Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2325

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2325/2003 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2561/2001 bil-għan li jinkoraġixxi l-konverżjoni ta' bastimenti tas-sajd u ta' sajjieda li kienu, sa l-1999, jiddependu fuq il-ftehim tas-sajd mal-Marokk

    ĠU L 345, 31.12.2003, p. 25–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32001R2561

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2325/oj

    32003R2325



    Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0025 - 0026


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2325/2003

    tas-17 ta' Diċembru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2561/2001 bil-għan li jinkoraġixxi l-konverżjoni ta' bastimenti tas-sajd u ta' sajjieda li kienu, sa l-1999, jiddependu fuq il-ftehim tas-sajd mal-Marokk

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Billi:

    (1) Il-Ftehim dwar ir-relazzjoniet fir-rigward tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk ġew meqjusa nulli fit-30 ta' Novembru 1999. Minħabba f'hekk, iktar minn 400 bastimenti tas-sajd u madwar 4300 sajjieda li kienu qed jaħdmu f'dak il-kuntest kienu mġiegħla jieqfu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom f'dik id-data.

    (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2561/2001 [3] daħħal derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 [4] ghal propjetarji ta' vapuri u sajjieda li sa l-1999, kienu jiddependu fuq il-ftehim tas-sajd mal-Marokk, applikabbli ghal certi tipi ta' premiums u għajnuna pubblika moghtija minn deċiżjoni amministrattiva bejn l-1 ta' Lulju 2001 u t-30 ta' Ġunju 2003. L-istess Regolament daħħal azzjoni speċifika biex tissupplimenta l-miżuri meħudin fil-kuntest ta' għajnuna mil-Fond Strutturali fl-Istati Membri in kwistjoni minħabba n-nuqqas ta' tiġdid tal-ftehim tas-sajd mal-Marokk.

    (3) Is-sajjieda li ġew affettwati min-nuqqas ta' tiġdid ta' dak il-ftehim tas-sajd jistgħu jsibu lilhom infushom mingħajr impjieg wara l-konverżjoni tal-bastiment tagħhom għal attività oħra fl-istess mod bħal sajjieda li l-bastiment tagħhom waqaf l-attività tiegħu b'mod permanenti. Sabiex ikun assigurat li s-sajjieda kollha huma ttrattati b'mod ugwali, id-disposizzjonijiet li jistabbilixxu li somom ta' flus individwali jistgħu jitħallsu lis-sajjieda biss previst li l-bastiment tas-sajd fuq liema kienu impjegati waqaf l-attivitajiet tiegħu b'mod permanenti għandha tiġi magħmula deroga minnhom.

    (4) Il-perjodu minimu ta' inqas minn sena waħda msejjaħ fl-Artikolu 12(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 matul liema s-sajjied jista' ma jaħdimx bħala sajjied mil-ġdid mingħajr ma jkun meħtieġ iħallas lura l-premium li rċieva pro rata temporis għandu jiġi kkalkulat mill-1 ta' Jannar 2002, id-data minn liema l-pagamenti tal-waqfien temporanji ma jistgħux aktar jitħallsu, u mhux mid-data fuq liema l-premium ġie fil-fatt imħallas.

    (5) Minħabba t-termini perentorji bħalissa fis-seħħ, sabiex jkunu jistgħu jiġu applikati l-emendamenti msemmijin hawn fuq, il-limiti tal-ħin għad-data tad-deċiżjoni amministrattiva, id-data finali għal eliġibiltà ta' nfiq u d-data finali għal preżentazzjoni tat-talba għal pagament tal-bilanċ għandhom ilkoll jiżdiedu bi 12-il xhar.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2561/2001 hu hawnhekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a) fil-paragrafu 1, il-punt (d) għandu jigi mibdul b'dan li ġej:

    "(d) fil-każ ta' pagament ta' somma ta' flus individwali lill-sajjied:

    (i) l-ispiża massimaa eliġibbli msejħa fl-Artikolu 12(3)(b) u (ċ) għandha tiġi miżjuda bi 20 %;

    (ii) il-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 12(3)(b) li benefiċjarji għandhom jkunu mpjegati fuq bastiment tas-sajd li waqaf l-attività tiegħu b'mod permanenti fis-sens ta' l-Artikolu 7 m'għandhiex tapplika;

    (iii) il-perjodu ta' inqas minn sena waħda msejjaħ fl-Artikolu 12(4)(ċ) għandu jibda mill-1 ta' Jannar 2002;"

    (b) il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "2. Ir-regoli tad-deroga stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss għal premiums u għajnuna pubblika li ġew mogħtija taħt deċiżjoni amministrattiva mill-awtoritajiet imsejħin fl-Artikolu 6, meħudin bejn l-1 ta' Lulju 2001 u t-30 ta' Ġunju 2003. Dan il-perjodu għandu jiġi miżjud sat-30 ta' Ġunju 2004 għall-premiums imsejħin fl-Artikolu 12(3)(a), (b) u (ċ)."

    2. fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    "4. L-ispejjeż li fil-fatt ġew imħallsin mil-benefiċjarju finali mill-1 ta' Lulju 2001 għandhom ikunu eliġibbli għall-kontribut Komunitarju taħt din il-miżura. It-terminu perentorju għal eliġibbiltà ta' l-infiq għandu jkun il-31 ta' Diċembru 2003. Dik id-data għandha tkun il-31 Diċembru 2004 għall-premiums imsejħin fl-Artikolu 12(3)(a), (b) u (ċ).

    L-aħħar data għall-għoti lill-Kummissjoni tat-talba għal pagament tal-bilanċ għandha tkun it-30 ta' Ġunju 2004. Dik id-data għandha tkun it-30 ta' Ġunju 2005 għall-premiums imsejħin fl-Artikolu 12(3)(a), (b) u (ċ)."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 2003.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Alemanno

    [1] Opinjoni mogħtija fl-4 ta' Diċembru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] Opinjoni mogħtija fid-29 ta' Ottubru 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 344, tat-28.12.2001, p. 17. Ir-Regolament kif emendat mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2372/2002 (ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 81).

    [4] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2369/2002, (ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 49).

    --------------------------------------------------

    Top