Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0843

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni Nru 92/452/KEE rigward gruppi ta' ġbir ta' embrijoni fl-Istati Uniti ta' l-Amerka (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4524)Test b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 321, 6.12.2003, pp. 58–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008D0155

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/843/oj

32003D0843



Official Journal L 321 , 06/12/2003 P. 0058 - 0059


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda d-Deċiżjoni Nru 92/452/KEE rigward gruppi ta' ġbir ta' embrijoni fl-Istati Uniti ta' l-Amerka

(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4524)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2003/843/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li tirregola l-kummerċ intra-Komunitarju fil-, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini [1], u in partikolari tal-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE ta-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' gruppi ta' ġbir ta' embrijoni u gruppi ta' produzzjoni ta' embrijoni approvati f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijoni bovini lejn il-Komunità [2] tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jimportaw embrijoni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew proċessati u maħżuna minn gruppi ta' ġbir ta' embrijoni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2) L-Istati Uniti tal-Amerika għamlet talba sabiex isiru emendi fil-lista rigward dħul għal dak il-pajjiż.

(3) L-Istati Uniti tal-Amerika ipprovdiet garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti f'Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi konċernati kienu uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż.

(4) Deċiżjoni Nru 92/452/KEE għandha għalhekk tkun emendata b'konformità.

(5) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE hija emendata skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tibda tgħodd mid-9 ta' Diċembru 2003.

L- Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 5 ta' Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. Direttiva l-aħħar emendata b’Regolament (KE) Nru. 806/2003 (ġU L 122, tas- 16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 250, tad-29.8.1992, p. 40. Deċizjoni kif l-aħħar emendata b’Deċiżjoni Nru 2003/688/KE (ĠU L 251, tat-3.10.2003, p. 19).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE il-lista għall-Istati Uniti tal-Amerika hija emendata kif ġej:

(a) Il-filliera li ġejja għall-grupp ta' ġbir ta' embrijoni Nru 96TX087-E928 hija mħassra:

"SU | | 96TX087 E928 | | Cross Country Genetics Rt 2, Box 600 Normangee, TX | Dr Joe Oden" |

(b) Il-filliera għall-grupp ta' ġbir ta' embrijoni Nru 93MD 062-E1139 hija mibdula b'dan li ġej:

"SU | | 93MD 062 E1139 | | Mid-Maryland Dairy Associates 11349 Robinwood Drive Hagerstown, MD | Dr John Heizer Dr Matthew E. Iager" |

Il-filliera għall-grupp ta' ġbir ta' embrijoni Nru 93NC061-E821 hija mibdula b'dan li ġej:

"SU | | 93NC061 E880 | | Jafral Holsteins Rt1, Box 518 Hamptonville, NC | Dr Michael E. Whicker" |

Il-filliera għall-grupp ta' ġbir ta' embrijoni Nru 99TX104-E874 hija mibdula b'dan li ġej:

"SU | | 99TX104 E874 | | Ultimate Genetics Rt3, Box 733 Franklin, TX 77856 | Dr Tom Borum Dr Joe Oden" |

Il-filliera għall-grupp ta' ġbir ta' embrijoni Nru 91TX050-E548 hija mibdula b'dan li ġej:

"SU | | 91TX050 E548 | | Buzzard Hollow Ranch 500 Coates Rd. Granbury, TX 67048 | Dr Brad K. Stroud Dr Mark Steele" |

Il-filliera għall-grupp ta' ġbir ta' embrijoni Nru 96TX088-E928 hija mibdula b'dan li ġej:

"SU | | 96TX088 E928 | | Advanced Genetic Services 4140 OSR Normangee, TX 77871 | Dr J.W Shull" |

(c) Il-filliera li ġejja hija miżjuda:

"SU | | 02CA005 E1090 | | Rocking S Ranch 2400 Los Ceretos Rd. La Grange, CA 95329 | Dr Greg Garcia" |

--------------------------------------------------

Top