Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1220

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1220/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 u li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fi prodotti fis-settur ta' l-inbid

    ĠU L 170, 9.7.2003, p. 3–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1220/oj

    32003R1220



    Official Journal L 170 , 09/07/2003 P. 0003 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1220/2003

    tas-7 ta' Lulju 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 u li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fi prodotti fis-settur ta' l-inbid

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 59(3) u l-Artikolu 68(3) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 [3] kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1175/2003 [4] jistipula li kaxxa 14 ta' l-applikazzjoniet tal-liċenza ta' l-importazzjoni u liċenzi ta' l-importazzjoni trid turi li l-kulur ta' l-inbid jew ta' l-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, irid ikun "abjad" jew "aħmar/" Irid jiġi stipulat li kaxxa 14 trid turi wkoll l-isem tal-prodott b'konformità mad-definizzjonijiet eżistenti tal-prodott. L-Istati Membri jridu wkoll ikunu kapaċi jistipulaw li kodiċi tat-tariffa waħda biss, għandha tiġi mniżżla fuq l-applikazzjoni għal-liċenza.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 iniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi u ċertifikati għall-importazzjoni, għall-esportazzjoni u għall-iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli [5] kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 325/2003 [6], li jispeċifika l-kwantitajiet massimi li taħthom ma' hemmx għalfejn tiġi ppreżentata liċenza ta' l-importazzjoni. Għall-meraq ta' l-għeneb u l-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, dawn il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi. Għal dawn il-prodotti huwa preferibbli li tingħata l-għażla li r-rati tas-sigurtà jiġu espressi jew fl-Euro għal kull 100 kilogramma jew euro għal kull ettolitru.

    (3) Is-sigurtà tal-liċenza ta' l-importazzjoni neċessarja taħt ir-Regolament (KE) Nru 1291/2001 hija mfassla fuq rati differenti għal ċerti prodotti li għandhom l-istess kodiċi bi tmien figuri tan-Nomenklatura Ikkombinat. Sabiex tiġi evitata l-inċertezza dwar ir-rata applikabbli, rata waħda biss għandha tiġi ffissata għat-tipi kollha ta' l-inbid.

    (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002 ta' l-1 ta' Awissu 2002 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u l-istatistika tan-nomenklatura u dwar it-Tariffa DoganaliKomuni (TDK) [7] temenda n-nomenklatura għall-meraq ta' l-għeneb, inkluż l-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid. Il-kodiċi korrispondenti għalhekk għandhom jiġu aġġustati..

    (5) Fil-każ ta' importazzjonijiet indiretti mingħajr ipproċessar, id-dokument VI 1 jittella' fuq il-bażi ta' VI 1 jew dokument ekwivalenti li jsir mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' l-oriġini. Jekk il-prodotti ma jikkorispondix mad-dikjarazzjoni mill-pajjiż li qiegħed jesporta, huwa diffiċli li tistabbilixxi min hu responsabbli a bażi ta' dokument amministrattiv li ma jirreferix direttament għal dikjarazzjoni awtentika. Għalhekk għandu jiġi stipulat li d-dokument mehmuż mill-pajjiż ta' l-oriġini għandu jitwaħħal ma' dak tal-pajjiż li qiegħed jesporta.

    (6) Punt 13 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jiffissa l-anqas limitu għall-kontenut totali ta' aċidità fl-inbid prodott fil-Komunità ta' 3,5 grammi kull litru, iżda m'hemmx limitu ta' massimu ta' aċidità. Regolament (KE) Nru 883/2001 għandu għalhekk jiġi aġġustat skond dan, b'mod partikolari fejn id-derogazzjonijiet analitiċi għal ċerti nbejjed impurtati mill-Isvizzera huma kkonċernati.

    (7) Xi żbalji daħlu fit-test tar-Regolament u għandhom jitneħħew.

    (8) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 ghandu jigi emendat skond ma ntqal hawn fuq.

    (9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv għall-Inbid,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa, permezz tal-preżenti emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 2(3) u (4) għandu jiġi sostitwit minn:

    "3. Kaxxa 14 ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenza ta' l-importazzjoni u l-liċenzi għall-importazzjoni għandhom juru l-isem tal-prodott f'konformità mad-definizzjonijiet indikati fl-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament u l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, u l-kulur ta' l-inbid jew l-għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid, bħala "abjad" jew "aħmar/rose".

    4. L-Applikanti jistgħu jinkludu fl-applikazzjoni għal-liċenza waħda ta' l-importazzjoni, prodotti li jaqgħu f'aktar minn kodiċi wieħed tat-tariffa, billi jimlew kaxex 15 u 16 ta' l-applikazzjoni kif ġej:

    (a) kaxxa 15: deskrizzjoni tal-prodotti kif mogħti fin-Nomenklatura Kkumbinata;

    (b) kaxxa 16: Kodiċi CN.

    Id-deskrizzjoni tal-prodott u l-kodiċi CN imdaħħla fl-applikazzjoni għandhom jiddaħħlu wkoll fil-liċenza ta' l-importazzjoni.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq kull applikazzjoni kaxxa 16 tista' turi biss kodiċi tat-tariffa wieħed"

    2. L-Artikolu 4 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "L- Artikolu 4

    Sigurtajiet

    1. Is-sigurtà għal-liċenzi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu:

    (a) meraq ta' l-għeneb ikkonċentrat u għeneb magħsur qabel ma jeħmer u jsir inbid: EUR 2,5 kull 100 kilogramma jew kull ettolitru,

    (b) meraq ta' l-għeneb ieħor u meraq ta' l-għeneb qabel ma jeħmer u jsir inbid: EUR 1,25 kull 100 kilogramma jew kull ettolitru,

    (ċ) kull Inbid: EUR 1,25 kull ettolitrui.

    2. Is-sigurtà għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni għandha tkun ta' EUR 8 kull ettolitru għal prodotti li jaqgħu fil-Kodiċi CN 20096911, 20096919, 20096951, 20096971, 22043092 and 22043096 u EUR 2,5 kull ettolitru għal prodotti oħra."

    3. Fl-Artikolu 12(3) punt (a) huwa sostitwit minn:

    "(a) il-kwantità f'ettolitri għal kull prodott b'kodiċi ta' 12-il figura tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni. Fil-każ tal-liċenzi maħruġa għal kodiċi ta' aktar minn 12-il figura fl-istess kategorija ta' l-Anness II in-numru tal-kategorija għandu jingħata."

    4. L-Artikolu 14(1) huwa sostitwit minn:

    "1. Għal prodotti li jaqgħu fil-kodiċi CN 200969 u 220430 imniżżla fl-Anness I, it-Tielet parti, Taqsima I, l-Anness 2 tat-Tariffa Doganali Komuni u suġġett għall-arranġamenti fil-prezzijiet tad-dħul, il-prezz attwali ta' l-importazzjoni għandu jiġi vverifikat billi kull konsenja tiġi ċċekjata."

    5. It-tielet u r-raba' paragrafu li ġejjin huma miżjuda ma' l-Artikolu 30:

    "L-oriġinali jew kopja ċertifikata tad-dokument VI 1 jew ekwivalenti tal-pajjiż ta' l-oriġini għandu jitwaħħal mad-dokument VI 1 tal-pajjiż li qiegħed jesporta.

    L-uniċi pajjiżi ta' l-oriġini għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu dawk li jidhru fil-lista, ippubblikati taħt l-Artikolu 29(1), ta' aġenziji u laboratorji li huma appuntati minn pajjiżi terzi biex jikkompletaw id-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw kull konsenja ta' inbid impurtat."

    6. L-Artikolu 33(1)(b) huwa sostitwit minn:

    "(b) Inbejjed li joriġinaw fl-Isvizzera li huma komparabbli ma' inbejjed ta' kwalità psr, li għandhom aċidità totali espressa bħala aċidu tartariku ta' aktar minn 3 grammi kull litru, huma ta' bilfors indikati b'indikazzjoni ġeografika u ta' l-anqas huma 85 % ġejjin minn għeneb ta' waħda jew aktar mill-varjetajet tad-dwieli:

    - Chasselas,

    - Müller-Thurgau,

    - Sylvaner,

    - Pinot noir,

    - Merlot;".

    7. L-Anness I jiġi sostitwit mill-Anness I miġjub hawnhekk.

    8. L-Anness II jiġi sostitwit bl-Anness II miġjub hawnhekk.

    9. L-Anness III jiġi sostitwit bl-Anness II miġjub hawnhekk.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jigi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 179, ta' l-14.7.99, p. 1.

    [2] ĠU L 122, tas-16.5.3, p. 1.

    [3] ĠU L 128, ta' l-10.5.1, p. 1.

    [4] ĠU L 164, tat-2.7.3, p. 8.

    [5] ĠU L 152, ta' l-24.6.00, p. 1.

    [6] ĠU L 47, tal-21.2.3, p. 21.

    [7] ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    "

    “L-ANNESS I

    +++++ TIFF +++++

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    "

    “L-ANNESS II

    KATEGORIJI TAL-PRODOTTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 8(1)

    Kods | Kategorija |

    200969119100200969199100200969519100200969719100220430929100220430969100 | 1 |

    2204 30 9 49100220430989100 | 2 |

    220421799910220429629910220429649910220429659910 | 3 |

    220421799100220429629100220429649100220429659100 | 4.1 |

    220421809100220429719100220429729100220429759100 | 4.2 |

    220421799200220429629200220429649200220429659200 | 5.1 |

    220421809200220429719200220429729200220429759200 | 5.2 |

    220421839100220429839100 | 6.1 |

    220421849100220429849100 | 6.2 |

    220421949910220421989910220429949910220429989910 | 7 |

    220421949100220421989100220429949100220429989100 | 8 |

    "

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS III

    "

    “L-ANNESS III

    GRUPPI TA' PRODOTTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 8(2)

    Kodiċi tal-prodotttan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għall-esportazzjonirifużjonijiet | Grupp |

    200969119100200969199100200969519100200969719100 | A |

    220430929100220430969100 | B |

    220430949100220430989100 | C |

    220421799100220421799200220421799910220421839100 | D |

    220421809100220421809200220421849100 | E |

    220429629100220429629200220429629910220429649100220429649200220429649910220429659100220429659200220429659910220429839100 | F |

    220429719100220429719200220429729100220429729200220429759100220429759200220429849100 | G |

    220421949910220421989910 | H |

    220429949910220429989910 | GĦ |

    220421949100220421989100 | J |

    220429949100220429989100 | K' |

    "

    --------------------------------------------------

    Top