This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999D0874
1999/874/EC: Commission Decision of 10 December 1999 amending Decision 93/70/EEC on codification for the message 'Animo' to include certain types of processed mammalian protein (notified under document number C(1999) 4251) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/70/KEE dwar il-kodifikazzjoni għal messaġġ “Animo” biex tinkludi ċerti tipi ta’ proteina mammifera pproċessata (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 4251)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/70/KEE dwar il-kodifikazzjoni għal messaġġ “Animo” biex tinkludi ċerti tipi ta’ proteina mammifera pproċessata (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 4251)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 340, 31.12.1999, pp. 109–110
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 340 , 31/12/1999 P. 0109 - 0110
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1999 li temenda d-Deċiżjoni 93/70/KEE dwar il-kodifikazzjoni għal messaġġ "Animo" biex tinkludi ċerti tipi ta’ proteina mammifera pproċessata (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 4251) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (1999/874/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna kontrolli veterinarja u żootekniċi applikabbli f’kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bl-iskop ta’ kompletazzjoni tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha, Billi: (1) Għal għarfien malajr ta’ messaġġi-Animo, bid-Deċiżjoni 93/70/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/168/KE [4], il-Kummissjoni speċifikat il-kodiċi li għandhom jintużaw għall-annimali u l-prodotti ta’ l-annimali. (2) Bid-Deċiżjoni 97/735/KE [5], il-Kummissjoni stabbilit dispożizzjonijiet ġodda dwar il-kummerċ f’ċerti tipi ta’ skart ta’ l-annimali mammiferi. Dawk id-dispożizzjonijiet stipulaw b’mod partikolari li l-Istati Membri ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni ta’ merkanzija għandhom jinfurmaw lil xulxin bit-tip u bid-destinazzjoni ta’ l-aħħar permezz tan-network komputeriżżat Animo. (3) Bid-Deċiżjoni 98/168/KE, il-Kummissjoni emendat id-Deċiżjoni 93/70/KEE biex tissuplimenta l-kodiċi użati f’ċerti tipi ta’ skart ta’ l-annimali mammiferi. (4) F’dan il-każ, il-kodiċi emendati għal annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali jidhru inkompleti u l-prodotti neqsin għandhom jiġu inklużi. (5) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 93/70/KEE hu b’dan emendat kif ġej: dan li ġej huwa miżjud mal-punt 12 "Proteina pproċessata ta’ l-annimali kemm jekk intiża għall-użu fl-għalf kemm jekk le (meals u greaves) - ikel ta’ annimali miżmuma fid-dar" tal-Kapitolu "I.3 PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI" : | "1 | 2 | 3 | 05 Proteina pproċessata minn annimali mammiferi intiża għall-użu fl-għalf, mhux inkluża fil-punt 12-01 | | | | 01 - Il-Laħam u l-fertiliżżant minn għadam ta' l-annimali mfarrka | 47010501000000 | | | 02 - Blood meal | 47010503000000 | | | 03 - Boneflour | 47010504000000 | | | 04 - Greaves imnixxfa | 47010508000000 | | | 05 - Taħlitiet ta' dawn il-meals | 47010599000000" | | | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 1999. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [3] ĠU L 25, tat-2.2.1993, p. 34. [4] ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 37. [5] ĠU L 294, tat-28.10.1997, p. 7. --------------------------------------------------