This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0893
2004/893/EC: Commission Decision of 20 December 2004 providing for the temporary marketing of certain seed of the species Secale cereale, not satisfying the requirements of Council Directive 66/402/EEC (notified under document number C(2004) 5027)Text with EEA relevance
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li 20 ta' Diċembru 2004 tipprovdi għall-kummerċjalizzazzjoni temporanju ta' ċertu żerriegħa ta' l-ispeċi Secale cereale , li ma jissodifawx il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5027) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li 20 ta' Diċembru 2004 tipprovdi għall-kummerċjalizzazzjoni temporanju ta' ċertu żerriegħa ta' l-ispeċi Secale cereale , li ma jissodifawx il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5027) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 375, 23.12.2004, p. 31–32
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 117–118
(MT)
In force
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
117 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
li 20 ta' Diċembru 2004
tipprovdi għall-kummerċjalizzazzjoni temporanju ta' ċertu żerriegħa ta' l-ispeċi Secale cereale, li ma jissodifawx il-ħtiġijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5027)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/893/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li tistabblixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa taċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Billi:
(1) |
Fil-Latvja il-kwantità ta' żerriegħa disponibbli tal-varjetajiet tax-xitwa tas-segala (Secale cereale) adattati għall-kondizzjonijiet tal-klima nazzjonali u li jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva 66/402/KEE in kwantu għall-preżenza ta' l-organiżmu li jagħmel il-ħsara Claviceps purpurea huwa insuffiċjenti u għalhekk mhux adattat biex jilħaq il-ħtiġijiet ta' l-Istat Membru. |
(2) |
Mhux possibbli li tintlaħaq id-domanda għaż-żerriegħa ta' dik l-ispeċi b'mod sodisfaċenti b'żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa il-ħtiġijiet kollha stabbiliti fid-Direttiva 66/402/KEE. |
(3) |
Għalhekk, il-Latvja għandha tiġi awtorizzata li tħalli il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' dik l-ispeċi suġġetta għall-ħtiġijiet inqas stretti għall-perijodu li jiskadi fit-30 ta' Novembru 2004. |
(4) |
Barra minn hekk, Stati Membri oħra irrespettivament ta' jekk hux iż-żerriegħa kienet maħsuda fi Stat Membru jew f'pajjiż terz kopert mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta' l-ispezzjonijiet tar-raba' li saru fil-pajjiżi terzi dwar l-uċuh tar-raba' li jagħmlu iż-żrieragħ u l-ekwivalenza taż-żerriegħa magħmulin fil-pajjiżi terzi (2) li huma fil-pożizzjoni li jfornu lil Latvja biż-żerriegħa ta' dik l-ispeċi, għandhom jkunu awtorizzati, biex jħallu li jsir l-kummerċjalizzazzjoni ta' din iż-żerriegħa. |
(5) |
Huwa xieraq li l-Latvja taġixxi bħala koordinatur sabiex tiżgura li l-ammont totali ta' żerriegħa awtorizzat skond din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta b'din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u l-Foresterija. |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kummerċjalizzazzjoni fil-Komunità taż-żerriegħa tas-segala tax-xitwa li ma tissodisfax il-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 66/402/KEE in kwantu tal-preżenza ta' l-organiżmu Claviceps purpurea li jagħmel il-ħsara se jitħalla, għal perijodu li jiskadi fit-30 ta' Novembru 2004, skond it-termini stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
a) |
l-ikbar numru ta' sclerotia jew frak tas-sclerotia tal-Claviceps purpurea preżenti f'kampjun ta' 500 gramma ta' żerriegħa tal-kategorija “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċċertifikata” huwa 15; |
b) |
it-tikketta uffiċjali tiddikjara in-numru ta' sclerotia jew frak ta' sclerotia tal-Claviceps purpurea kif kien aċċertat fl-eżaminazzjoni uffiċjali esegwit skond l-Artikolu 2(1)(E)(d) tad-Direttiva 66/402/KEE; |
c) |
iż-żerriegħa trid tkun l-ewwel ġiet mqiegħda fis-suq skond l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Xi fornitur taż-żrieragħ li jixtieq jqiegħed fis-suq iż-żrieragħ msemmijin fl-Artikolu 1 għandu japplika lill-Istat Membru fejn huwa stabbilit.
L-Istat Membru ikkonċernat għandu jawtoriżża lill-fornitur biex iqegħed dik iż-żerriegħa fis-suq, sakemm:
a) |
ma jkunx hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur huwiex kapaċi li jqiegħed fis-suq l-ammont ta' żerriegħa li jkun applika għall-awtorizzazzjoni tagħha; jew |
b) |
il-kwantità totali awtorizzata biex titqiegħed fis-suq skond id-deroga ikkonċernata taqbeż l kwantità massima speċifikata fl-Anness. |
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin fl-amministrazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Il-Latvja għandha taġixxi bħala Stat Membru koordinatur biex tiżgura li l-ammont totali awtorizzat ma jaqbisx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.
Xi Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skond l-Artikolu 2 għandu jinnotifika minnufih lill-Istat Membru li qed jikkoordina bl-ammont kopert bl-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jinforma lill-Istat Membru li qed jinnotifika dwar jekk l-awtorizzazzjoni tista' twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.
Artikolu 4
L-Istati Membri se jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kwantitajiet li taw l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom skond din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).
(2) ĠU L 8, ta' l-14.1.2003, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/403/KE (ĠU L 141, tas-7.6.2003, p. 23).
ANNESS
Speċi |
Tip ta' Varjetà |
Kwantità Massima (tunnellati metriċi) |
Secale cereale |
Kaupo, Puhovčanka, Valdai |
800 |