Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0410

Ir-regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 410/2002 tas-27 ta’ Frar 2002 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

ĠU L 62, 5.3.2002, pp. 17–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0987

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/410/oj

32002R0410



Official Journal L 062 , 05/03/2002 P. 0017 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002

tas-27 ta’ Frar 2002

li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 ta’ l-21 ta’ Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunitàġewwa l-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 122 tiegħu,

Billi:

(1) Ċerti Stati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom talbu modifiki għall-Annessi mar-Regolament (KEE) Nru 574/72.

(2) Dawn l-emendi jitnisslu mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Istat Membru jew l-Istati Membri interessati jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali skond il-liġijiet Komunitarji.

(3) Inkisbet l-opinjoni unanima tal-Kummissjoni Amministrattiva tas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Emigranti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Annessi 1 sa 6 u l-Annessi 9 u 10 mar-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma emendati skond l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Frar 2002.

Għall-Kummissjoni

Anna Diamantopoulou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1.

[2] ĠU L 187, tal-10.07.01, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. L-Anness 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima

"K. L-AWSTRIJA"

tinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-Bundesminister für soziale Sicherheit und Generationen (Il-Ministru Federali tas-Sigurtà Soċjali u tal-Ġenerazzjonijiet), Vjenna

2. Il-Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit (il-Ministru Federali ta’ l-Affarijiet Kummerċjali u x-Xogħol), Vjenna

3. L-iskemi speċjali għall-impjegati fis-servizz ċivili: Il-Bundesminister für öffentliche Leistung und Sport (il-Ministru Federali ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Isport), Vjenna, jew il-gvern provinċjali interessat"

(b) It-Taqsima

"L. IL-PORTUGALL"

tiġi emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-Ministro do Trabalho e da Solidariedade (il-Ministru tax-Xogħol u s-Solidarjetà), Lisbona"

(ii)

Il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

"3. Is-Secretário Regional dos Assuntos Sociais da Região Autónoma da Madeira (is-Segretarju Reġjonali ta’ l-Affarijiet Soċjali tar-Reġjun Awtonomu tal-Madeira), Funchal"

(iii)

Il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Is-Secretário Regional dos Assuntos Sociais da Região Autónoma dos Açores (is-Segretarju Reġjonali ta’ l-Affarijiet Soċjali tar-Reġjun Awtonomu ta’ l-Azores), Angra do Heroísmo"

(iv)

Il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

"6. Il-Ministro da Reforma do Estado e da Administração Pública (il-Ministru tar-Riforma ta’ l-Istat u ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika), Lisbona"

2. L-Anness 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima

"K. L-AWSTRIJA"

tiġi emendata kif ġej:Il-punt 2(b) jinbidel b’dan li ġej:

Il-punt 2(b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b) Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 45(6) tar-Regolament, jekk ma jkun ikkompletat l-ebda perjodu taż-żmien tal-kontribuzzjoni fl-Awstrija, u jekk jitqiesu l-perjodi taż-żmien fis-servizz ċivili u militari u l-perjodu taż-żmien tat-tkabbir tat-tfal mhux ippreċeduti jew segwiti b’perjodu taż-żmien ta’ l-assigurazzjoni fl-Awstrija | Il-Pensionsversicherungsanstalt der Angestellten (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni tal-Pensjonijiet tal-Persuni Impjegati), Vjenna" |

(b) It-Taqsima

"L. IL-PORTUGALL"

tiġi emendata kif ġej:

L-intestatura

"A. ĠENERALI"

tiġi emendata kif ġej:

(i)Il-punt I(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-benefiċċji tal-mard, il-maternità u l-familja: | L-Instituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) li miegħu tkun affiljata l-persuna interessata" |

(ii)Il-punt I(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. L-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Nacional de Pensões, Lisboa, e Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Pensjonijiet, Lisbona, u ċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) li miegħu tkun affiljata l-persuna" |

(iii)Il-punt I(4)(b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b) il-konċessjoni u l-ħlas tal-benefiċċji għall-qagħad (p.e. il-verifika tal-kondizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà għall-benefiċċji sabiex jiġu ffissati l-ammont u t-tul taż-żmien,il-kontrolli dwar is-sitwazzjoni sabiex jissokta, jiġi sospiż jew mitmum il-ħlas): | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjeta u s-Sigurtà Soċjali) li miegħu hija affiljata l-persuna interessata" |

(iv)il-punt I(5) jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-benefiċċji minn skema mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: taċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali fejn tirresjedi l-persuna interessata" |

(v)Il-punt II(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u tal-familja: | Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(vi)Il-punt II(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. (a) L-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt: | Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal |

(b) l-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt taħt l-iskema speċjali tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema fil-biedja: | Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(vii)Il-punt II(4) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) meta tiġi rċevuta l-applikazzjoni u l-verifika tas-sitwazzjoni tax-xogħol (p.e. il-konferma tal-perjodi taż-żmien tax-xogħol, il-klassifika tal-qagħad, il-kontrolli fuq is-sitwazzjoni): | L-Istituto Regional de Emprego: Il-Centro Regional de Emprego (L-Istituzzjoni Reġjonali tax-Xogħol: taċ-Ċentru Reġjonali tax-Xogħol), Funchal |

(b) il-konċessjoni u l-ħlas tal-benefiċċji tal-qagħad (p.e. il-verifika tal-kondizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà għall-benefiċċji, li tiffissa l-ammont u t-tul taż-żmien, tal-kontrolli fuq is-sitwazzjoni, sabiex jissokta, jiġi sospiż jew jintemm il-ħlas): | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(viii)Il-punt II(5) jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-benefiċċji minn skema mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(ix)Il-punt III(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u tal-familja: | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istitutizzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) li miegħu tkun affiljata l-persuna interessata" |

(x)Il-punt III(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. (a) L-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt: | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro Coordenador de Prestações Diferidas (L-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Servizzi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Koordinament tal-Benefiċċji Ddiferiti), Angra do Heroísmo |

(b) l-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt skond l-iskema speċjali tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema fil-biedja: | L-Istituto de Gestão de reġim de Segurança Social: Centro Coordenador de Prestações Diferidas (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Koordinament għall-Benefiċċji Ddiferiti), Angra do Heroísmo" |

(xi)Il-punt III(4) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) meta tiġi rċevuta l-applikazzjoni u l-verifika tas-sitwazzjoni fix-xogħol (p.e. il-konferma tal-perjodu taż-żmien fl-impjieg, il-klassifika tal-qagħad, il-kontrolli fuq il-sitwazzjoni): | L-Agência para a Qualificação e Emprego (L-Aġenzija tal-Kwalifika u l-Impjieg) fejn tirrisjedi l-persuna interessata |

(b) il-konċessjoni u l-ħlas tal-benefiċċji tal-qagħad (p.e. il-verifika tal-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-benefiċċji, l-iffissar ta’ l-ammont u tat-tul taż-żmien sabiex il-ħlas jissokta, jiġi sospiż jew mitmum): | Centro de Prestações Pecuniárias (iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) li miegħu l-persuna interessata hija affiljata" |

(xii)Il-punt III(5) jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-benefiċċji minn skema mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali: | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni tal-" |

Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benfiċċji fi Flus Kontanti) fejntirrisjedi l-persuna interessata

3. L-Anness 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima

"K. L-AWSTRIJA"

tiġi emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 1(b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b) Fil-każijiet l-oħra kollha: | (i) il-Gebietskrankenkasse (Il-Fond Reġjonali ta’ l-Assigurazzjoni għall-Mard) kompetenti għall-post tar-residenza permanenti jew il-post tar-residenza temporanja tal-persuna interessata, għajr jekk iddikjarat xorta oħra fis-subparagrafi li ġejjin: |

(ii) fil-każ ta’ kura fi sptar li minnu huwa responsabbli fond reġjonali, il-fond reġjonali (Landesfonds) kompetenti għall-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-persuna interessata |

(iii) fil-każ ta’ kura fi sptar ieħor kopert bil-ftehim bejn il-Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger (l-Assoċjazzjoni Ewliena ta’ l-Istituzjonijiet Awstrijaċi ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali) u l-Wirtschaftskammer Österreich (il-Kamra tal-Kummerċ Awstrijaka) li tapplika fil-31 ta’ Diċembru 2000, il-fond stabbilit għal dawn l-isptarijiet |

(iv) fil-każ tal-fertilizzazzjoni in vitro, il-Fonds zur Mitfinanzierung der In-vitro-Fertilisation (il-Fond tal-Finanzjament Konġunt għall-Fertilizzazzjoni In Vitro), Vjenna" |

(ii)

Il-punt 3(a) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) Il-benfiċċji in natura: | (i) il-Gebietskrankenkasse (il-Fond Reġjonali ta’l-Assigurazzjoni għall-Mard) kompetenti għall-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-persuna interessata, għajr jekk iddikjarat xorta oħra fis-subparagrafi li ġejjin |

(ii) fil-każ ta’ kura fi sptar li minnu huwa responsabbli Landesfonds (fond reġjonali) il-Landesfonds kompetenti għall-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-persuna interessata |

(iii) fil-każ ta’ kura fi sptar ieħor kopert bil-ftehim bejn il-Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger (l-Assoċjazzjoni Ewliena ta’ l-Istituzzjonijiet Awstrijaċi ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali) u l-WirtschaftskammerÖsterreich (il-Kamra tal-Kummerċ ta’ l-Awstrija)li tapplika fil-31 ta’ Diċembru 2000, il-fond stabbilit għal dawn l-isptarijiet |

(iv) L-Allgemeine Unfallversicherungsanstalt (l-Istituzzjoni ta’ l-Assigurazzjoni Ġenerali ta’ l-Inċidenti), Vjenna, li tista’ tikkonċedi l-benefiċċji fil-każijiet kollha" |

(b) It-Taqsima

"L. IL-PORTUGALL"

tiġi emendata kif ġej:

(i)

Il-punt I(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u tal-familja (għall-benefiċċji n-natura tal-mard u tal-maternità ara wkoll l-Anness 10): | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) tal-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-persuna interessata" |

(ii)

Il-punt I(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. L-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Nacional de Pensões, Lisboa,u Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjeta u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Pensjonijiet, Lisbona, u ċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) tal-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-persuna interessata" |

(iii)

Il-punt I(4)(b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b) il-konċessjoni u l-ħlas tal-benefiċċji tal-qagħad (p.e. il-verifika tal-kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-benefiċċji, l-iffissar ta’ l-ammont u tat-tul taż-żmien, il-kontolli fuq is-sitwazzjoni sabiex jissokta, jiġi sospiż jew mitmum il-ħlas): | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) tal-post tar-residenza permanenti tal-persuna interessata" |

(iv)

Il-punt I(5) jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-benefiċċji minn skema mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) fil-post tar-residenza permanenti tal-persuna interessata" |

(v)

Il-punt II(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u tal-familja (għall-benefiċċji in natura tal-mard u tal-maternità ara wkoll l-Anness 10): | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-SigurtàSoċjali tal-Madeira), Funchal" |

(vi)

Il-punt II(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. (a) L-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal |

(b) l-invalidita, ix-xjuħija u l-mewt taħt l-iskema speċjali tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema fil-biedja: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(vii)

Il-punt II(4) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) meta tiġi rċevuta l-applikazzjoni u l-verifika tas-sitwazzjoni dwar ix-xogħol (p.e. il-konferma tal-perjodu taż-żmien ta’ l-impjieg, il-klassifika tal-qagħad, il-kontrolli fuq is-sitwazzjoni): | L-Istituto Regional de Emprego: Centro Regional de Emprego (l-Istitut Reġjonali tax-Xogħol: Iċ-Ċentru Reġjonali tax-Xogħol), Funchal |

(b) il-konċessjoni u l-ħlas tal-benefiċċji tal-qagħad (p.e. il-verifika tal-kondizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà għall-benefiċċji, l-iffissar ta’ l-ammont u t-tul taż-żmien, il-kontrolli fuq is-sitwazzjoni sabiex jissokta, jiġi sospiż jew mitmum il-ħlas): | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(viii)

Il-punt II(5) jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-benefiċċji minn skema mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(ix)

Il-punt III(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Il-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u tal-familja (għall-benefiċċji n-natura tal-mard u l-maternità ara wkoll l-Anness 10): | L-Istituto de Gestão dos reġim de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) tal-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-persuna interessata" |

(x)

Il-punt III(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. (a) L-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt: | L-Istituto de Gestão de reġim de Segurança Social: Centro Coordenador de Prestações Diferidas (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: i1-Ċentru tal-Koordinament għall-Benefiċċji Ddiferiti), Angra do Heroísmo |

(b) l-invalidità, ix-xjuħija u l-mewt taħt | l-iskema speċjali tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema fil-biedja: L-Istituto de Gestão de reġim de Segurança Social: Centro Coordenador de Prestações Diferidas (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Koordinament għall-Benefiċċji Ddiferiti), Angra do Heroísmo" |

(xi)

Il-punt III(4) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) meta tiġi rċevuta l-applikazzjoni u l-verifika tas-sitwazzjoni tax-xogħol (p.e. il-konferma tal-perjodu taż-żmien ta’ l-impjieg, il-klassifika tal-qagħad, il-kontrolli fuq is-sitwazzjoni): | L-Agência para a Qualificação e Emprego (l-Aġenzija tal-Kwalifika u l-Impjieg) fejn tirrisjedi l-persuna interessata |

(b) il-konċessjoni u l-ħlas tal-benefiċċji tal-qagħad (p.e. il-verifika tal-kondizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà, l-iffissar ta’ l-ammont u t-tul taż-żmien, il-kontrolli fuq is-sitwazzjoni sabiex jissokta, jiġi sospiż jew mitmum il-ħlas): | Il-Centro de Prestações Pecuniárias (iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) tal-post tar-residenza permanenti tal-persuna interessata" |

(xii)

Il-punt III(5) jinbidel b’dan li ġej:

"5. Il-benefiċċji minn skema mhux kontributorja tas-sigurtà soċjali: | L-Istituto de Gestão dos reġim de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) tal-post tar-residenza permanenti tal-persuna interessata" |

4. L-Anness 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima

"J. L-OLANDA"

tiġi emendata kif ġej:

Il-punt 1(a) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) benefiċċji in natura: | Il-College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura), Amstelveen" |

(b) It-Taqsima

"K. L-AWSTRIJA"

tiġi emendata kif ġej:

Il-punt 3 jinbidel b’dan li ġej:

"(a) Il-benefiċċji tal-familja bl-eċċezzjoni tal-Karenzgeld (l-allowance tal-btala tal-ġenitur): | Il-Bundesministerium für soziale Sicherheit und Generationen (il-Ministeru Federali tas-Sigurtà Soċjali u l-Ġenerazzjonijiet), Vjenna |

(b) Il-Karenzgeld (l-allowance għall-btala tal-ġenitur): | Il-Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit (il-Ministeru Federali ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u x-Xogħol), Vjenna". |

5. L-Anness 5 jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura

"28. IL-ĠERMANJA-SPANJA"

tinbidel b’dan li ġej:

"Ma japplikax"

(b)

Taħt l-intestatura

"32. ILĠERMANJA-L-ITALJA"

tiżdied l-parti (d) li ġejja:

"(d) Il-Ftehim tat-3 ta’ April 2000 dwar il-ġbir u l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali"

(ċ)

L-intestatura

"35. IL-ĠERMANJA-L-AWSTRIJA"

tinbidel b’dan li ġej:

"(a) It-Taqsima II, Numru 1, u t-Taqsima III tal-Ftehim tat-2 ta’ Awissu 1979 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-assigurazzjoni għall-qagħad tad-19 ta’ Lulju 1978

(b) Il-Ftehim tal-21 ta’ April 1999 dwar ir-rifużjoni ta’ l-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali"

(d)

L-intestatura

"36. IL-ĠERMANJA - IL-PORTUGALL"

tinbidel b’dan li ġej:

"Il-Konvenzjoni tal-10 ta’ Frar 1998 dwar ir-rifużjoni ta’ l-ispejjeż għall-benefiċċji n-natura tal-mard"

(e)

L-intestatura

"71. L-IRLANDA - L-AWSTRIJA"

tinbidel b’dan li ġej:

"Il-Ftehim tal-25 ta’ April 2000 dwar ir-rifużjoni ta’ l-ispejjeż fil-qasam tas-sigurtà soċjali"

(f)

L-intestatura

"74. L-IRLANDA - L-ISVEZJA"

tinbidel b’dan li ġej:

"Il-Ftehim tat-8 ta’ Novembru 2000 dwar ir-rinunzja tar-rimborż dwar l-ispejjeż tal-benefiċċji n-natura tal-mard, il-maternità, l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol, u l-ispejjeż tal-kontrolli amministrattivi mediċi"

(g)

L-intestatura

"92. L-OLANDA - L-ISVEZJA"

tinbidel b’dan li ġej:

"Il-Ftehim tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar ir-rimborż ta’ l-ispejjeż tal-benefiċċji n-natura pprovduti fil-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament."

(h)

L-intestatura

"94. L-AWSTRIJA - IL-PORTUGALL"

tinbidel b’dan li ġej:

"Il-Ftehim tas-16 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rifużjoni ta’ l-ispejjeż tal-benefiċċji n-natura"

6. L-Anness 6 jiġi emendat kif ġej:

It-Taqsima

"Ċ. IL-ĠERMANJA"

tiġi emendata kif ġej:

(i)Il-punt 4(a) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) in-negozjati mal-Greċja, l-Italja, l-Olanda u l-Portugall: il-ħlas permezz tal-korpi tal-kuntatt ta’ l-Istat kompetenti u l-Istat tar-residenza permanenti (l-applikazzjoni konġunta ta’ l-Artikoli 53 sa 58 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u tad-dispożizzjonijiet iddikjarati fl-Anness 5)"

(ii)Il-punt 4(b) jinbidel b’dan li ġej:

"(b) in-negozjati mal-Belġju, Spanja, Franza u l-Awstrija: il-ħlas permezz tal-korp tal-kuntatt ta’ l-Istat kompetenti"

7. L-Anness 9 jiġi emendat kif ġej:

It-Taqsima

"K. L-AWSTRIJA"

tiġi emendata kif ġej:

1. il-benediċċji pprovduti mill-Gebietskrankenkassen (il-Fondi Reġjonali ta’ l-Assigurazzjoni għall-Mard);

2. il-benefiċċji pprovduti mill-isptarijiet li minnhom huwa responsabbli l-Landesfonds (fond reġjonali);

3. il-benefiċċji pprovduti mill-isptarijiet l-oħra koperti bil-ftehim bejn il-Hauptverband der österreichischen Sozialversicherungsträger (l-Assoċjazzjoni Ewlenija ta’ l-Istituzzjonijiet Awstrijaċi ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali) u l-Wirtschaftskammer Österreich (il-Kamra tal-Kummerċ ta’ l-Awstrija) li jkunu japplikaw fil-31 ta’ Diċembru 2000, u

4. il-benefiċċji pprovduti mill-Fonds zur Mitfinanzierung der In-vitro-Fertilisation (il-Fond tal-Finanzjament Konġunt għall-Fertilizzazzjoni In Vitro), Vjenna".

8. L-Anness 10 jiġi emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima

"J. L-OLANDA"

tiġi emendata kif ġej:

Il-punt 4(a) jinbidel b’dan li ġej:

"(a) ir-rifużjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 36 u 63 tar-Regolament: | Il-College voor zorgverzekeringen (Il-Bord ta’ l-Assigurazzjoni għall-Kura), Amstelveen" |

(b) It-Taqsima

"K. L-AWSTRIJA"

tiġi emendata kif ġej:

Il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

"1. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 14(1)(b), l-Artikolu 14a(1)(b) u l-Artikolu 17 tar-Regolament: | Il-Bundesminister für soziale Sicherheit und Generationen (il-Ministru Federali tas-Sigurtà Soċjali u l-Ġenerazzjonijiet), bi ftehim ma’ l-amministrazzjoni pubblika rispettiva rigward l-iskemi speċjali għall-impjegati fis-servizz ċivili" |

(ċ) It-Taqsima

"L. IL-PORTUGALL"

tiġi emendata kif ġej:

L-intestatura

"A. ĠENERALI"

tiġi emendata kif ġej:

(i)Il-punt I(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 11a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) fejn huwa rreġistrat il-ħaddiem interessat mibgħut biex jaħdem" |

(ii)Il-punt I(3) jinbidel b’dan li ġej:

"3. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) tal-post tar-residenza permanenti tal-ħaddiem jew fejn il-ħaddiem huwa rreġistrat, skond il-każ" |

(iii)Il-punt I(6) jinbidel b’dan li ġej:

"6. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali), Lisbona" |

(iv)Il-punt I(7) jinbidel b’dan li ġej:

"7. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 29(2) u (5), l-Artikolu 30(1) u (3) u l-Artikolu 31(1) (it-tieni sentenza) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (rigward il-ħruġ taċ-ċertifikati): | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) tal-post tar-residenza permanenti tal-persuna interessata" |

(v)Il-punt I(10) jinbidel b’dan li ġej:

"10. Bil-għan li jiġu applikati l-Artikolu 80(2), l-Artikolu 81 u l-Artikolu 85(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Solidariedade e Segurança Social: Centro Distrital de Solidariedade e Segurança Social (l-Istituzzjoni tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru Distrettwali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali) fejn il-persuna interessata kienet irreġistrata l-aħħar" |

(vi)Il-punt II(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 11a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(vii)Il-punt II(3) jinbidel b’dan li ġej:

"3. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(viii)Il-punt II(6) jinbidel b’dan li ġej:

"6. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(ix)Il-punt II(7) jinbidel b’dan li ġej:

"7. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 29(2) u (5), l-Artikolu 30(1) u (3) u l-Artikolu 31(1) (it-tieni sentenza) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (rigward il-ħruġ taċ-ċertifikati): | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(x)Il-punt II(9) jinbidel b’dan li ġej:

"9. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 17(6) u (7), l-Artikolu 18(3), (4) u (6), l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22, l-Artikolu 31(1) (l-ewwel sentenza) u l-Artikolu 34(1) u (2) (l-ewwel subparagrafu) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (li jirrigwarda l-istituzzjoni tal-post tar-residenza permanenti jew l-istituzzjoni tal-post tar-residenza temporanja, liema minnhom japplika): | Il-Centro Regional de Saúde (iċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa), Funchal" |

(xi)Il-punt II(10) jinbidel b’dan li ġej:

"10. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 80(2), l-Artikolu 81 u l-Artikolu 85(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | Il-Centro de Segurança Social da Madeira (iċ-Ċentru tas-Sigurtà Soċjali tal-Madeira), Funchal" |

(xii)Il-punt III(1) jinbidel b’dan li ġej:

"1. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 17 tar-Regolament: | Id-Direcção Regional da Solidariedade e da Segurança Social (id-Direttorat Reġjonali tas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali), Angra do Heroísmo" |

(xiii)Il-punt III(2) jinbidel b’dan li ġej:

"2. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 11a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru għall-Benefiċċji Soċjali fi Flus Kontanti) fejn ikun irreġistrat il-ħaddiem interessat mibgħut biex jaħdem" |

(xiv)Il-punt III(3) jinbidel b’dan li ġej:

"3. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 12a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni tal-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) tal-post tar-residenza permanenti jew tar-residenza temporanja tal-ħaddiem interessat, skond il-każ" |

(xv)Il-punt III(6) jinbidel b’dan li ġej:

"6. Bl-għan li jiġi applikat l-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Gestão de reġim de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti), Angra do Heroísmo" |

(xvi)Il-punt III(7) jinbidel b’dan li ġej:

"7. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 29(2) u (5), l-Artikolu 30(1) u (3) u l-Artikolu 31(1) (it-tieni sentenza) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (rigwrd il-ħruġ taċ-ċertifikati): | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-SigurtàSoċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) fejn tirrisjedi l-persuna interessata" |

(xvii)Il-punt III(9) jinbidel b’dan li ġej:

"9. Bl-għan li jiġu applikati l-Artikolu 17(6) u (7), l-Artikolu 18(3), (4) u (6), l-Artikolu 20, l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22, l-Artikolu 31(1) (l-ewwel sentenza) u l-Article 34(1) u (2) (l-ewwel subparagrafu) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (li jirrigwarda l-post tar-residenza permanenti jew il-post tar-residenza temporanja, liema minnhom japplika): | Il-Centro de Saúde (iċ-Ċentru tas-Saħħa) tal-post tar-residenza permanenti jew tal-post tar-residenza temporanja tal-persuna interessata" |

(xviii)Il-punt III(10) jinbidel b’dan li ġej:

"10. Bl-għan li jiġu implimentati l-Artikolu 80(2), l-Artikolu 81 u l-Artikolu 85(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni: | L-Istituto de Gestão de Regimes de Segurança Social: Centro de Prestações Pecuniárias (l-Istituzzjoni għall-Ġestjoni ta’ l-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali: Iċ-Ċentru tal-Benefiċċji fi Flus Kontanti) fejn il-persuna kienet irreġistrata l-aħħar" |

--------------------------------------------------

Top