Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0129

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Jannar 2004 dwar it-tħollija barra ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirat ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm dawn is-sustanzi (notifikata bid-dokument numru K(2004) 152)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 37, 10.2.2004, p. 27–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/08/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/129(1)/oj

    32004D0129



    Official Journal L 037 , 10/02/2004 P. 0027 - 0031


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-30 ta’ Jannar 2004

    dwar it-tħollija barra ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirat ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm dawn is-sustanzi

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 152)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/129/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti tal-ħarsien tal-pjanti [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE [2], u l-aktar ir-raba’ sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tiegħua,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom ikollhom sustanzi attivi li, għalkemm ma jkunux jidhru fil-lista fl-Anness I għal dik id-Direttiva, ikunu ilhom diġà fis-suq sentejn minn wara d-data tan-notifika. Bħalissa dawk is-sustanzi qed jiġu eżaminati gradatament fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 [3] iwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-twettiq tar-raba’ taqsima tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Is-sustanzi attivi tar-raba’ taqsima, li għalihom ma ġiet avżata l-ebda rabta biex jitħejjew aktar id-dokumenti meħtieġa, għandhom jitniżżlu fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. L-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm dawn is-sustanzi attivi. L-Anness I għal din id-Deċiżjoni jipprovdi lista ta’ sustanzi attivi li jaqgħu f’din il-kategorija.

    (3) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 [4] u (KE) Nru 1490/2002 [5] iwaqqfu r-regoli dettaljati għat-twettiq tat-tieni u tielet taqsimiet tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Is-sustanzi attivi li għalihom għadu ma ntbagħat l-ebda dokument komplut jew li għalihom minn qed javża ddikjara li mhux se jilħaq jibgħat id-dokumenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit, m’għandhomx jitniżżlu fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, waqt li l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtoriżżazzjonijiet kollha għall-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm dawn is-sustanzi attivi. L-Anness I għal din id-Deċiżjoni jagħti lista ta’ sustanzi attivi li jaqgħu f’din il-kategorija.

    (4) It-tagħrif li ġie ppreżentat dwar uħud minn dawk is-sustanzi attivi kien eżaminat mill-esperti tal-Kummissjoni flimkien ma’ dawk ta’ l-Istati Membri; dan wera l-bżonn li s-sustanzi kkonċernati għandhom bżonn jintużaw aktar. F’dawk il-każijiet, għandu jkun hemm miżuri temporanji biex ikun jista’ jseħħ l-iżvilupp ta’ sustanzi alternattivi.

    (5) Għal dawk is-sustanzi attivi, li għalihom hemm biss perjodu qasir ta’ avviż bil-quddiem għall-irtirat ta’ prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom hemm dawn is-sustanzi, ikun għaqli li jingħata perjodu ta’ grazzja għad-disponiment, il-ħażna, it-tpoġġija fis-suq u l-użu tal-ħażniet li hemm bħalissa għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, biex il-ħażniet li hemm bħalissa jkunu jistgħu jintużaw f’mhux aktar minn perjodu wieħed ta’ tkabbir. F’każijiet fejn jingħata perjodu ta’ avviż bil-quddiem itwal, dan il-perjodu ma jistax jiqsar biex jintemm fl-aħħar ta’ l-istaġun tat-tkabbir.

    (6) Il-miżuri li hemm f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-sustanzi attivi li huma mniżżla fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandhom jitniżżlu fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, jiġu ritirati kollha sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2004.

    2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri li huma mniżżla fil-kolonna B ta’ l-Anness II jistgħu, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007, iżommu l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li fihom ikun hemm is-sustanzi mniżżla fil-kolonna A ta’ dak l-Anness għall-użi mniżżla fil-kolonna ¬ ta’ dak l-Anness. Dan biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati alternattivi effiċjenti għas-sustanza koperta.

    L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga mogħtija fl-ewwel sotto-paragrafu għandhom jiżguraw li jkunu mħarsa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) l-użu ssuktat ikun aċċettat biss sakemm dan ma jagħmel l-ebda ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali u lanqas ma jkollu effetti ħżiena u mhux aċċettabbli fuq l-ambjent;

    (b) il-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq wara l-31 ta’ Marzu 2004 jiġu ttikkettjati mill-ġdid biex ikunu jistgħu jitqabblu l-kondizzjonijiet ta’ l-użu ristrett;

    (ċ) ikunu imposti l-miżuri ta’ titfija kollha possibbli biex jitnaqqas kull riskju possibbli;

    (d) l-alternattivi għal dawn l-użi jkunu tabilħaqq qed jiġu ssuktati.

    3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda fit-tisħiħ tal-paragrafu 2, u l-aktar dwar il-wetqiet meħuda fu qbil mal-punti (a) sa (d).

    Artikolu 3

    Kull perjodu ta’ grazzja li jingħata mill-Istati Membri fi qbil ma’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jkun kemm jista’ jkun qasir.

    Fejn l-awtorizzazzjonijiet jitneħħew fi qbil ma’ l-Artikolu 2(1) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2004, il-perjodu għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004.

    Fejn l-awtorizzazzjonijiet jitneħħew fi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007, il-perjodu għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, 19.08.91, p. 1.

    [2] ĠU L 325, 12.12.03, p. 41.

    [3] ĠU L 168, 27.06.02, p. 14.

    [4] ĠU L 55, 29.02.00, p. 25.

    [5] ĠU L 224, 21.08.02, p. 23.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    Lista ta’ sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 1

    PARTI A

    Sustanzi koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 703/2001 (it-tieni taqsima tal-programm ta’ ħidma)

    Methidathion

    PARTI B

    Sustanzi li huma koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (it-tielet taqsima tal-programm ta’ ħidma)

    Sinosulfuronju

    Clofencet

    Klorflurenolju

    Flamprop-M

    Flurenolju

    Hexaflumuronju

    Imazethapyr

    Nwarimolju

    Primisulfuronju

    Pretilaklorju

    Kwinklorakju

    Streptomycine

    Tridemorfju

    Triadimefonju

    PARTI Ċ

    Sustanzi li huma koperti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (ir-raba’ taqsima tal-programm ta’ ħidma)

    A. Sustanzi kimikali attivi

    Aċetat ta' (4E-7Z)-4,7-Tridecadien-1-yl

    (4Z-9Z)-7,9-Dodecadien-1-ol

    Aċetat ta' (E)-10-Dodecenyl

    Aċetat ta' (Z)-3-Methyl-6-isopropenyl-3,4-decadien-1-yl

    Aċetat ta' (Z)-3-Methyl-6-isopropenyl-9-decen-1-yl

    Aċetat ta' (Z)-5-Dodecen-1-yl

    (Z)-7-Tetradecanole

    (Z)-9-Tricosene

    Aċetat (Z,Z) Octadienyl

    2-Propanol

    3,7-Dimethyl-2,6-octadienal

    4-chloro-3-methylphenol

    7,8-Epoxi-2-methyl-octadecane

    7-Methyl-3-methylene-7-octene-1-yl-propionate

    Baæijiet Akridiniċi

    Klorat ta' l-ammonja ta' l-alkyldimethybenzyl

    Klorat ta' l-ammonja ta' l-alkyldimethylethylbenzyl

    Idrossidu ta' l-ammonja

    Sulfat ta' l-ammonja

    Nitrat tal-Barju

    Bifenil

    Bromethalin

    Kalċiferolju

    Ċjanur tal-kalċju

    Ossidu tal-kalċju

    Fosfat tal-kalċju

    Kloridrat tal-poly (imino imido biguanidine)

    Klorofilina

    Kolekalċiferolju

    Klorat tal-Kolin

    Coumachlor

    Coumafuryl

    Coumatetralyl

    Krimidina

    Difethialone

    Klorat ta' l-ammonja tad-Dioctyldimethyl

    Diphacinone

    Ethanethiol

    Ethylhexanoate

    Flocumafen

    Fluoroacetamide

    Aċidu Sebakiku

    Serricornin

    Karbonat tas-sodju

    Klorat tas-sodju

    janur tas-sodju

    Dimethylarsinate tas-sodju

    Idrossidu tas-sodju

    o-benzyl-p-chlorphenoxide tas-sodju

    Propjonat tas-sodju

    p-t-amylphenoxide tas-sodju

    Tetraborat tas-sodju

    Estratt taż-żrieragħ tas-soja

    Żejt taż-żrieragħ tas-soja, epossilat

    Strychnine

    Żjut tal-qatran

    Sulfat tat-tallju

    Thiourea

    trans-6-Nonen-1-ol

    Trimedlure

    Cjanur ta' l-idroġenu

    Isoval

    Aċidu laktiku

    Bromidju tal-Lauryldimethylbenzylammonium

    Klorat tal-Lauryldimethylbenzylammonium

    Fosfat tal-ġir

    Methyl-trans-6-nonenoate

    Naftalina

    Nitroġenu

    Klorat ta' l-ammonja ta' l-octyldecyldimethyl

    Estratt tal-basal

    Papajina

    Aċetat tal-p-Cresyl

    p-Dichlorobenzene

    Ferodim

    Aċidu fosforiku

    Żjut tal-pjanti/żejt tal-ġewæa ta' l-Indji

    Żjut tal-pjanti/żejt tal-qamħirrum

    Żjut tal-pjanti/żejt tal-karawett

    Sorbat tal-potassju

    Pronumonju

    Aċidu propjoniku

    Pyranocumarin

    Komposti ta' l-ammonja kwaternarja

    Scilliroside

    Scilliroside

    Likur tal-qamħ

    B. Mikro-organiæmi

    Aschersonia aleyrodis

    Il-virus ta' l-Agrotis segetum granulosis

    Il-virus tal-Mamestra brassica polyhedrosis nukleari

    Virus tal-mużajk tat-tadam

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    Lista ta’ awtorizzazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(2)

    Kolonna A | Kolonna B | Kolonna Ċ |

    Sustanza attiva | Stat Membru | Użu |

    Klorat ta' l-ammonja ta' l-Alkyldimethylbenzyl | Il-Belġju | Diżinfettar ta' kmamar fejn u tagħmir li għandu x'jaqsam mat-tkabbir tal-faqqiegħ |

    Sinosulfuronju | Spanja | Ross |

    L-Italja | Ross |

    Flamprop-M | L-Awstrija | Qamħ tar-rebbiegħa, Xgħir tar-rebbiegħa, Qamħ tax-xitwa, Xgħir tax-xitwa, |

    Id-Danimarka | Xgħir tar-rebbiegħa |

    Hexaflumuronju | Il-Portugall | Citrus |

    Spanja | Pinus |

    Methidathion | Franza | Tuffieħ, lanġas, għanbaqar, ċitru żejt taż-żerriegħa tal-liftija |

    Il-Ġermanja | Żebbuġ |

    L-Italja | Tuffieħ, |

    Il-Portugall | lanġas, ħawħ, żebbuġ, dwieli, ċitru, mang u custard apple |

    Spanja | Żebbuġ, tuffieħ, lanġas |

    Il-Greċja | Citru, żebbuġ |

    Pretilaklorju | Franza | Ross |

    L-Italja | Ross |

    Kwinklorajku | Spanja | Ross |

    Il-Greċja | Ross |

    Portugal | Ross |

    L-Italja | Ross |

    Triadimefonju | L-Isvezja | Frawli li jitkabbar fl-għelieqi |

    Tadam u ħjar tas-serra |

    --------------------------------------------------

    Top