Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0130(01)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li tissupplimenta d-definizzjoni tal-forma tar-reat it-traffikar tal-bnedmin fl-Anness tal-Konvenzjoni ta' l-Europol (1999/C 26/05)

    ĠU C 26, 30.1.1999, p. 21–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009D0371

    31999D0130(01)



    Official Journal C 026 , 30/01/1999 P. 0021 - 0021


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-3 ta' Diċembru 1998

    li tissupplimenta d-definizzjoni tal-forma tar-reat "it-traffikar tal-bnedmin" fl-Anness tal-Konvenzjoni ta' l-Europol

    (1999/C 26/05)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 43(3) tal-Konvenzjoni bbażat fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju tal-Pulizija Ewropew (Konvenzjoni Europol) [1],

    Waqt li jiftakar fil-ftehim fil-Kunsill fl-4 ta' Diċembru 1997 sabiex jissupplimenta d-definizzjoni tal-forma tar-reat "it-traffikar tal-bnedmin" fl-Anness għall-Konvenzjoni Europol,

    Wara diskussjoni tas-suġġett mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni ta' l-Europol,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Id-definizzjoni tal-forma tar-reat "it-traffikar tal-bnedmin" fl-Anness għall-Konvenzjoni Europol qiegħda tiġi hawnhekk supplimentata sabiex tinqara kif ġej:

    - ""it-traffikar tal-bnedmin" ifisser is-soġġezzjoni ta' persuna għas-setgħa reali u illegali ta' persuni oħra bl-użu ta' vjolenza jew theddid jew b'abbuż ta' awtorità jew b'qerq, speċjalment għall-isfrutament għall-prosituzzjoni, forom ta' sfruttament sesswali u attakk fuq minuri jew kummerċ fi tfal abbandunati. Dawn il-forom ta' sfruttament jinkludu wkoll il-produzzjoni, il-bejgħ jew distribuzzjoni ta' materjal pornografiku tat-tfal;"

    .

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999.

    Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Diċembru 1998.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K. Schlögl

    [1] ĠU C 316, tas-27.11.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top