Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0162

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 162/2003 ta’ 30 ta’ Jannar 2003 li jikonċerna l-awtorizzazzjoni ta’xi additiv fl-oġetti ta’ l-ikelTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 26, 31.1.2003, pp. 3–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2013; Imħassar b' 32013R0667

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/162/oj

32003R0162



Official Journal L 026 , 31/01/2003 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 162/2003

ta’ 30 ta’ Jannar 2003

li jikonċerna l-awtorizzazzjoni ta’xi additiv fl-oġetti ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jjistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ta’ 23 ta’ Novembru 1970 li tikonċerna ż-żieda fl-oġġetti ta’ l-ikel [1], bħal ma kienet l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1756/2002 [2], u partikolarment bl-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1) Taħt l-Artikolu 2(aaa) tad-Direttiva 70/524/KEE awtorizzazzjonijiet biex ipoġġu fiċ-ċirkulazzjoni l-coccidiostats għandhom jkunu marbutin ma’ dik il-persuna li tkun responsabbli għat-tpoġġija tagħhom fiċ-ċirkulazzjoni. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw għall-perjodu ta’10 snin basta jitħarsu l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3a ta’ dik id-diretiva.

(2) L-istima tat-talba għall-awtorizzazzjoni mresqa fil-każ tal-preparazzjoni tal-coccidiostat speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-regolament, turi li l-kondizzjonijiet riferuti fl-Artikolu 3a ta’ d-Direttiva 70/524/KEE huma soddisfatti. Il-preparazzjoni tal-coccidiostat għalhekk tista’ tiġi awtorizzat a u mdaħħla fil-Kapitolu I tal-lista ta’ oġġetti additivi awtorizzati fl-oġġetti ta’ l-ikel riferuti fl-Artikolu 9t(b) ta’ dik id-Direttiva..

(3) Il-Kumitat Xjentifiku dwar in-nutrizzjoni ta’ l-annimali ta oppinjoni favorevoli rigward is-sigurtà u l-effetti favorevoli fuq il-produzzjonijiet ta’ l-annimali tal-preparazzjoni tal-coccidiostat taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-annimal.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-additiv li jappartjeni għall-grupp "Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħra" imniżżla fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huwa awtorizzat bħala additiv biex jintuża fin-nutrizzjoni ta’ l-annimal taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Jannar 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1.

[2] ĠU L 265, tat-3.10.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

In-numruu tar-reġistrazzjoni tal-additiv | Isem u r-reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli mit-tpp oġġija ta' l-additiv fiċ-ċirkulazzjoni | Additiv (sengħa isem) | Komposizzjoni, formula tal-kimiċi, deskrizzjoni | speċi jew kategorija ta' l-annimal | Eta massima | mg tas-sustanza/kg attiva tal-oġġett ta' l-ikel lest | ODisposizzjonijiet oħra | Għeluq il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |

Kontenut minimu | Kontenut massimu |

Coccidiostats u sustanzi oħra mediċinali

E 771 | Janssen Saħħa ta' l-Annimali BVBA | Diclazuril 0,5 g/100 g (Clinacox 0,5 % Premix) | Komposizzjoni tal-additivi: Diclazuril: 0,5 g/100 gSmida Soybean: 99,25 g/100 gPolyvidone K 30: 0,2 g/100 gSodium hydroxide: 0,0538 g/100 g | Tiġieġ imkabbra għal | 16-il ġimgħa | 1 | 1 | — | ta' l-20.1.2013 |

Diclazuril 0,2 g/100 g (Clinacox 0,2 % Premix) | Diclazuril: 0,2 g/100 gSmida Soybean: 39,7 g/100 gPolyvidone K 30: 0,08 g/100 gSodium hydroxide: 0,0215 g/100 gQamħ imdaqqas: 60 g/100 g |

| Sustanzi attivi: Diclazuril, C17H9Cl3N4O2(±)4-chlorophenylġ2,6-dichloro-4-(2,3,4,5-tetrahydro-3,5-dioxo-1,2,4-triazin-2-yl)phenylħacetonitrileNumru tas-SAK: 101831-37-2 |

| Impurijiet relatati: Kompost degradat (RO64318): ≤ 0,2 %Impuritajiet oħra relatati (RO66891,RO66896, (RO68610, RO70156, RO68584, RO70016): = 0,5 % individwalmentImpuritajiet totali: = 1,5 % |

--------------------------------------------------

Top