This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0627
2004/627/EC: Commission Decision of 31 August 2004 allowing Member States to extend provisional authorisations granted for the new active substances etoxazole and carvone (notified under document number C(2004) 3136)(Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 31 ta' Awwissu 2004 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda etoxazole u ċarvone (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3136) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 31 ta' Awwissu 2004 li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda etoxazole u ċarvone (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3136) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 283, 2.9.2004, pp. 17–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 267M, 12.10.2005, pp. 113–114
(MT)
In force
|
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
113 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-31 ta' Awwissu 2004
li tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għas-sustanzi attivi ġodda etoxazole u ċarvone
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3136)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/627/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba' sottoparagrafu ta' l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, f'April 1988 Spanja rċeviet applikazzjoni mis-Sumitomo Ċhemiċal Agro Europe SA għall-inklużjoni tas-sustanza attiva etoxazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni 1999/43/KE (2) ikkonfermat li d-dossier kien lest u seta' jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta' data u informazzjoni ta' l-Anness II u l-Anness III ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
F'Marzu 1997 l-Olanda rċeviet applikazzjoni mil-Luxan BV li tikkonċerna l-ċarvone (isem preċedenti: L 91105D). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/610/KE (3) ikkonfermat li d-dossier kien lest u seta' jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta' data u informazzjoni ta' l-Anness II u l-Anness III ta' dik id-Direttiva. |
|
(3) |
Il-konferma tat-tlestija tad-dossiers kienet neċessarja sabiex tippermetti li jkunu eżaminati fid-dettall u sabiex tippermetti lill-iStati Membri li jagħtu awtorizzazzjonijiet proviżorji, għal perijodi li jaslu sa tliet snin, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi konċernati, waqt li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE u, b'mod partikolari, mal-kondizzjoni relatata ma' l-evalwazzjoni dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tar-rekwiżiti mniżżla f'dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Għal dawn is-sustanzi attivi, ġew evalwati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, skond id-disposizzjonijiet ta' Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti rispettivi. L-iStat Membru relatur ressaq ir-rapporti ta' l-abbozzi ta' l-evalwazzjoni lill-Kummissjoni fit-12 ta' Ottubru 2001 (etoxazole) u fis-16 ta' Ottubru 2000 (ċarvone). |
|
(5) |
Wara t-tressiq tar-rapporti ta' l-abbozzi ta' l-evalwazzjoni mill-iStati Membri relaturi, kien neċessarju li tintalab iktar informazzjoni mill-applikanti u li jitqabbad l-iStat Membru relatur biex jeżamina dik l-informazzjoni u jressaq l-evalwazzjonijiet tiegħu. Għaldaqstant, l-eżaminazzjoni tad-dossiers għadha sejra u mhux se jkun possibbli li l-evalwazzjoni titlesta fi ħdan il-perijodu ta' żmien imsemmi fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(6) |
Ladarba l-evalwazzjoni s'issa għadha ma identifikatx xi raġuni għal xi tħassib, l-iStati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jtawlu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji mogħtija għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi konċernati għal perijodu ta' 24 xahar skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva 91/414/KEE sabiex jingħata ċ-ċans li titkompla l-eżaminazzjoni tad-dossiers. Huwa mistenni li l-proċess ta' evalwazzjoni u tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni possibbli fl-Anness I għal kull waħda mis-sustanzi attivi konċernati jitlesta fi żmien 24 xahar. |
|
(7) |
Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iStati Membri jistgħu jestendu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-etoxazole jew il-ċarvone għal perijodu li ma jaqbiżx l-24 xahar mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fil-31 ta' Awwissu 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/71 (ĠU L 127, tad-29.4.2004, p. 104).