EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0666

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 tal-11 ta’ April 2003 li proviżorjament jawtorizza l-użu ta’ ċertu mikro-organiżmi fl-għalf tal-bhejjemTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/666/oj

32003R0666



Official Journal L 096 , 12/04/2003 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003

tal-11 ta’ April 2003

li proviżorjament jawtorizza l-użu ta’ ċertu mikro-organiżmi fl-għalf tal-bhejjem

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna l-additivi fl-għalf ta’ l-annimali [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1756/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9e(1) tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/524/KEE titlob li l-ebda additiv ma jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba ma tingħatax awtorizzazzjoni mill-Komunità.

(2) Fil-każ tal-additivi msemmija f’Parti II ta’ l-Anness C tad-Direttiva 70/524/KEE, li tinkludi mikro-organiżmi, awtorizzazzjoni proviżorja għal additiv ġdid għall-użu fl-għalf tal-bhejjem tista’ tingħata jekk il-kondizzjonijiet mniżżla f’dik id-Direttiva jkunu milħuqa, u jekk ikun raġonevoli li wieħed jassumi, fid-dawl tar-riżultati aċċessibbli, li meta wżati fin-nutrizzjoni tal-bhejjem jkollhom wieħed mill-effetti msemmija fl-Artikolu 2(a) ta’ dik id-Direttiva. Awtorizzazzjoni proviżorja bħal din għandha tingħata għal perijodu li ma jaqbiżx l-erba’ snin.

(3) L-istima ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sottomessa, fir-rigward tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmi, speċifikata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, turi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9e (1) tad-Direttiva 70/524/KEE huma milħuqa.

(4) Il-preparazzjoni tal-mikro-organiżmu għandha għalhekk tiġi awtorizzata fuq bażi proviżorja għal perijodu ta’ erba’ snin.

(5) Il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli fuq is-sigurta tal-preparazzjoni, li tagħmel parti mill-grupp "Mikro-organiżmi", konformi mal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-ħannus u l-ħnieżer għas-simna.

(6) L-istima ta’ l-applikazzjoni turi li ċertu proċeduri huma meħtieġa biex ikunu protetti l-ħaddiema mill-esposizzjoni għall-additivi msemmija fl-Anness. Madankollu, protezzjoni bħal din hija assigurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sigurta u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [3].

(7) Il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

L-additiv li jagħmel parti mill-grupp "Mikro-organiżmi" msemmi fl-Anness huwa awtorizzat għall-użu bħala additiv fl-għalf tal-bhejjem taħt il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta’ April 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

[3] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"Nru (jew Nru KE) | Additiv | Formula Kimika, deskrizzjoni | Speċi jew kategorija ta' l-annimal | Eta massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Dispożizzjonijiet oħra | Tmiem il-perijodu ta' awtorizzazzjoni |

CFU/kg ta' l-għalf tal-bhejjem lest | CFU/kg ta' l-għalf tal-bhejjem lest |

Mikro-organiżmi

22 | Enterococcus faecium DSM 7134 | Preparazzjoni ta' l-Enterococcus faecium li fih minimu ta': Trab: 1 × 1010 CFU/g ta' granuli ta' additiv (mikro-inkapsulati):1 × 1010 CFU/g ta' additiv | Ħannus | 0,5 ×109 | 4 × 109 | L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jindikaw it-temperatura tal-ħażna, it-tul ta' żmien kemm jista' jdum maħżun u l-istabilita tat-tgerbib f'boċċi żgħar ta' l-additiv u t-taħlita ta' qabel. | tal- 15.4.2007 |

Ħnieżer għas-simna | | 0,2 × 109 | 1 × 109" |

--------------------------------------------------

Top