This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0866
2004/866/EC: Council Decision of 13 December 2004 authorising the Republic of Austria to apply a measure derogating from Article 17 of the Sixth Directive (77/388/EEC) on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes
2004/866/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2004 li tawtorizza lir-Repubblika ta' l-Awstrija tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
2004/866/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2004 li tawtorizza lir-Repubblika ta' l-Awstrija tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
ĠU L 371, 18.12.2004, p. 47–47
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 70–70
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2004
li tawtorizza lir-Repubblika ta' l-Awstrija tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2004/866/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-12 ta' Diċembru 2003, l-awtoritajiet Awstrijaċi talbu l-awtorizzazzjoni biex japplikaw miżura speċjali derogatorja mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
(2) |
L-Istati Membri l-oħra ġew informati b'din it-talba fis-26 ta' Marzu 2004. |
(3) |
Il-miżura derogatorja hija intiża biex teskludi kompletament it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li hija meħuda fuq l-ispiża għal oġġetti u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis meta aktar minn 90 % ta' l-oġġetti u servizzi huma użati għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew ta' l-impjegati tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju. Din il-miżura derogatorja tirrappreżenta deroga mill-Artikolu 17 u hija ġustifikata bil-ħtieġa li jiġi ssimplifikat l-impożizzjoni tal-VAT. |
(4) |
It-terminu ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2009. Dan il-perijodu massimu ser jippermetti li ssir evalwazzjoni ta' kemm jagħmel sens li tinżamm il-miżura derogatorja fid-dawl ta' l-esperjenza ta' l-Awstrija matul dan il-perijodu. |
(5) |
Il miżura derogatorja mhi ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunità mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Repubblika ta' l-Awstrija hija b'dan awtorizzata li teskludi l-ispiża fuq oġġetti u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta aktar minn 90 % ta' l-oġġetti u servizzi huma użati għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew ta' l-impjegati tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).