Kapitolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Għajuna skond iż-żona |

    Uċuh tar-raba proteini | It-Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Għajnuna skond iż-żona |

    lamtu tal-patata | L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 Titolu IV, Kapitolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Għajnuna skond iż-żona |

    Legum tal-qmuħ | L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1577/96 | Għajnuna skond iż-żona |

    Ross | L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 Titolu IV, Kapitolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Għajnuna skond iż-żona |

    Ġewż | It-Titolu IV, Kapitolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Għajnuna skondi iż-żona |

    enerġija uċuh tar-raba | It-Titolu IV, Kapitolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Għajnuna skond iż-żona |

    Żejt taż-Żebbuġa | L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 136/66/KEE | Għajununa għall-produzzjoni |

    Dud tal-ħarir | L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 845/72 | Għajnuna biex tinkoraġġixxi t-trobbija tal-bhejjem |

    Banana | L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 | Għajnuna għall-produzzjoni |

    għeneb imqadded | L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 | Għajnuna skond iż-żona |

    Tabakk | L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 | Għajnuna għall-produzzjoni |

    Żriragħ | L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 | Għajnuna għall-produzzjoni |

    Ħops | L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 | Għajnuna skond iż-Żona |

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1098/98 | Pagamenti skond iż-żona konnessi biss mas-serħan temporanju ta' l-art |

    Ċanga u vitella | L-Artikolu 4, 5, 6, 10, 11, 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 | primjum speċjali, primjum biex jikkumpensa għall-bdil ta' l-istaġuni, primju għall-baqar li jreddgħu (inkluæ meta tħallas) ġħall-għoġiela u inkluæ il-primju addizjonali tal-baqra nazzjonali li treddgħa meta tkun ko- finanzjata, primju għall-qtil, estensifikazzjoni pagament, pagamenti addizzjonali |

    Ħalib u prodotti tal-ħalib | It-Titolu IV, Kapitolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 | Primju għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali |

    Nagħaġ u mogħoż | L-Artikoli 4, 5 u 11(1) u(2), 1st, 2nd u ir-raba' inċiæ tar-Regolament (KE) Nru 2529/2001 | Primju tan-nagħaġ u mogħoż, supplimentari primju u ċerti pagamenti addizzjonali |

    Agrimonija | L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 L-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 2800/98 | Pagamenti lill-produtturi(inkluż dawk taħt ir-Regolament transitorju |

    Poseidom | L-Artikoli 9, 12(2) u 16 tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001 | Setturi: ċanga u vitella, vanilja ħadra; Zokkor |

    Poseima | L-Artikoli 13 u 22(2) sa (7), l-Artikolu 16, 17 u 28(1), l-Artikoli 21, 27, 29 u Artikolu 30(1), (2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 | Setturi: ċanga u vitella, vanilja ħadra; Zokkor; qasab; ananas; Tabakk; patata taæ- ærigħ, ċikwejra u te' Setturi: ċanga u vitella u ħalib; patata; swaba |

    Poseican | L-Artikoli 5, 6 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 1454/2001 | Setturi: ċanga u vitella u ħalib; patata; swaba |

    Gżejjer Eġej | L-Artikoli 6, 8, 11 u 12 tar-Regolament (KEE) Nru 2019/93 | Setturi: ċanga u vitella; patata; żebbuġ; għasel |

    "

    --------------------------------------------------

    Top