Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0224

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2003 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ l-istandard EN 1495:1997 Il-pjattaformi tar-rfigħ - pjattaformi tax-xogħol għat-tixbit ma’ l-arbli skond id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 831)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 83, 1.4.2003, p. 70–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/224/oj

    32003D0224



    Official Journal L 083 , 01/04/2003 P. 0070 - 0072


    Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-21 ta' Marzu 2003

    dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta' l-istandard EN 1495:1997 "Il-pjattaformi tar-rfigħ - pjattaformi tax-xogħol għat-tixbit ma' l-arbli" skond id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2003) 831)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2003/224/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat il-Direttiva 98/37/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-makkinarju [1], kif emendata bid-Diretiva 98/79/KE [2], u b'mod partikolati l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Wara li kkonsidrat l-opinjoni tal-kumitat permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta' l-i standards u r-regolamenti tekniċi [3], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE) [4],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/37/KEE jippovdi illi l-makkinarju jista' jitqiegħed fis-suq u jitħaddem biss jekk ma jipperikolax is-sigurtà tal-persuni, ta' l-annimali domestiċi u tal-proprjetà, meta stallat u miżmum kif jixraq u wżat bil-għan maħsub għalih.

    (2) Meta standard nazzjonali li jittrasponi l-i standard armonizzat, li r-riferenzi għalih ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, ikopri waħda jew iktar mill-ħtiġiet essenzjali ta' salvagward, il-magna mibnija skond dan l-i standard hija preżunta li tissodisfa l-ħtiġiet essenzjali rilevanti.

    (3) L-Istati Membri jridu jippubblikaw ir-referenzi ta' l-i standards nazzjonali li jittrasponu l-i standards armonizzati li jkunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    (4) Skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 98/37/KE, l-Olanda ddepożitat oġġezzjoni formali bl-effett illi l-i standard EN 1495:1997 adottat mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) fil-21 ta' April 1997 u li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewrope [5] fit-13 ta' Marzu 1998 ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà.

    (5) Il-Kummissjoni tirrikonoxxi illi l-użu tal-makkinarju intressat jista' jkun ta' periklu, ġaladarba l-i standard En 1459:1997 jonqos milli jissodisfa l-ħtiġiet esenzjali tas-saħħa u s-sigurtà li għandhom x'jaqsmu mad-disinn u l-kostruzzjoni tal-makkinarju u tal-komponnti tas-sigurtà 1.5.15 "Ir-riskju taż-żliq, tat-tfixkil jew ta' l-uqigħ", 1.7.4 "Struzzjonijiet" u 6.3 "Ir-riskju li l-persuni jaqgħu minn fuq it-trasportatur". Rigward il-paragrafu 5.3.2.4, l-aħħar subparagrafu tas-7.1.2.12, it-tablla 8 u l-figura 9 ta' l-i standard EN 1495:1997 b'mod patikolari, il-Kummissjoni tikkonsidra illi l-qisien meħuda fid-disinn u l-kostruzzjoni tal-pjattaforma ma jippermettux li jiġi ggarantit livell għoli tas-sigurtà fl-użi kollha previsti tal-prodott.

    (6) Fl-interess tas-sigurtà u taċ-ċertezza legali, il-pubblikazjoni tar-referenzi ta' dan l-i standard għandhom ikunu akkumpanjati bi twissija approprjata u l-Istati Membri għandhom iżidu twissija identika fl-i standards nazzjonali tagħhom meta jittrasponi l-i standard EN 1495:1997.

    (7) Ir-referenza għall-i standard EN 1495:1997 għandha tiġi ppubblikata mill-ġdid kif jixraq,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-referenza ta' l-i standard EN 1495:1997 hija mibdula bit-test idikjarat fl-Anness.

    Artikolu 2

    Meta, skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttuva 98.37/KE, L-Istati Membri jippubblikaw ir-referenzi ta' standard nazzjonali li jittrasponi l-i standard EN 1495:1997 armonizzat, għandhom iżidu ma' din il-pubblikazjoni twissija identika għal dik ipprovvduta fir-referenza ta' l-i standard 1495:1997 kif iddikjarata fl-Anness.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 207, tat-23.7.1998, p. 1.

    [2] ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1.

    [3] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37.

    [4] ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18.

    [5] ĠU C 78, tat-13.3.1998, p. 2.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Il-pubblikazzjoni tat-titoli u r-referenzi ta' l-istandards armonizzati Ewropej skond id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Twissija:

    Din il-pubblikazzjoni ma tirrigwardax il-paragrafu 5.3.2.4, l-aħħar subparagrafu tas-7.1.12, it-tabella 8 u l-figura 9 ta' l-i standard EN 1495:1997, li rigward tiegħu ma tagħti l-ebda preżunzjoni ta' konformitàa mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 98/37/KE.

    OEN [1] | Referenza | Titoli ta' l-i standards armonizzati |

    CEN | EN 1495:1997 | Il-pjattaformi tar-rfigħ - pjattaformi tax-xogħol għat-tixbit ma' l-arbli |

    Nota:

    Kull tagħrif li jirrigwarda d-disponibbiltà ta' l-i standards jista' jinkiseb jew mill-korpi Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzazzjoni, li lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2].

    Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropea ma timplikax illi l-i standards huma disponibbli fl-ilsna kollha tal-Komunità.

    Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

    Iktar standards armonizzati li għandhom x'jaqsmu mal-makkinarju ġew ippubblikati f'edizzjonijiet ta' qabel tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Lista sħiħa aġġornata tista' tinstab fuq is-server Europa fl-Internet fi:

    http://europa.eu.int/comm/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/reflist/machines.html.

    [1] OEN (European standardisation body):

    - CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Bruxelles, tel. (32-2) 550 08 11, fax (32-2) 550 08 19.

    - CENELEC: rue de Stassart 35, B-1050 Bruxelles, tel. (32-2) 519 68 71, fax (32-2) 519 69 19.

    - ETSI: 650, route de Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis Cedex, tel. (33-4) 92 94 42 00, fax (33-4) 93 65 47 16.

    [2] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37.

    --------------------------------------------------

    Top