This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003D0847
2003/847/JHA: Council Decision 2003/847/JHA of 27 November 2003 concerning control measures and criminal sanctions in respect of the new synthetic drugs 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 and TMA-2
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/JHA tas-27 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/JHA tas-27 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2
ĠU L 321, 6.12.2003, p. 64–65
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0064 - 0065
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/JHA tas-27 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna miżuri ta' kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Wara li kkonsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/396/JHA tas-16 ta'Ġunju 1997 li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni, valutazzjoni ta' riskju u l-kontroll ta' drogi ġodda sintetiċi [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu, Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Taljana, Billi: (1) Ir-rapporti tal-valutazzjoni tar-riskju fuq 2C-I (2,5-dimethoxy-4-iodophenethylamine), 2C-T-2 (2,5-dimethoxy-4-ethylthiophenethylamine), 2C-T-7 (2,5-dimethoxy-4-(n)-propylthiophenethylamine), TMA-2 (2,4,5-trimethoxyamphetamine) kienu magħmula fuq il-bażi ta' l-Artikolu 4(3) ta' l-Azzjoni Konġunta 97/396/JHA waqt laqgħa li saret taħt il-patroċinju tal-Kumitat Xjentifiku taċ-¬entru Ewropew ta' l-Osservazzjoni fuq Drogi u Dipendenza fuq id-Drogi. (2) 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 huma derivattivi mill-amfetamini li għandhom karatteristiċi strutturali tal-phenethylamines, li huma assoċjati ma' attivitajiet alluċinoġeniċi u stimulanti. 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 ma ġewx irrapportati li huma assoċjati ma' intossinazzjoni fatali jew mhux-fatali ġol-Komunità. Madankollu 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 huma drogi alluċinoġeniċi li jġorru riskji potenzjali komuni għal sustanzi alluċinoġeniċi oħra, bħal 2C-B, DOB, TMA and DOM, diġà kklassifikati fl-Iskedi I jew II tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq Sustanzi Psikotropiċi. Għalhekk riskju ta' tossiċità akuta jew kronika ma tistax tkun eskluża. (3) Bħalissa 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 m'humiex imniżżlin f'xi Skeda tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Unit fuq Sustanzi Psikotropiċi ta' l-1971. (4) Preżentament, 2C-I u 2C-T-2 huma kkontrollati taħt il-leġislazzjoni nazzjonali dwar drogi f'ħames Stati Membri; 2C-T-7 u TMA-2 huma kkontrollati f'erba' Stati Membri. (5) 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 m'għandhom l-ebda valur terapewtiku jew użu industrijali. (6) 2C-I ġiet identifikata f'erba' Stati Membri; 2C-T-2 u 2C-T-7 ġew identifikati f'sitt Stati Membri; TMA-2 ġiet identifikata f'ħames Stati Membri. Preżentament Stat Membru wieħed irrapporta każ wieħed ta' traffikar internazzjonali ta' 2C-T-2 li jinvolvi żewġ Stati Membri oħra; l-ebda traffikar internazzjnali ta' 2C-I, 2C-T-7 u TMA 2 ma ġie rrapportat. Laboratorji li jinvolvu l-produzzjoni ta' 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 ġew maħtufa fi tliet Stati Membri. F'wieħed minn dawn l-Istati Membri, il-ħatfa ta' ammont kbir tas-sustanza intermedjarja 2C-H u d-dokumentazzjoni jimplikaw il-produzzjoni ta' 2C-I. Is-sustanzi kimiċi maġġuri ta' 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 huma kummerċjalment disponibbli. (7) 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 għandhom ikunu assoġġettati mill-Istati Membri għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali, kif previst fil-leġislazzjoni tagħhom li tikkonforma ma' l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq Sustanzi Psikotropiċi ta' l-1971 rigward sustanzi mniżżlin fl-Iskedi I jew II tiegħu, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, biex jissottomettu 2C-I (2,5-dimethoxy-4-iodophenethylamine), 2C-T-2 (2,5-dimethoxy-4-ethylthiophenethylamine), 2C-T-7 (2,5-dimethoxy-4-(n) propylthiophenethylamine) u TMA-2 (2,4,5-trimethoxyamphetamine) għal miżuri ta' kontroll u pieni kriminali, kif previst fil-leġislazzjoni tagħhom biex iħarsu l-obbligi tagħhom skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi ta' l-1971 dwar sustanzi mniżżlin fl-Iskedi I jew II tiegħu. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom, skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 97/396/JHA, jieħdu miżuri mniżżla fl-Artikolu 1 sa tliet xhur mid-data li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ. Sa sitt xhur mid-data li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-Istati Membri għandhom jinformaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-Kummissjoni bil-miżuri li ħadu. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandha tidħol fis-seħħ fil-ġuranta ta' wara d-data tal-pubblikazzjoni. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 2003. Għall-Kunsill Il-President R. Castelli [1] ĠU L 167, tal-25.6.1997, p. 1. --------------------------------------------------