This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0328
2004/328/EC: Commission Decision of 5 April 2004 amending Annexes I and II to Decision 2003/634/EC approving programmes for the purpose of obtaining the status of approved zones and of approved farms in non-approved zones with regard to viral haemorrhagic septicaemia (VHS) and infectious haematopoietic necrosis (IHN) in fish (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2004) 1257)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2004 li temenda l-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi għall-għan li jinkiseb status ta’ żoni u rziezet approvati f’ żoni li mhumiex approvati, b’rabta mas-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1257)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2004 li temenda l-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi għall-għan li jinkiseb status ta’ żoni u rziezet approvati f’ żoni li mhumiex approvati, b’rabta mas-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1257)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 104, 8.4.2004, pp. 129–132
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 104 , 08/04/2004 P. 0129 - 0132
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ April 2004 li temenda l-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova l-programmi għall-għan li jinkiseb status ta’ żoni u rziezet approvati f’ żoni li mhumiex approvati, b’rabta mas-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1257) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/328/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tpoġġija fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura [1], u l-aktar l-Artiklu 10(2) tiegħua, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE [2] tapprova u tniżżel lista tal-programmi sottomessi minn diversi Stati Membri. Il-programmi huma maħsuba biex, wara li jkunu bdew il-proċeduri dwar żona, jew razzett li jkun f’żona li mhux approvata, Stat Membru jkun jista’ jikseb l-istat ta’ żona approvata jew razzett approvat f’żona li mhix approvata, b’rabta ma’ waħda mill-mardiet tal-ħut jew aktar tat-settiċemija emorraġika tad-demm (VHS) u tan-nekrożi emapojetika infettiva (IHN). (2) B’ittra li ġġib id-data tat-23 ta’ Diċembru 2003, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fiż-żona ta’ Valle del torrente Venina. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma’ l-Artiklu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk għandha tkun approvata. Fid-data ta’ l-applikazzjoni, l-ewwel teħid ta’ kampjuni kien sar f’Mejju ta’ l-2003. Għalhekk, il-programm għandu jibqa’ sejjer sa Ġunju ta’ l-2005. (3) B’ittra li ġġib id-data tal-21 ta’ Diċembru 2003, l-Italja applikat għall-approvazzjoni tal-programm li għandu jitħaddem fir-razzett Bassan Antonio. L-applikazzjoni li ntbagħtet instabet li hija fi qbil ma’ l-Artiklu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE, u għalhekk għandha tkun approvata. Iż-żona ma kinitx taħt sorveljanza fl-2002. Għalhekk, il-programm għandu jibqa’ sejjer sa l-2004 li bħala minimu għandu jkun hemm żewġ teħid ta’ kampjuni kull sena. (4) Il-programm li jgħodd għall-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja, ġie ffinalizzat u ż-żona issa tniżżlet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE [3]. (5) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2003/634/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. (6) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artiklu 1 Id-Deċiżjoni 2003/634/KE qed tiġi emendata kif ġej: 1. L-Anness I qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni. 2. L-Anness II qed jinbidel bit-test li hemm fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni. Artiklu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ April 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003 p. 1). [2] ĠU L 220, tat-3.9.2003, p. 8. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/904/KE (ĠU L 340, ta’ l-24.12.2003, p. 69). [3] ĠU L 106, tat-23.4.2002, p. 28. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/839/KE (ĠU L 319, ta’ l-4.12.2003, p. 21). -------------------------------------------------- L-ANNESS I L-ANNESS I PROGRAMMI SOTTOMESSI BIEX JINKISEB L-ISTAT TA’ ŻONA APPROVATA B’RABTA MA’ WAĦDA MILL-MARDIET TAL-ĦUT JEW AKTAR TAL-VHS U L-IHN 1. ID-DANIMARKA IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 TA’ MEJJU 1995 LI JKOPRU: - Il-wesgħa ta’ FISKEBÆK Å - IL-PARTIJIET KOLLHA TA’ JUTLAND lejn in-nofsinhar u l-punent tal-wesgħa ta’, Karup å, Gudenåen u Grejs å - Iż-żoni kollha tal-GŻEJJER DANIŻI 2. IL-ĠERMANJA IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA’ FRAR 1999 LI JKOPRI: - Żona fil-wesgħa ta’ l-ilma "OBERN NAGOLD" 3. SPANJA 4. FRANZA 5. L-ITALJA 5.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ BOLZANO FIS-6 TA’ OTTUBRU 2001 KIF EMENDAT B’ITTRA LI ĠĠIB ID-DATA TAS-27 TA’ MARZU 2003, LI JKOPRI: Iż-żona tal-Provinċja ta’ Bolzano - Iż-żona li tinkludi il-wesgħat kollha ta’ ilma fil-Provinċja ta’ Bolzano. Iż-żona li tinkludi l-parti ta’ fuq taż-żona ta’ VAL DELL’ADIGE - i.e. il-wesgħat ta’ l-ilma tax-xmara Adige mill-għejjun tagħha fil-Provinċja ta’ Bolzano sat-tarf mal-Provinċja ta’ Trento. ( NB Il-parti t’isfel li tibqa’ taż-żona ta’ VAL DELL’ADIGE hija taħt il-programm approvat tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento. Il-partijiet ta’ fuq u t’isfel ta’ din iż-żona għandhom jitqiesu bħala unità epidemoloġika waħda. ) 5.2. IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA FIL-PROVINJA AWTONOMA TA’ TRENTO FIT-23 TA’ DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA’ LULJU 1997 LI JKOPRU: Iż-żona ta’ Val di Sole e di Non - Il-wesgħa ta’ l-ilma f’ras il-għajn tax-xmara Noce sad-diga ta’ S. Giustina Iż-żona ta’ Val dell’Adige - il-parti t’isfel - Il-wesgħat ta’ l-ilma tax-xmara Adige u l-għejjun tagħha li jinsabu fit-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta’ Trento, mit-tarf tal-Provinċja ta’ Bolzano sad-diga ta’ Ala (l-impjant ta’ l-enerġija idroelettrika). ( NB: Il-parti tan-naħa ta’ fuq tax-xmara taż-żona VAL DELL’ADIGE hija taħt il-programm approvat tal-Provinċja ta’ Bolzano. Il-partijiet ta’ naħa ta’ fuq u t’isfel ta’ din iż-żona għandhom jitqiesu bħala unità epidemoloġika waħda. ) Iż-żona ta’ Torrente Arnò - Il-wesgħa ta’ l-ilma minn ras il-għajn tat-turrent ta’ l-Arnò sa l-ilqugħ mal-mixi tagħha, li jinsabu qabel it-turrent ta’ l-Arnò li jfur fix-xmara Sarca Iż-żona ta’ Val Banale - Il-wesgħa ta’ l-ilma tal-baċin tax-xmara Ambies sad-diga ta’ l-impjant ta’ l-enerġija idroelettrika Iż-żona ta’ Varone - Il-wesgħa ta’ l-ilma minn ras il-għajn tax-xmara Magnone saċ-ċarċara ta’ l-ilma Iż-żona ta’ Alto e Basso Chiese - Il-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Chiese mill-għejjun tagħha sad-diga ta’ Condino, ħlief il-baċini tat-turrenti Adanà u Palvico Iż-żona ta’ Torrente Palvico - Il-wesgħa ta’ l-ilma tal-baċin tat-turrent Palvico sa l-ilqugħ magħmul mill-konkrit u l-ġebel 5.3. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA’ FRAR 2001 LI JKOPRI: Iż-żona ta’ Torrente Astico - Il-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Astico, mill-għejjun tagħha (fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u fil-Provinċja ta’ Vicenza, ir-Reġjun tal-Veneto) sad-diga li tinstab qrib il-pont Pedescala fil-Provinċja ta’ Vicenza. Il-parti mal-mixi tax-xmara Astico, bejn id-diga qrib il-pont Pedescala u d-diga ta’ Pria Maglio, għandha titqies bħala żona newtrali. 5.4. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TA’ L-UMBRIA FL-20 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI: Iż-żona ta’ Fosso de Monterivoso: il-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Monterivoso, mill-għejjun tagħha sa l-ilqugħ li wieħed ma jistax jgħaddi minnhom ħdejn Ferentillo 5.5. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FL-1 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI: Iż-żona ta’ Val Brembana: il-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Brembo, mill-għejjun tagħha lejn l-ilqugħ li wieħed ma jistax jgħaddi minnu li hemm fil-Komunità de Ponte S. Pietro 5.6. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIT-23 TA’ DIĊEMBRU 2003 LI JKOPRU: Iż-żona ta’ Valle de Torrente Venina: il-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Vienna mill-għejjun tagħha sal-konfini li ġejjin - Il-Punent: il-wied ta’ Livrio - In-Nofsinhar: L-Alpi Orobie mill-Passaġġ ta’ Publino lejn il-Quċċata ta’ Redorta - il-widien ta’ Armisa (naħa tal-lvant) u Armisola 6. IL-FINLANDJA 6.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-FINLANDJA FID-29 TA’ MEJJU 1995 LI JKOPRI: - Iż-żoni kontinentali u kostali kollha tal-Finlandja ħlief: - Il-Provinċja ta’ Åland - Iż-żona ta’ restrizzjoni f’Pyhtää - Iż-żona ta’ restrizzjoni li tkopri l-ibliet ta’ Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma 6.2. IL-PROGRAMM LI JINKLUDI MIŻURI SPEĊIFICI TA’ QERDA SOTTOMESS MILL-FINLANDJA FID-29 TA’ MEJJU 1995, KIF ĠIE EMENDAT B’ITTRI LI JĠIBU D-DATI TAS-27 TA’ MARZU 2002, 4 TA’ ĠUNJU 2002, 12 TA’ MARZU 2003, 12 TA’ ĠUNJU 2003 U L-20 TA’ OTTUBRU 2003 LI JKOPRI: - IL-PROVINĊJA kollha ta’ ÅLAND - Iż-żona ta’ restrizzjoni f’PYHTÄÄ - Iż-żona ta’ restrizzjoni li tkopri l-ibliet ta’ Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma.” -------------------------------------------------- L-ANNESS II L-ANNESS II PROGRAMMI SOTTOMESSI BIEX JINKISEB L-ISTAT TA’ RZIEZET APPROVATI F’ŻONI LI MHUMIEX APPROVATI B’RABTA MA’ WAĦDA MILL-MARDIET TAL-ĦUT JEW AKTAR TAL-VHS U L-IHN 1. L-ITALJA 1.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-FRIULI VENEZIA GIULIA, IL-PROVINĊJA TA’ UDINE FIT-2 TA’ MEJJU 2000 LI JKOPRI: Irziezet fil-baċin tad-dranaġġ tax-xmara Tagliamento: - Azienda Vidotti Giulio s.n.c., Sutrio 1.2. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-5 TA’ APRIL 2002 LI JKOPRI: Irziezet fil-baċin tad-dranaġġ tax-xmara Sile: - Azienda Troticoltura S. Cristina, Via Chiese Vecchio 14 - Loc. S. Cristina di Quinto 1.3. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA’ DIĊEMBRU 2003 LI JKOPRI: Ir-razzett: - Azienda agricola Bassan Antonio 1.4. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA FIR-REĠJUN TAL-PIEMONTE FIL-5 TA’ SETTEMBRU 2002 LI JKOPRI: Ir-razzett: - Incubatoio ittico di valle - Loc Cascina Prelle - Traversella (TO)” --------------------------------------------------