This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1672
Council Regulation (EC) No 1672/2000 of 27 July 2000 amending Regulation (EC) No 1251/1999 establishing a support system for producers of certain arable crops, to include flax and hemp grown for fibre
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1672/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba’ maħrut, biex tinkludi l-kittien u l-qanneb imkabbar għall-ħjut
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1672/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba’ maħrut, biex tinkludi l-kittien u l-qanneb imkabbar għall-ħjut
ĠU L 193, 29.7.2000, p. 13–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2005
Official Journal L 193 , 29/07/2000 P. 0013 - 0015
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1672/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba’ maħrut, biex tinkludi l-kittien u l-qanneb imkabbar għall-ħjut IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4], Billi: (1) Il-politika komuni ta’ l-agrikoltura timmira li tilħaq l-għanijiet riferiti fit-Trattat, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tas-suq. (2) Is-settur tal-kittien u tal-qanneb għadda minn bidliet qawwija mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 tad-29 ta’ Ġunju 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-kittien u tal-qanneb [5]. B'żieda mal-produzzjoni tradizzjonali tal-ħjut twal tal-kittien għat-tessuti u l-użu tradizzjonali tal-ħjut tal-qanneb, il-kittien u l-qanneb issa qegħdin jitkabbru għas-suq il-ġdid tal-ħjut qosra. Ġaladarba dawn il-ħjut qosra jistgħu jintużaw għall-materjali ġodda, il-produzzjoni tagħhom għandha tiġi inkoraġġita sabiex jippromwovu wkoll swieq innovattivi li joffru futur. (3) Mogħtija l-attrazzjoni tagħha, l-għajnuna pprovduta fir-Regolament (KEE) Nru 1308/70 ħolqot, f’uħud mill-Istati Membri, żieda fil-produzzjoni purament spekulattiva. Il-miżuri meħuda biex jikkumbattu dan il-fenomenu ikkomplikaw iktar il-leġislazzjoni li tirregola dan is-settur u mhux dejjem kellhom is-suċċess mixtieq. (4) Sabiex jissolvew il-problemi li jaffaċċja s-suq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut, l-ammont ta’ l-għajnuna mogħtija lill-produtturi interessati għandha tkun paragunabbli għal dik tal-prodotti li jikkompetu magħhom. Għal dan l-għan, u bil-ħsieb li tiġi ssimplifikata l-leġislazzjoni li tapplika, dawn il-prodotti għandhom jiġu inklużi fis-sistema ta’ appoġġ lill-produtturi ta’ ċerti prodotti tar-raba’ maħrut stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 [6]. Barra minn hekk, fejn hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata produzzjoni kontiwa, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni tas-suq fil-kittien u fil-qanneb mkabbra għall-ħjut [7] jipprovdi għajnuna għall-proċessar tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb. L-għajnuna għall-proċessar għandha twassal għal żieda fil-prezz tax-xiri tat-tiben tal-kittien u tal-qanneb u tagħmel il-produzzjoni iktar ta' qligħ għall-prodotturi. (5) Sabiex tiġi żgurata t-transizzjoni bla xkilijiet lil-livell ta’ l-għajnuna mogħtija għaċ-ċereali u sabiex jissolvew il-problemi kurrenti kkawżati mill-eżistenza ta' skemi differenti ta’ għajnuna għall-ħjut tal-kittien u għaż-żerriegħa tal-kittien, il-ħlasijiet għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut għandhom ikunu l-istess bħal dawk mogħtija liż-żerriegħa tal-kittien, li huma stess iridu jkunu allineati ma’ dawk taċ-ċereali sas-sena tas-suq 2002/2003. Hija ġġustifikata wkoll l-għajnuna addizzjonali fil-Finlandja u fl-Isvezja, kif prevista għall-uċuħ tar-raba’ li jikkompetu magħhom fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, fil-każ tal-kittien u tal-qanneb. (6) Sabiex jitqies l-istabbiliment reċenti tal-produzzjoni tal-kittien u tal-qanneb, b’mod partikolari qrib l-impjanti tal-proċessar, l-eliġibbiltà għall-iskema stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandha tiġi estiża sabiex tinkludi l-firxiet ta' l-art u l-uċuħ tar-raba’ fil-kwistjoni. (7) Sabiex jiġi mwarrab il-periklu illi dak li jkun ikun jista' jaħrab l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-għotja ta’ l-għajnuna għal kull ettaru għall-kittien u għall-qanneb imkabbra għall-ħjut trid tkun bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet rigward il-kultivazzjoni. (8) Għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi għall-qanneb, sabiex jiġi żgurat illi uċuh tar-raba’ illegali ma jkunux jistgħu jiġu moħbija fost il-prodotti eliġibbli għall-ħlasijiet skond il-firxiet ta' l-art, hekk li b'dan tiġi disturbata l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-qanneb. Għalhekk irid ikun hemm disposizzjonijiet illi l-ħlasijiet skond il-firxiet ta' l-art jinagħtaw biss għall-firxiet miżrugħa b'varjetajiet tal-qanneb li joffru garanziji rigward il-kontenut tas-sustanza psikotropika. (9) Sabiex ikunu jistgħu jiġu mmonitorjati l-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna għall-proċessar tat-tiben skond ir-Regolament (KE) Nru 1673/2000, il-produzzjoni tat-tiben trid tkun marbuta mal-firxa ta' l-art fejn jitkabbar u l-produtturi għandu jkollhom obbligi imposti fuqhom li huma reċiproċi għal dawk imposti fuq il-produtturi involuti, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nu 1251/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 4(2) għandu jiġi mibdul kif ġej: "2. Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir billi tintuża l-ġabra medja mill-ħsad taċ-ċereali. Madankollu, fejn il-qamħirrum jiġi ttrattat għal rasu, il-ġabra mill-ħsad tal-"qamħirrum" għandha tintuża għall-ġabra mill-ħsad tal-qamħirrum, filwaqt li l-ġabra mill-ħsad taċ-"ċereali l-oħra għajr il-qamħirrum" għandha tintuża għaċ-ċereali, għaż-żrieragħ taż-żejt, għaż-żerriegħa tal-kittien u għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut." 2. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(3), il-kliem "għaż-żerriegħa tal-kittien" jinbidel fi "għaż-żerriegħa tal-kittien u għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut". 3. L-Artikolu 4(4) għandu jiġi mibdul b’li ġej: "4. Fil-Finlandja, u fl-Isvezja iktar fit-tramuntana mill-Parallel 62 u f’uħud mill-firxiet ta' l-art li jmissu magħhom affettwati minn kondizzjonijiet komparabbli tal-klima li jirrendu l-attività agrikola partikolarment diffiċli, ammont supplimentari mal-ħlas skond il-firxa ta’ EUR 19 għal kull tunnellata metrika, immoltiplikat bil-ġabra mill-ħsad utilizzata għall-ħlasijiet skond il-firxiet ta' l-art għandu jiġi applikat għaċ-ċereali, għaż-żrieragħ taż-żejt, għaż-żerriegħa tal-kittien u għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut." 4. Għandu jiġi miżjud l-Artikolu li ġej: "Artikolu 5a 1. Għall-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut, il-ħlas skond il-firxa ta' l-art għandu jsir biss, skond iċ-ċirkostanzi, meta jiġi konkluż il-kuntratt jew l-impenn kif riferiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000. Għall-qanneb imkabbar għall-ħjut, il-ħlas skond il-firxa ta' l-art għandu wkoll isir biss fejn il-varjetajiet użati jkollhom kontenut ta' tetraidrokannabinol li ma jaqbiżx iż-0,2 %. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema sabiex jivverifikaw il-kontenut tat-tetraidokannabinol fl-uċuħ tar-raba’ mkabbra fuq mill-inqas 30 % tal-firxiet ta' l-art fejn jitkabbar il-qanneb għall-ħjut li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għall-ħlas skond il-firxa ta' l-art. Madankollu jekk Stat Membru jdaħħal sistema ta’ approvazzjoni minn qabel għal din il-kultivazzjoni, il-minimu għandu jkun ta’ 20 %" 5. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet ma jistgħux isiru rigward l-artijiet li, fil-31 ta’ Diċembru 1991, kienu jintużaw għall-mergħa permanenti, għall-uċuħ tar-raba’ jew għas-siġar permanenti jew kienu jintużaw għal għanijiet mhux agrikoli. Madankollu, l-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-firxiet ta' l-art użati għat-tkabbir tal-kittien jew tal-qanneb u, jekk approprjat, għas-serħ obbligtorju li għandu x'jaqsam miegħu jistgħu jiġu ppreżentati rigward l-artijiet li jkunu bbenefikaw mill-għajnuna konċessa skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 tad-29 ta’ Ġunju 1970 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-kittien u l-qanneb [8] matul mill-inqas waħda mis-snin tas-suq mill-1998/1999 sa l-2000/2001." 6. L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiddaħħlu l-inċiżi li ġejjin wara s-sitt inċiż: "— rigward il-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut, dawk li għandhom x'jaqsmu ma’ l-arranġamenti għall-kuntratti u għall-impenn riferiti fl-Artikolu 5a(1), — rigward il-qanneb imkabbar għall-ħjut, dawk li għandhom x'jaqsmu mal-miżuri u mal-metodi speċifiċi tal-kontroll sabiex jistabbilixxu l-livelli tat-tetraidrokannabinaol." (b) l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu għandu jiġi mibdul b’li ġej: "— jew jagħmel il-konċessjoni tal-ħlasijiet bla ħsara għall-użu ta’: (i) żrieragħ speċifiċi; (ii) żerriegħa attestata fil-każ tal-qamħ duru u tal-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut; (iii) ċerti varjetajiet fil-każ taż-żrieragħ taż-żejt, iż-żerriegħa tal-kittien u l-kittien u l-qanneb imkabbra għall-ħjut, — jew jipprovdu l-possibbiltà illi l-Istati Membri jagħmlu l-għoti ta' dawn il-ħlasijiet bla ħsara għal dawn il-kondizzjonijiet," 7. Il-Punt IV fl-Anness I għandu jiġi mibdul b'li ġej: "Il-Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni | IV.IL-KITTIEN ex120400 | Iż-Żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.) | ex53010010 | Il-Kittien, mhux maħdum jew imrattab, imkabbar għall-ħjut (Linum usitatissimum L.) | V.IL-QANNEB ex53020010 | Il-Qanneb, mhux maħdum jew imrattab, imkabbar għall-ħjut (Cannabis sativa L.)" | Artikolu 2 Skond it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull reviżjoni tal-pjani reġjonali tagħhom meħtieġa sabiex jinkorporaw l-informazzjoni dwar il-kittien u l-qanneb għall-ħjut l-iktar tard sa l-1 ta’ Ottubru 2000. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mis-sena tas-suq 2001/2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, is-27 ta’ Lulju 2000. Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU C 56 E, tad-29.2.2000, p. 17. [2] Opinjoni mogħtija fis-6 ta’ Lulju 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU C 140, tat-18.5.2000, p. 3. [4] Opinjoni mogħtija fl-14 ta’ Ġunju 2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [5] ĠU L 146, ta’ l-4.7.1970, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nu 2702/1999 (ĠU L 327, ta’ l-14.12.1999, p. 7). [6] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nu 2704/1999 (ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 12). [7] Ara l-paġna 16 ta’dan il-Ġurnal Uffiċjali. [8] ĠU L 146, ta’ l-4.7.1970, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2702/1999 (ĠU L 327, ta’ l-14.12.1999, p. 7). --------------------------------------------------