Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0708

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2000 li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 1999/507/KE fuq ċerti miżuri ta’ protezzjoni rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja (notifikata bid-dokument numru C(2000) 3178)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 289, 16.11.2000, p. 41–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/708/oj

    32000D0708



    Official Journal L 289 , 16/11/2000 P. 0041 - 0041


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’ Novembru 2000

    li temenda għat-tielet darba d-Deċiżjoni 1999/507/KE fuq ċerti miżuri ta’ protezzjoni rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Peniżola) u l-Awstralja

    (notifikata bid-dokument numru C(2000) 3178)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2000/708/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jmexxu l-organiżżazzjoni ta’ kontrolli veterinarji ta’ annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif emendati l-aħħar mid-Direttiva 96/43/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 18(7),

    Billi:

    (1) Bid-Deċiżjoni 1999/507/KE [3], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/6/KE [4], il-Kummissjoni adottat miżuri ta’ protezzjoni rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malasja (Penisola) u l-Awstralja, rigward marda rispettiva Hendra ta’ Nipah, inklużi fost l-oħrajn analiżi ta’ laboratorju għal klieb u qtates miżmuma għal importazzjoni fil-Komunità.

    (2) Il-marda Hendra, li hi marda notifikabbli skond il-liġi Awstraljana, ma kienx hemm rapporti li dehret fl-Awstralja minn mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni 1999/507/KE. Għalhekk, il-disposizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni li jgħoddu għall-Awstralja għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjoni tal-marda fil-pajjiż konċernat, u partikolarment għandha titneħħa r-rikjesta ta’ eżami ta’ laboratorju għal qtates importati mill-Awstralja.

    (3) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/507/KE qed jiġi emendat hekk:

    1. It-tieni parti tal-paragrafu 2 qed jiġi mħassar.

    2. It-tielet paragrafu qed jiżdied kif ġej:

    "3. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal qtates fi vjaġġ, bil-patt li jibqgħu fil-perimetru ta’ ajruport internazzjonali."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-6 ta’ Novembru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

    [2] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

    [3] ĠU L 194, tas-27.7.1999, p. 66.

    [4] ĠU L 3, tas-6.1.2000, p. 29.

    --------------------------------------------------

    Top