Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1707

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1707/2003 tas-26 ta’ Settembru 2003 li jiffissa l-koeffiċjenti li japplikaw għaċ-ċereali esportati fil-għamla ta’ whisky Skoċċiż għall-perjodu taż-żmien 2003/2004

    ĠU L 243, 27.9.2003, p. 88–89 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1707/oj

    32003R1707



    Official Journal L 243 , 27/09/2003 P. 0088 - 0089


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1707/2003

    tas-26 ta’ Settembru 2003

    li jiffissa l-koeffiċjenti li japplikaw għaċ-ċereali esportati fil-għamla ta’ whisky Skoċċiż għall-perjodu taż-żmien 2003/2004

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/1999 [2],

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 tal-15 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward il-fissar u l-konċessjoni ta’ rifużjonijiet aġġustati fuq iċ-ċereali esportati fil-għamla ta’ ċertu xorb spirituż [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nr 2825/93 jipprovdi illi l-kwantitajit taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni jridu jkunu l-kwantitajiet imqiegħda taħt kontroll u ddistillati, ippeżati b’koeffiċjent li jrid jiġi ffisat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri interessati. Dan il-koeffiċjent jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantitajiet esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħda fis-suq tax-xorb spirituż interessat fuq il-bażi tax-xejra nnotata f’dawn il-kwantitajiet matul in-numru ta’ snin li jikkorrispondu mal-perjodu medju taż-żmien tal-għoti tal-għomor lix-xarba spirituża fil-kwistjoni. B’riżultat tat-tagħrif ipprovvdut mir-Renju Unit rigward il-perjodu taż-żmien mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2002, il-perjodu medju taż-żmien tal-għoti tal-għomor kien ta’ seba’ snin għall-whisky Skoċċiż. Għandhom jiġu ffisati l-koeffiċjenti għall-prejodu taż-żmien mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004.

    (2) L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonmika Ewropea [5] jipprekludi l-konċessjoni tar-rifużjonijiet rigward l-esportazzjonijiet lejn il-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, il-Komunità kkonkludiet ftehimijiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93, dan għandu jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjenti għall-perjodu ta-żmien 2003/2004.

    (3) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-perjodu taż-żmien mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004 il-koeffiċjenti pprovvduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 li japplika għaċ-ċereali fir-Renju Unit għall-fabbrikazzjoni tal-whisky Skoċċiż għandhom jiġu ddikjarati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Settembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181,ta’ l- 1.07.92, p. 21.

    [2] ĠU L 158, tas-27.6.2003, p. 1.

    [3] ĠU L 258, tas-16.10.1993, p. 6.

    [4] ĠU L 187, tas-26.7.2000, p. 29.

    [5] ĠU L 1, tat-3.1.1994, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    IL-KOEFFIĊJENTI LI JAPPLIKAW FIR-RENJU UNIT

    Il-Perjodu taż-żmien ta' l-applikazzjoni | Il-Koeffiċjent applikabbli |

    għax-xgħir ipproċessat f'maltu wżat fil-fabbrikazzjoni tal-whisky mill-maltu | għaċ-ċereali wżati fil-fabbrikazzjoni tal-whisky mill-qamħ |

    Mill-1 ta' Ottubru 2003 sat-30 ta' Settembru 2004 | 0,514 | 0,443 |

    --------------------------------------------------

    Top