EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2306

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2306/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jemenda Regolament (KE) Nru 280/98 li jidderoga minn ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jfassal regoli addizjonali fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib rigward ix-xorb tal-ħalib prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja

ĠU L 342, 30.12.2003, p. 10–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2306/oj

32003R2306



Official Journal L 342 , 30/12/2003 P. 0010 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2306/2003

tad-29 ta’ Diċembru 2003

li jemenda Regolament (KE) Nru 280/98 li jidderoga minn ċertu dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 li jfassal regoli addizjonali fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib rigward ix-xorb tal-ħalib prodott fil-Finlandja u fl-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Ade¿joni ta’ l-Awstrija, l-Fillandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 149(1) tiegħu,

Billi:

(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att tal-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Fillandja u l-Isvezja [1], tawwal il-perjodu matul liema l-miżuri transitorji jistghu jiġu addottati biex jiffaċilitaw il-bidla mill-arranġamenti li japplikaw fl-Awstrija, l-Fillandja u l-Isvezja waqt l-adeżjoni għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni għall-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq. Rigward ir-rekwisizzjonijiet għall-kontenut tax-xaħam tal-ħalib tax-xorb prodottt fil-Fillandja u fl-Isvezja, dak il-perjodu ġie estiz sat-30 ta’ April 2009.

(2) Hu xieraq li jipprovdi għall-estensjoni korrispondenti għad-dispożizzjonijiet implimentattivi stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/98 [2].

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 280/98 għandu jigi emendat kif jixraq.

(4) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-ħalib u l-Prodotti mill-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 ta’ Regulament (KE) Nru 280/98, "31 ta’ Diċembru 2003" hu sostitwit bit-"30 ta’ April 2009".

L- Artikolu 2

Dar-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fl-1 Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 12; Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1805/2003 (ĠU L 265, tas-16.10.2003, p. 5).

[2] ĠU L 28, ta’ l-4.2.1998, p. 3; Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 169/2000 (ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 10).

--------------------------------------------------

Top