Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0224

    Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2004 li tagħmel arranġamenti għas-sottomissjoni ta' informazzjoni fuq pjani jew programmi rikjesti taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE in-relazzjoni ma' limiti għal ċerti pollutants fl-arja (innotifikata taħt id-dokument numru K(92004) 491)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 68, 6.3.2004, p. 27–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32011D0850

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/224/oj

    32004D0224



    Official Journal L 068 , 06/03/2004 P. 0027 - 0033


    Id-Deċizjoni tal-Kummissjoni

    tal-20 ta' Frar 2004

    li tagħmel arranġamenti għas-sottomissjoni ta' informazzjoni fuq pjani jew programmi rikjesti taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE in-relazzjoni ma' limiti għal ċerti pollutants fl-arja

    (innotifikata taħt id-dokument numru K (92004) 491)

    (Test b' relevanza ŻEE)

    (2004/224/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 fuq l-evalwazzjoni u l-immaniggjar tal-kwalità ta' l-arja [1], u b' mod partikolari Artikolu 12 (10 tiegħu,

    Billi:

    (1) Skond Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, pjani u programmi biex jintlaħqu l-limiti stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' April 1999 rigward il-limiti għal sulphur dioxide, nitrogen oxide u oxides of nitrogen, particulate matter u ċomb fl-arja [2] u bid-Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2000 rigward limiti għall-benżina u l-carbon monoxide fl-arja [3] għandhom jiġu preparati fl-Istati Membri għal dawk iż-żoni u agglomerazzjonijiet fejn il-limiti flimkien mal-marġini tat-tolleranza jiġu maqbuża. Dawk il-pjani u programmi għandhom jinkludu mill-anqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness V għad-Direttiva 96/62/KE. Il-Kummissjoni għandha tiċċekkja regolarment l-implimentazzjoni ta' dawk il-programmi.

    (2) Artikolu 11 tad-Direttiva 96/62/KE jeħtieġ li Stati Membri jissottomettu l-pjani u l-programmi tagħhom lill-Kummissjoni kull sena.

    (3) Waqt li l-pjani u l-programmi jkunu qegħdin jiġu abbozzati skond ir-rekwiżiti amministrattivi speċifiċi f'kull Stat Membru, l-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għandha tkun armonizzata u strutturata skond l-arranġamenti dettaljati preskritti fil-preżenti Deċiżjoni.

    (4) Il-miżuri maħsuba f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbiliti b’Artikolu 12 tad-Direttiva 96/62/KE;

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Meta jissottomettu l-informazzjoni dwar il-pjani u programmi msemmija f’Artikolu 8(3) tad-Direttiva 96/62/KE, kif meħtieġ mill-Artikolu 11(1)(a)(iii) tagħha, in-rigward il-limiti stabbiliti bid-Direttivi 1999/30/KE u 2000/69/KE, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw dik l-informazzjoni skond l-istruttura stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Il-pjani u l-programmi sħah għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni meta titlobhom.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel fl-20 ta' Frar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Margot Wallström

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p.55. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 163, tad-29.6.1999, p. 41. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/744/KE (ĠU L 278,tat- 23.10.2001, p. 35).

    [3] ĠU L 313, tat-13.12.2000, p. 12.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    INTRODUZZJONI

    Ir-rapport lill-Kummissjoni għandu jingħata f’seba’ forom kif speċifikat hawn isfel. Għal kull pjan jew programm sett sħiħ ta’ forom għandu jimtela. Il-forma nru 1 tikkontjeni l-informazzjoni ġenerali fuq il-pjan jew programm ikkonċernat. Fil-forom 2 sa 6, kull kolonna tiddeskrivi sitwazzjoni ta’ eċċessivita indirizzata mill-pjan jew programm. Sitwazzjoni ta’ eċċessivita hija definita b’żona ta’ eċċessivita u l-limitu (LV) b’zieda mal-marġini ta’ tolleranza (LV + MOT) li ġiet maqbuża f’dik iż-żona. Żona ta’ eċċessivita hija lokalita’ jew kollezzjoni ta’ lokalitajiet fejn il-livelli nstabu li jeċċedu LV + MOT fis-sena ta’ referenza. Is-sena ta’ referenza hija s-sena li fiha l-eċċess ikun sar, skond Artikolu 8 tad-Direttiva 96/62/KE, li jobbliga (lill-Istat li jkun) biex jipprepara jew jimplimenta l-PP. Kull ringiela fil-forom 2 sa 6 fiha element deskrittiv għas-sitwazzjoni ta’ eċċessivita.

    Żona ta’ eċċessivita tista’ tkun komposta minn diversi lokalitajiet fejn eccessivita tal-LV + MOT nstabet fis-sena ta’ riferenza, sakemm ċerti elementi deskrittivi ta’ dawn il-lokalitajiet huma komparabbli jew identiċi. Dawn l-elementi deskrittivi huma indikati fil-forom 2 sa 6 b’ kodiċi amalgamanti li hi speċifikata fil-kaxxa 1. Għall-elementi deskrittivi li huma permessi li jkunu differenti għal-lokalitajiet, jinghataw kodici oħra fil-kaxxa 1; b’dawn il-kodiċi jispeċifikaw kif l-elementi differenti huma integrati.

    Deskrizzjonijiet sommarji ta’ miżuri individwali jingħataw fil-forma 7.

    KAXXA 1 Speċifikazzjoni ta’ kif lokalitajiet fejn il-livelli nstabu li jeċcedu livell ta’ LV + MOT jistgħu jiġu mgħaqqda f’sitwazzjoni waħda ta’ eċċessivita: kodiċi amalgamanti, li huma mogħtija għal kull entratura fil-forom ta’ hawn taħt

    Kodiċi amalgamanti | Tifsira tal-kodiċi amalgamanti |

    M.A. | M’hix applikabbli |

    S | Din l-entrata għandha tkun deskrizzjoni unika (mhix lista, medda, jew totali),li tapplika għal-lokalitajiet kollha amalgamanti |

    L | Jekk amalgamati, l-entrata għandha tkun listata’ l-entrati kollha tal-lokalitajiet |

    LS | Jekk amalgamati, l-entrata għandha tkun lista ta’ l-entrati kollha tal-lokalitajiet jew deskrizzjoni unika |

    R | Jekk amalgamata, l-entrata għandha tkun il-medda ta’ l-entrati, tal-lokalitajiet differenti: il-valur minimu u l-valur massimu |

    T | Jekk amalgamati, l-entrata għandha tkun l-għadd tat-total ta’ l-entrati kollha tal-lokalitajiet |

    a.Sena ta’ referenza | M.A. |

    b.Stat Membru | M.A. |

    c.Referenza għall-pjan jew program | M.A. |

    d.Lista tan-numri tal-kodiċi tas-sitwazzjonijiet ta’ eċċessivita deskritti fil-forom 2 sa 6 | M.A. |

    e.L-isem ta’ l-awtorità responsabbli għall-abbozzar tal-pjan jew program li jindirizza s-sitwazzjoni ta’l-eċċessivita | M.A. |

    f.L-indirizz postali ta’ l-awtorità responsabbli | M.A. |

    g.L-isem tal-persuna ta "kuntatt" | M.A. |

    h.L-indirizz postali tal-persuna ta "kuntatt" | M.A. |

    i.In-numru tat-telefon tal-persuna ta "kuntatt" | M.A. |

    j.In-numru tal-fax tal-persuna ta "kuntatt" | M.A. |

    k.Indirizz e-mail tal-persuna ta "kuntatt" | M.A. |

    1.Kummenti għal kjarifikazzjoni jekk meħtieġa | M.A. |

    FORMA 2 Deskrizzjoni ta’ l-eċċessivita tal-limitu

    Noti għal Forma 2:

    1. Sub a : Kull situazzjoni ta’ eċċessivita għandha tingħata numru kodifikat li hu uniku fl-Istat Membru.

    2. Sub b : Il-pollutant għandu jiġi indikat minn "SO2" NO2’, "PM10", Pb’ għaċ-ċomb, "C6H6’ għall-benżina u" CO.

    3. Sub c : Il-kodiċi taż-żona għandha tkun identika għal dik sottomessa fil-kwestjonarju annwali 2001/839/KE tas-sena ta’ referenza.

    4. Sub D : Jekk iż-żona ta’ eċċess testendi aktar minn belt waħda jew munċipalità, l-bliet kollha u l-muniċipalitajiet fejn l-eċċess seħħ għandhom jissemmew, waqt li jkunu separati minn punto-virgola.

    5. Sub e : Il-limitu li għalih l-LV + MOT kien maqbuż għandu jiġi identifikat bħala ’h’ (ibbażat fuq kejl kull siegħa),’d’ (kejl kuljum) jew ’a’ (kejl annwali).

    6. Sub f u h : Jekk l-eċċess instab permezz ta’ mudellar, l-aktar livell ogħli fl-arja fejn sar l-eċċess għandu jingħata f’din il-forma u fil-forom sussegwenti.

    7. Sub i : L-informazzjoni għandha tingħata fil-forma ’sena: konċentrazzjoni’. Entrati għal diversi snin għandhom ikunu separati b’ punto virgola. In-nuqqas ta’ data għandu jiġi indikat b’ ’m.a., komunikazzjoni minn qabel b’ ’com’.

    8. Sub j : "Il-kodiċi ta’ l-istazzjoni fejn l-eċċess ġie osservat’ għandha tkun il-kodiċi li kienet użata fil-kwestjonarju annwali tas-sena ta’ referenza (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/839/KE)."

    9. Sub j : Għall-"koordinati geografiċi ta’ l-istazzjon’ u ’klassifika ta’ l-istazzjon’, l-ispeċifikazzjonijiet li huma diġa’ fl-użu għall-bdil ta’ data taħt id-Deċiżjon 97/101/KE dwar il-bdil ta’ informazzjoni għandhom jintużaw."

    10. Sub k : Il-kodiċi għall-’klassifika ta’ l-istazzjon’ għandhom jintużaw ukoll għall-’klassifika taż-żona’, Jekk iż-żona ta’ eċċessivita misjuba permezz ta’ mudellar tinkludi aktar minn klassi waħda, għandhom jingħataw il-kodiċi tal-klassi, separati bil-punto virgola.

    11. Sub l u m : L-’arja tal-wiċċ (km2) ’l fuq mill-LV’ tindika d-daqs ta’l-arja ta’ l-eċċess taż-żona konċernata.Tista’ titħalla vojta għall-istazzjonijiet tat-traffiku jew żoni ta’ traffiku. It-"tul tat-triq (km) fejn il-livell kien ogħla mill-LV’ għandu jingħata biss għal eċċessivita fi stazzjonijiet tat-traffiku jew, fil-każ ta’ mudellar, żoni ta’ traffiku. Tindika t-tul totali tas-sezzjonijiet tat-triq fejn l-eċċess ikun sar fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat."

    12. Sub n : "Esponiment tal-Popolazzjoni ’l fuq mill-LV’ tindika stima ta’ l-avarija tan-numru tan-nies preżenti waqt l-eċċessivita tal-limitu."

    a.Numru tal-kodiċi tas-sitwazzjoni ta’ eċċessivita | M.A. |

    b.Pollutant | S |

    ċ.Kodiċi taż-żona | L |

    d.Isem tal-belt(bliet) muniċipalità(-itajiet) | L |

    e.timtela biss jekk il-pollutant hu SO2, NO2 jew PM10: il-limitu li għalih LV+MOT ma nqabiżx (h/d/a) | S |

    f.Livell ta’ konċentrazzjoni fis-sena ta’ referenza: | |

    —Konċentrazzjoni f’μg/m3 jekk tapplika,jew | R |

    —Massimu 8-sigħat imkejla ta’ konċentrazzjoni CO f’mg/m3 jekk applikabbli,jew | R |

    —In-numru totali ta’ eċċessivita espressa b’relazzjoni ma’ l LV+MOT jekk applikabbli | R |

    g.Timtela biss jekk l-LV hu espress bħala numru ta’ eċċessivita ta’ konċentrazzjoni numerika: n-numru totali ta’ eċċessivita fis-sena ta’ referenza espress b’relazzjoni ma’ l-LV | R |

    h.Livell ta’ konċentrazzjoni fis-sena ta’ referenza espressa b’relazzjoni għall-LV tas-saħħa relatat mal-pollutant ikkonċernat, jekk tali LV jeżisti: | |

    —Konċentrazzjoni f’μg/m3 jekk applikabbli,jew | R |

    —In-numru totali ta’ eċċessivita espresso b’relazzjoni ma’ l-LV jekk applikabbli | R |

    i.Konċentrazzjonjiet osservati fis-snin ta’ qabel jekk disponibbli u li ma kinux diġa’ ntbagħtu lill-Kummissjoni | |

    —Sena u konċentrazzjoni f’g/m3 jekk applikabbli,jew | L |

    —Sena u massimu 8-sigħat nieqsa ta’ konċentrazzjoni CO f’mg/m3 jekk applikabbli,jew | L |

    —Sena u n-numru totali ta’ eċċessi espressi b’relazzjoni għall-LV + MOT jekk applikabbli | L |

    j.Jekk l-eċċessivita nstabet permezz ta’ kejl: | |

    —Il-kodiċi ta’ l-istazzjon fejn l-eċċess kien osservat | L |

    —Il-koordinati geografiċi ta’ l-istazzjon | L |

    —Il-klassifika ta’ l-istazzjon | S |

    k.Jekk l-eċċessivita nstabet permezz ta’ kalkolazzjoni mudell: | |

    —Indikazzjoni tal-lokalità taż-żona ta’ l-eċċess | LS |

    —Klassifikar taż-żona | S |

    1.Stima ta’ l-arja tal-wiċċ (km2) fejn il-livell kien ogħla mill-LV fis-sena ta’referenza | T |

    m.Stima tat-tul tat-triq (km) fejn il-livell kien ogħla mill-LV fis-sena ta’referenza | T |

    n.Stima tat-total tal-popolazzjoni esposta għal-livell ogħla mill-LV fis-sena ta’referenza | T |

    o.Kumment għal kjarifika jekk meħtieġa | M.A. |

    FORMA 3 Analizi tal-kawżi ta’ l-eċċessivita tal-limitu fis-sena ta’ referenza

    Noti għal Forma 3:

    1. Sub b u ċ : Il-livell tal-background hu l-konċentrazzjoni ta’ pollutants fuq skala akbar miż-żona ta’ eċċessivita. Il-livell tal-background reġjonali hu l-livell li hu stmat li jokkorri fl-assenza ta’ sorsi f’distanza ta’ 30 km. Għal lokalitajiet f’belt, dan ikun il-livell tal-background fin-nuqqas tal-belt. Għall-eċċess ikkaġunat minn tnigġis ta’ l-arja minn trasport fit-tul, il-background reġjonali jista’ jkun ugwali għall-eċċess irrapportat fil-forma 2. Il-background totali hu livell li hu stmat li jokkorri fl-assenza ta’ sorsi (bi ċmieni għoljin f’madwar 5 km u sorsi baxxi f’bejn wieħed u ieħor 0,3 km din id-distanza tista’ tkun iżgħar, p.e. għal tisħin residenzali, jew akbar, p.e. fabbriki ta’ l-azzar). Il-livell tal-background totali jinkludi l-livell tal-background reġjonali. F’belt, il-background totali hu l-background urban, i.e. il-livell li jokkorri fl-assenza ta’ sorsi sinfikanti fil-viċinanza immedjata. F’żona rurali, l-livell totali ta’ background hu kważi daqs il-livell tal-background reġjonali.

    2. Sub d : Il-kontribuzzjonijiet tas-sorsi lokali għandhom jiġu espressi bħala numru segwenzali, billi jintuża n-numru "1’ għall-akbar kontributur", 2’ għat-tieni l-akbar wieħed eċċ. Sorsi li ma jikkontribwux sinifikattivament għandhom jiġu indikati b’ "-".

    3. Sub d : Jekk il-kontribuzzjoni ta’ sorsi ’oħra’ kienet indikata bħala sinifikanti, it-tip(i) tas-sorsi għandha tkun ikkjarifikata fl-entrata ’Kummenti għal kjarifika’.

    4. Sub f : Klimatoloġija lokali eċċezzjonali għandha tiġi indikata b’ +.

    5. Sub g : Topografija lokali eċċezzjonali għandha tiġi indikata b’ +’.

    a.In-numru tal-kodiċi tas-sitwazzjoni ta’ eċċessivita | M.A. |

    b.Stima tal-livell tal-background (sfond)reġjonali | |

    —Konċentrazzjoni annwali mkejla f’ μg/m3 jekk applikabbli,jew | R |

    —Massimu ta’ konċentrazzjoni ta’CO imkejla fi 8-sigħat f’mg/ms jekk applikabbli,jew | R |

    —In-numru totali ta’ eċċessi espressi b’relazzoni ma’ l-LV jekk applikabbli, | R |

    ċ.Stima tal-livell totali tal- background | |

    —Konċentrazzjoni annwalia mkejla f’μg/m3 jekk applikabbli,jew | R |

    —Massimu ta’ konċentrazzjoni ta’ CO imkejla fi 8-sigħat f’mg/ms jekk applikabbli,jew | R |

    —In-numru totali ta’ eċċessi espressi in relazzoni ma’ l-LV jekk applikabbli, | R |

    d.Indikazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ sorsi lokali għall-eċċessivita tal-limitu: | |

    —Traffiku | S |

    —L-industrija inkluża l-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija | S |

    —L-agrikoltura | S |

    —Sorsi Kummerċjali u residenzali | S |

    —Sorsi naturali | S |

    —Oħrajn | S |

    e.Referenza għall-inventarju ta’ emissjonijiet użati fil-kors ta’ l-analizi | MA. |

    f.Jekk eċċezzjonali: indikazzjoni tal-klimatoloġija lokali | S |

    g.Jekk eċċezzjonali: indikazzjoni tat-topografija | S |

    h.Kummenti għal kjarifika jekk meħtieġa | M.A. |

    FORMA 4 Livell ta "bażi"

    Noti għal Forma 4:

    1. Il-Forma 4 għandha timtela għal-limitu/i li l-LV + MOT jinqabeż.

    2. Il-livell bażiku hu l-konċentrazzjoni mistennija fis-sena meta l-limitu jidħol fis-seħħ mingħajr ebda miżuri "l hinn minn dawk diġa’ miftehma jew sottointesa mil-leġislazzjoni eżistenti."

    a.Numru tal-kodiċi tas-sitwazzjoni ta’ eċċessivita | M.A. |

    b.Deskrizzjoni qasira tax-xenarju ta’ l-emissjoni użat għal analizi bażika: | |

    —Sorsi li kontribwew għal-livell tal-background reġjonali | S |

    —Sorsi reġjonali li jikkontribwixxu għal-livell totali tal-background iżda li ma jikkontribwux għal-livell reġjonali | S |

    —Sorsi lokali sakemm ikunu relevanti | S |

    c.Livelli mistennija fl-ewwel sena li fiha l-limitu għandu jintlaħaq: | |

    —Il-livell reġjonali bażiku tal-background: | |

    Konċentrazzjoni annwali mkejla f’μg/m3 jekk applikabbli, jew | R |

    Massimu ta’ koncentrazzjoni ta’ CO mkejla kull 8 sigħat f’mg/m3, jekk applikabbli, jew | R |

    Numru totali ta’ eċċessivita espressa b’relazzjoni għall-LV jekk applikabbli, | R |

    —Il-livell totali tal-background bażiku: | |

    Konċentrazzjoni annwali mkejla f’μg/m3 jekk applikabbli, jew | R |

    Massimu ta’ koncentrazzjoni ta’ CO mkejla kull 8 sigħat f’mg/m3 jekk applikabbli, jew | R |

    Numru totali ta’ eċċessi b’relazzjoni ma’ l-LV jekk applikabbli, | R |

    —Il-livell bażilari fil-lokalita ta’ eċċessivita: | |

    Il-konċentrazzjoni annwali mkejla f’μg/m3 jekk applikabbli, jew | R |

    Massimu ta’ koncentrazzjoni ta’ CO mkejla kull 8 sigħat mg/m3 jekk applikabbli, jew | R |

    Numru totali ta’ eċċessi espress b’relazzjoni għal-LV jekk applikabbli, | R |

    d.Hemm ħtieġa ta’ miżuri "l hinn minn dawk li jiriżultaw mil-leġislazzjoni ezistenti biex jiġi żgurat li l-limitu jintlaħaq sad-data stabbilita? (y/n)" | S |

    e.Kummenti għal kjarifika jekk meħtieġa | M.A. |

    FORMA 5 Dettalji ta’ miżuri "l hinn minn dawk diġa’ meħtieġa mil-leġislazzjoni eżistenti"

    Noti għal Forma 5:

    1. Il-Forma 5 għandha tiġi mimlija biss jekk l-analizi rikjesta minn Forma 4 turi illi ma kienx mistenni li dak il-limitu jintlaħaq b’miżuri diga’rikjesti mil-leġislazzjoni ezistenti.

    2. Sub b : Kull miżura trid tiġi indikata b’ kodiċi, li tirreferi għal miżura deskritta fil-Forma 7.

    3. Sub c : Kliem ewlenin dwar il-diversi passi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu segwiti minn data jew perjodu fil-forma "mm/yy’. Entraturi għandhom ikunu separati minn punto virgola."

    4. Sub e u f : Il-fondi allokati jirreferu għal fondi pubbliċi biss; l-ispejjeż totali stmati jinkludu wkoll l-ispejjeż koperti mis-settur(i) affettwati.

    a.Numru tal-kodiċi tas-sitwazzjoni ta "l-eċċessivita" | M.A. |

    b.Kodiċi(ijiet) tal-miżura(i) | S |

    c.Programm ippjanat ta’ l-implimentazzjoni | L |

    d.Indikatur(i) għall-moniteraġġ tal-progress | S |

    e.Fondi allokati (snin; ammont f’EUR) | T |

    f.Stima ta’ l-ispejjeż totali (ammont f’EUR) | T |

    g.Stima tal-livell fis-snin meta l-livell għandu jintlaħaq, filwaqt li l-miżuri addizzjonali jittieħdu in-konsiderazzjoni. | R |

    h.Kummenti għal kjarifika jekk meħtieġa | M.A. |

    FORMA 6 Miżuri possibbli li s’issa għadhom ma ttieħdux u miżuri fit-tul (b’ghazla)

    Noti għal Forma 6:

    1. Sub b u d : Kull miżura għandha tiġi indikata b’ kodiċi, li tirreferi għal miżura deskritta fil-Forma 7. Jekk aktar minn miżura waħda hija indikata, l-kodiċi għandhom ikunu separati minn punto virgola.

    2. Sub ċ : Il-kodiċi segwenti għandhom jintużaw biex jikkaratterizzaw il-livell amministrattiv li fih il-miżuri setgħu ttieħdu: A: lokali; B: reġjonali; Ċ: nazzjonali; D: Unjoni Ewropea; E: internazzjonali "l hinn mill-Unjoni Ewropea. Jekk aktar minn livell wieħed hu meħtieġ, il-kodiċi għandhom jiġu separati permezz ta" punto virgola.

    a.Numru tal-kodiċi tas-sitwazzjoni ta "eċċessivita" | M.A. |

    b.Kodiċ(ijiet) tal-miżura(i) possibbli li s’ issa għadhom ma ttieħdux | LS |

    ċ.Għal miżuri li għadhom ma ttieħdux: | |

    Livell amministrattiv li fih il-miżuri jistgħu jittieħdu | LS |

    Raġuni għaliex il-miżura ma ttieħditx | LS |

    d.Kodiċi(ijiet) għal miżuri fit-tul | LS |

    e.Kummenti għal kjarifika jekk meħtieġa | M.A. |

    FORMA 7 Sommarju ta’ Miżuri

    Noti għal Forma 7:

    1. Il-Forma 7 għandha tintuża biex tiddeskrivi l-miżuri msemmija fil-Forom 5 sa 6. Kolonna waħda ta’ Forma 7 trid timtela għal kull miżura.

    2. Sub a : Kull miżura għandha tingħata kodiċi unika.

    3. Sub ċ : Id-deskrizzjoni tal-miżura hi test libera tipika ta’ bejn 100 sa 200 kelma.

    4. Sub d : Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw biex jikkaratterizzaw il-livell amministrattiv li fih il-miżura setgħet ittieħdet:: A: lokali; B: reġjonali; C: nazzjonali.

    5. Sub e : Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jikkaratterizzaw it-tip ta’ miżura: A: ekonomika/fiskali; B: teknika; C: edukattiva/informattiva; D: ohrajn.

    6. Sub g : Il-kodiċi li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jikkaratterizzaw il-programm tar-riduzzjoni tal-konċentrazzjoni miksuba mill-miżura: A: terminu qasir; B:terminu medju (ċirka sena); C: terminu fit-tul.

    7. Sub h : Il-kodiċi segwenti għandhom jintużaw biex jikkaratterizzaw is-settur tas-sorsi affettwati mill-miżura: A: trasport; B: l-industrija inkluża l-produzzjoni ta’ l-enerġija u s-sħana; C: l-agrikoltura; D: sorsi kummerċjali u residenzali; E: oħrajn.

    8. Sub e u h : Jekk tintuża l-kodiċi għal ’oħrajn’, din għandha tkun kjarifikata fl-entrata ’Kummenti għal kjarifika’.

    9. Sub i : Is-segwenti kodiċi għandhom jintużaw biex jikkaratterizzaw l-iskala spazjali tas-sorsi affettwati mill-miżura:

    10. Sub d-i : Jekk tapplika aktar minn kodiċi waħda, għandhom jiġu separati permezz ta "punto virgola."

    a.Kodiċi tal-miżura | MA. |

    b.Titolu | MA. |

    c.Deskrizzjoni | MA. |

    d.Livell amministrattiv li fih il miżura setgħet ittieħdet | LS |

    e.Tip ta’ miżura | M.A. |

    f.Il-miżura hija regolatorja? (y/n) | M.A. |

    g.Programm ta’ reduzzjoni | M.A. |

    h.Settur(i) ta’ sorsi affettwati | M.A. |

    i.Skala spazjali ta’ sorsi affettwati | M.A. |

    j.Kummenti għal kjarifika jekk meħtieġa | M.A. |

    --------------------------------------------------

    Top