Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0078

    Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni

    ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32009L0138 U Ara 32012L0023 U 32013L0058

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/78/oj

    31998L0078



    Official Journal L 330 , 05/12/1998 P. 0001 - 0012


    Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill

    tas-27 ta’ Ottubru 1998

    dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 198b tat-Trattat [3],

    (1) Billi l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta apparti milli ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja [4] u l-ewwel Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE tal-5 ta’ Marzu 1979 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja [5] jenħtieġu li mpriżi ta’ assigurazzjoni jkollhom marġini ta’ likwidità;

    (2) Billi, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrrigwardaw l-assigurazzjoni diretta apparti milli assigurazzjoni fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE ta’ l-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE [7] il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ assigurazzjoni huma suġġetti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni uffiċjali waħdanija maħruġa mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li fih intrapriża ta’ assigurazzjoni għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha (Stat Membru tal-lokalità); billi tali awtorizzazzjoni tippermetti lill-intrapriża biex tkompli bin-negozju tagħha matul il-Komunità kollha; permezz ta’ jew id-dritt għall-istabbiliment inkella l-liberta’ li tipprovdi servizzi; billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tal-lokalità huma responsabbli għall-monitoraġġ tas-saħħa finanzjarja ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni; kif ukoll il-likwidità tagħhom;

    (3) Billi miżuri dwar is-superviżjoni supplementari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni fi grupp ta’ l-assigurazzjoni għandu jippermetti lill-awtoritajiet li jkunu jagħmlu s-superviżjoni fuq l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni biex jifformaw ġudizzju fuq bażi soda dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha; billi superviżjoni supplementari bħal din għandha tieħu akkont ta’ ċerti mpriżi li preżentement ma humiex suġġetti għas-superviżjoni skond id-Direttivi tal-Komuinità; billi din id-Direttiva bl-ebda mod ma timplika li Stati Membri huma meħtieġa li jwettqu superviżjoni ta’ dawk l-intrapriżi li huma kkunsidrati individwalment;

    (4) Billi intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni f’suq komuni ta’ l-assigurazzjoni jidħlu f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin u r-regoli oħra li jikkonċernaw il-ħtiġijiet tal-kapital iridu għalhekk ikunu ekwivalenti; billi, għal dak il-għan, il-kriterja applikata biex tiddetermina s-superviżjoni supplimentari m’għandhomx jitħallew biss għad-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri, billi l-adozzjoni tar-regoli bażiċi komuni għandhom ikunu fl-aħjar interessi tal-Komunità billi b’hekk jipprevjenu tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni; billi huwa meħtieġ li jkunu eliminati ċerti diverġenzi bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda regoli prudenti li għalihom intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li huma parti minn grupp ta’ assigurazzjoni jkunu suġġetti;

    (5) Billi l-approċċ adottat jikkonsisti f’wieħed li jwassal għal armonizzazzjoni bħal din hekk kif inhu essenzjali, meħtieġ u suffiċjenti biex jinkiseb l-għarfien reċiproku ta’ sistemi ta’ kontroll prudenti f’dan il-qasam; billi l-għan ta’ din id-Direttiva hu b’mod partikolari li jipproteġi l-interessi ta’ persuni assigurati;

    (6) Billi ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id Direttiva jiddefinixxu normi minimi; billi Stat Membru tal-lokal jista’ jesiġi regoli aktar stretti għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu;

    (7) Billi din id-Direttiva tipprovdi għas-superviżjoni supplimentarja ta’ kwalunkwe kumpannija ta’ assigurazzjoni li hija mpriża parteċipanti f’mill-anqas intrapriża ta’ assigurazzjoni waħda, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni li mhix ta’ Stat Membru u, taħt regoli differenti, għas-superviżjoni supplimentari ta’ kwalunkwe kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha hija holding company ta’ assigurazzjoni, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni; intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhux minn Stat Membru jew holding company ta’ attività mista; billi s-superviżjoni ta’ intrapriżi individwali ta’ l-assigurazzjoni minn awtoritajiet kompetenti tibqa’ l-prinċipju essenzjali ta’ superviżjoni ta’ l-assigurazzjoni;

    (8) Billi huwa meħtieġ li jsir kalkolu ta’ sitwazzjoni ta’ likwidità aġġustata għall-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jifformaw parti minn grupp ta’ assigurazzjoni; billi metodi differenti huma applikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità biex jittieħed akkont ta’ l-effetti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li huma attribwiti għall-fatt li hi tkun tappartjeni għal grupp ta’ assigurazzjoni; billi din id-Direttiva tistabbilixxi tliet metodi biex tkun effettwata dik il-kalkolazzjoni; billi l-prinċipju hu aċċettat li dawn il-metodi huma prudenti;

    (9) Billi l-likwidità ta’ intrapriża ta’ assigurazzjoni sussidjarja relatata ta’ holding company ta’ l-assigurazzjoni, ta’ intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni mhux ta’ Stat Membru, jistgħu jkunu affettwati mir-riżorsi finanzjari tal-grupp li tiegħu hija parti u mid-distribuzzjoni ta’ riżorsi finanzjari f’dak il-grupp; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu pprovduti bil-mezzi ta’ l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentarja u tat-teħid ta’ miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta l-likwidità tagħha hija jew tista’ tkun ipperikolata;

    (10) Billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari; billi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni kif ukoll bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ setturi finanzjarji oħra għandhom ikunu stabbiliti;

    (11) Billi tranżazzjonijiet intra-gruppi jistgħu jeffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni; billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq ċerti tipi ta’ operazzjonijiet intra-grupp u jieħdu miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni meta l-likwidità tagħha hi jew tista’ tkun ipperikolata,

    ADOTTAW DIN ID- DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) intrapriża ta’ assigurazzjoni tfisser intrapriża li tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE;

    (b) intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru tfisser intrapriża li għandha jkollha bżonn awtorizzazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE kieku kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Komunità;

    (ċ) intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni tfisser intrapriża, apparti minn intrapriża ta’ assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru, li n-negozju ewlieni tagħha jikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ riskji ċeduti minn intrapriża ta’ assigurazzjoni, intrapriża ta’ assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru jew intrapriżi oħra ta’ ri-assigurazzjoni;

    (d) intrapriża prinċipali tfisser intrapriża prinċipali fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE [8] u kwalunkwe intrapriża li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra;

    (e) intrapriża sussidjarja tfisser intrapriża sussidjarja fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE u kwalunkwe intrapriża li fuqha, li fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, intrapriża prinċipali li effettivament teżerċita influwenza dominanti. Is-sussidjarji kollha ta’ intrapriżi sussidjarji għandhom ukoll ikunu meqjusa sussidjarji ta’ l-intrapriża prinċipali li hi fir-ras ta’ dawk l-intrapriżi;

    (f) parteċipazzjoni tfisser parteċipazzjoni fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 17, l-ewwel sentenza, tad-Direttiva 78/660/KEE [9] jew il-paterna, diretta jew indiretta, ta’ 20 % jew aktar mid- drittijiet tal-vot jew kapital ta’ intrapriża;

    (g) intrapriża li tipparteċipa tfisser intrapriża li hi jew intrapriża prinċipali jew intrapriża oħra li jkollha parteċipazzjoni;

    (h) intrapriża rrelatata tfisser jew sussidjarja jew intrapriża oħra li fiha parteċipazzjoni hi miżmuma;

    (i) kumpannija ta’ l-assigurazzjoni padruna tfisser intrapriża prinċipali li l-kummerċ ewlieni tagħha hu li takkwista u żżomm parteċipazzjonijiet f’intrapriżi sussidjarji, meta dawk l-intrapriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, intrapriżi ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriżi ta’ assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru, ta’ l-anqas waħda minn dawn l-intrapriżi sussidjarji tkun intrapriża ta’ assigurazzjoni;

    (j) kumpannija ta’ l-assigurazzjoni b’attività mista tfisser intrapriża paterna, apparti minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni minn pajjiż mhux Stat Membru, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew holding company ta’ assigurazzjoni, li tinkludi ta’ l-anqas intrapriża ta’ assigurazzjoni waħda fost l-intrapriżi sussidjarji tagħha;

    (k) awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li għandhom il-poter bil-liġi jew bir-regolament li jagħmel superviżjoni fuq l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

    L-Artikolu 2

    Każijiet ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni

    1. B’żieda mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE li jesiġu r-regoli għas-superviżjoni ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, Stati Membri sejrin jipprovdu superviżjoni ta’ kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hija intrapriża li qiegħda tipparteċipa f’ta’ l-anqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni waħda, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, jew l-intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru sejrin ikunu ssupplimentati bil-manjiera preskritta fl-Artikoli 5,6,8 u 9.

    2. Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha li hija kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża ta’ ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni supplimentari fil-manjiera preskritta fl-Artikoli 5(2), 6,8 u 10.

    3. Kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li l-intrapriża prinċipali tagħha hi kumpannija ta’ assigurazzjoni ta’ attivita mista, għandha tkunu suġġetta għal superviżjoni supplimentari fil-manjiera preskritta fl-Artikoli 5(2), 6 u 8.

    L-Artikolu 3

    Skop ta’ superviżjoni supplimentari

    1. L- eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari bi qbil ma l-Artikolu 2 m’għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jilagħbu rwol superviżorju fejn għandhom x’jaqsmu intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiżi mhux Stati Membri, kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni jew kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni ta’ attivita mista jew l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni meħuda individwalment.

    2. Is-superviżjoni supplimentari għandha tieħu akkont ta’:

    - intrapriżi relatati ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

    - intrapriżi li jipparteċipaw fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

    - intrapriżi relatati ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5,6,8, 9 u 10.

    3. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieħdu akkont fis-superviżjoni supplimentari rreferuta fl-Artikolu 2 intrapriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistat tagħhom f’pajjiż li mhux Stat Membru meta jkun hemm impedimenti legali għat-transferimet ta’ l-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, il-punt 2.5 u ta’ l-Anness II, il-punt 4.

    Aktar minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari jistgħu fil-każijiet elenkati hawn taħt jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ b’każ li ma jikkunsidrawx intrapriża fis-superviżjoni supplimentari rreferuta fl-Artikolu 2:

    - jekk l-intrapriża li għandha tkun inkluża hi ta’ interess negliġibbli f’dak li jirrigwarda l-objettivi ta’ superviżjoni supplimentari ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni,

    - jekk il-inklużjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-intrapriża ma jkunx xierqa jew iqarraq fir-rigward ta’ l-objettivi tas-superviżjoni supplimentari ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

    L-Artikolu 4

    Awtoritajiet kompetenti għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari.

    1. Superviżjoni supplimentari għandha tkun eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fihom l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun irċeviet awtorizzazzjoni uffiċjali permezz ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE.

    2. Meta intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fi tnejn jew aktar Stati Membri għandhom bħala l-intrapriża prinċipali l-istess kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru jew kumpannija ta’ l-assigurazzjoni ta’ attività mista, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jilħqu ftehim fuq min minnhom ghandu jkun responsabbli biex jeżerċita superviżjoni supplimentari.

    3. Meta Stat Membru għandu aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenti ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni, tali Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jorganizzaw koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.

    L-Artikolu 5

    Disponibbiltà u kwantità ta’ informazzjoni

    1. Stati Membri għandhom jippreskrivu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu li kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari għandha jkollha mekkaniżżmi ta’ kontroll intern adegwat f’postu għall-produzjoni ta’ xi data u informazzjoni relevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni supplementari bħal dik.

    2. Stati Membri għandom jieħdu l-passi xierqa biex jassssiguraw li ma hemm l-ebda impedimenti legali fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li ma jħallix l-intrapriżi li huma suġġetti għas-superviżjoni supplementari u l intrapriżi relatati tagħhom u l-intrapriżi li jipparteċipaw minnn skambju fosthom xi nformazzjoni rilevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni supplimentari bħal dik.

    L-Artikolu 6

    Aċċess għall-informazzjoni

    1. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari għandhom ikolhhom aċċess għal xi informazzjoni li tista’ tkun rilevanti għall-iskop ta’ superviżjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari bħal dik, L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jindirizzaw huma stess direttament lill-intrapriżi rilevanti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) biex jakkwistaw l-informazzjoni meħtieġa biss jekk informazzjoni bħal dik tkun ġiet mitluba mill-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u li ma tkunx ġiet fornuta biha.

    2. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu iwettqu fit-territorju tagħhom, huma nfushom jew permezz ta’ l-intermedjar ta’ persuni li huma jaħtru għal dak l-iskop, verifikazzjoni fuq il-post ta’ l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 fi:

    - l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari,

    - l-intrapriżi sussidjarji ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

    - intrapriżi prinċipali ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

    - l-intrapriżi sussidjarji ta’ dik l-intrapriża prinċipali ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

    3. Meta, fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jixtiequ f’każijiet speċifiċi li jivverifikaw informazzjoni importanti dwar intrapriża li tinstab fi Stat Membru ieħor li hi intrapriża ta’ l-assigurazzjoni relatata, intrapriża sussidjarja, intrapriża prinċipali jew sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni supplimentari, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru li jkollhom dik il-verifika mwettqa. L-awtoritajiet li jirċievu talba bħal dik għandhom jaġixxu dwarha fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħhom billi jwettqu l-verifika huma nnifishom, billi jippermettu l-awtoritajiet li jagħmlu t-talba li jwettquha huma jew billi jippermettu awditur jew espert li jwettaqha hu.

    L-Artikolu 7

    Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

    1. Meta intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni stabbiliti fi Stati Membri differenti huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom intrapriża komuni li qiegħda tipparteċipa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lejn xulxin wara talba, l-informazzjoni releventi kollha li tista’ tippermetti jew tiffaċilita l-eżerċizzju tas-superviżjoni bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u għandhom jikkomunnikaw fuq l-inizzjattiva tagħhom stess kwalunkwe informazzjoni li tidher għalihom li hija essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

    2. Meta intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u jew istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefiniti fid-Direttiva 77/780/KEE [10] jew soċjetà kif iddefinita fid-Direttiva 93/22/KEE [11], jew it-tnejn, huma direttament jew indirettament relatati jew għandhom intrapriża komuni li qiegħda tipparteċipa, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni ta’ dawk l-intrapriżi l-oħra għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajjiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li aktarx li tissimplifika x- xogħol tagħhom, b’mod partikolari fil-qafas ta’ din id-Direttiva.

    3. Informazzjoni akkwistata bis-saħħa ta’ din id-Direttiva u, b’mod partikolari, kwalunkwe skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li għaliha hemm provvediment f’din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għall-obbligazzjoni ta’ segretezza professjonali kif definita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/96/KEE.

    L-Artikolu 8

    Tranżazzjonijiet fi ħdan gruppi

    1. L-Istati membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-superviżjoni ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn:

    (a) intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u:

    (i) intrapriża relatata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni;

    (ii) intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni;

    (iii) intrapriża rrelatata ta’ l-intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni;

    (b) intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u persuna naturali li għandha parteċipazzjoni fi:

    (i) l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew waħda mill-intrapriżi rrelatati tagħha;

    (ii) l-intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni;

    (iii) intrapriża relatata ta’ l-intrapriża li qed tipparteċipa fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

    Dawn it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw b’mod partikolari:

    - self,

    - garanziji u tranżazzjonijiet ’il barra mill-balance—sheet,

    - elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità,

    - investimenti,

    - operazzjonijiet tar-ri-assigurazzjoni,

    - ftehim dwar spejjeż ta’ l-ishma.

    2. Għal dan il-għan, Stati Membri għandhom jenħtieġu mill-anqas rappurtar annwali mill-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti kif ipprovdut fil-paragrafu 1.

    Jekk, fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, ikun jidher li l-likwidità ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni hija, jew tista’ tkun, mhedda, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

    L-Artikolu 9

    Ħtiġijiet aġġustati ta’ likwidità

    1. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 2(1), Stati Membri għandhom ikunu jenħtieġu li l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata tkun imwettqa bi qbil ma’ l-Anness I.

    2. Kwalunkwe intrapriża rrelatata, intrapriża parteċipanti jew intrapriża rrelatata ta’ intrapriża parteċipanti għandhom ikunu inklużi fil-kalkolazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1.

    3. Jekk il-kalkolazzjoni li hemm referenza dwarha f ’paragrafu 1 turi li l-likwidità aġġustata tkun negattiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-livell ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f’dak il-każ.

    L-Artikolu 10

    Intrapriżi ta’ ri-assigurazzjoni, holding companies ta’ l-assigurazzjoni u intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiżi mhux Stati Membri

    1. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-metodu ta’ superviżjoni supplimentari li tkun applikata bi qbil ma’ l-Anness II.

    2. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(2), l-kalkolazzjoni għandha tinkludi l-intrapriżi rrelatati kollha ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, ta’ l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru, bil-manjiera li għaliha hemm provvediment fl-Anness II.

    3. Jekk, fuq il-bażi ta’ din il-kalkolazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li l-likwidità ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni sussidjarja tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru hi, jew tista’ tkun, ipperikolata, huma għandhom jieħdu l-passi xierqa fil-livell ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

    L-Artikolu 11

    Implimentazzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw mhux aktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2000 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom immedjetament jinfurmaw lill-Kummisjoni dwar dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dispożizzjonijiet f’ paragrafu 1 għandhom l-ewwel japplikaw għas-superviżjoni ta’ kontijiet ta’ snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2001 jew matul dik is-sena tal-kalendarju.

    3. Meta l-Istati Membri jadottaw tali miżuri rreferuti f’paragrafu 1, dawn irid ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir referenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    5. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006 il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat ta’ l-assigurazzjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-ħtieġa ta’ aktar armonizzazzjoni.

    L-Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 13

    Lil min hi indirizzata

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ottubru 1998.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. M. Gil-robles

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. Hostasch

    [1] ĠU C 341, tad-19.12.1995, p. 16, u ĠU C 108, tas-7.4.1998, p.48.

    [2] ĠU C 174, tas-17.6.1996, p. 16.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 1997 (ĠU C 339, ta’ l-10.11.1997, p. 136), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 1998 (ĠU C 204, tat-30.6.1998, p. 1) Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Settembru 1998 (ĠU C 313, tat− 12.10.1998) u d-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998

    [4] ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/26/KEE (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7).

    [5] ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/26/KE.

    [6] ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/26/KE.

    [7] ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 95/26/KE.

    [8] Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 bbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-Kontijiet ikkonsolidati (ĠU L 193, tat-18.7.1983, p.1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

    [9] Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-Kontijiet Annwali ta’ ċerti tipi ta’ Kumpanniji (ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adezjoni ta’ l-1994.

    [10] L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. (ĠU L 322, tas-17.12.1977. p. 30). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 96/13/KE (ĠU L 66, tas-16.3.1996, p.15).

    [11] Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ investiment fil-qasam tas-siguritajiet (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 97/9/KE (ĠU L 84, tas-26.3.1997, p. 22).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS I

    KALKOLAZZJONI TAL-LIKWIDITÀ AĠĠUSTATA TA’ L-INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI

    1. L-GĦAŻLA TA’ METODU TAL-KALKOLAZZJONI U L-PRINĊIPJI ĠENERALI

    A. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(1) għandha tiġi mwettqa skond wieħed mill-metodi deskritti f’punt 3. L-Istat Membru jista’, b’danakollu, jipprovdi għall-awtoritajiet kompetenti biex jawtorizzaw jew jimponu l-applikazzjoni ta’ metodu kif stabbilit f’punt 3 apparti minn dawk magħżula mill-Istat Membru.

    B. Proporzjonalità

    Il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tikkunsidra s-sehem proporzjonali miżmum mill-intrapriża parteċipanti fl-intrapriżi rrelatati tagħha.

    "Sehem proporzjonali" jfisser jew, meta l-metodu 1 jew il-metodu 2 deskritti f’punt 3 huma użati, il-proporzjon tal-kapital sottoskritt li hu miżmum, direttament jew indirettament, mill-intrapriża parteċipanti jew, meta l-metodu 3 deskritt f’punt 3 huwa użat, il-perċentwali użati għall-istabbiliment tal-kontijiet ikkonsolidati.

    B’danakollu, independentament mill-metodu użat, meta l-impriża rrelatata hi sussidjarja ta’ l-intrapriża u żbilanċ negattiv ta’ likwidità, in-nuqqas totali ta’ likwidità tas-sussidjarja għandu jkun ikkunsidrat.

    B’danakollu, meta fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, r-responsabbiltà ta’ l-intrapriża prinċipali li għandha sehem mill-kapital hija llimitata strettament u b’mod mhux ambigwu għal dak is-sehem tal-kapital, l-awtoritajiet kompetenti bħal dawn jistgħu jagħtu permess għan-nuqqas ta’ likwidità ta’ l-intrapriża sussidjarja li jkun meqjus fuq bażi proporzjonali.

    Ċ. Eliminazzjoni ta’ użu doppju ta’ l-elementi tal-marġini ta’ likwidità.

    Ċ.1. Trattament ġenerali ta’ l-elementi tal-marġini ta’ likwidità

    Independentament mill-metodu użat għall-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, l-użu doppju ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità fost id-diversi intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni li jkunu meqjusa f’dik il-kalkolazzjoni għandhom ikunu eliminati.

    Għal dan l-iskop, meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u meta l-metodi deskritti f’punt 3 ma jipprovdux għaliha, l-ammonti segwenti għandhom ikunu eliminati:

    - il-valur ta’ kwalunkwe assi ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jirrappreżentaw il-finanzjament ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ waħda mill-intrapriżi rrelatati magħha ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni,

    - il-valur ta’ kwalunkwe assi rrelatati ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jirrappreżentaw il-finanzjament ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni,

    - il-valur ta’ kwalunkwe assi rrelatat ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jirrappreżentaw il-finanzjament ta’ elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità għall-kwalunkwe intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigirazzjoni.

    Ċ.2. Trattament ta’ ċertu elementi

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima Ċ.1:

    - riżervi ta’ profitti u profitti futuri li joriġinaw minn intrapriża rrrrelatata ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li dwarha l-likwidità aġġustata hi kkalkulata, u

    - kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ l-intrapriża rrelatata ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li dwarha l-likwidità aġġustata hija kkalkolata,

    tista’ biss tkun inkluża fil-kalkolazzjoni sa fejn huma eliġibbli biex ikopru l-ħtiġijiet għall-marġini ta’ likwidità ta’ dik l-intrapriża rrelatata. B’danakollu, kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas li jirrapreżenta obbligazzjoni potenzjali fuq il-parti ta’ l-intrapriża parteċipanti għandu jkun eskluż kompletament mill-kalkolazzjoni.

    Kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata għandu wkoll ikun eskluż mill-kalkolazzjoni.

    Kwalunkwe kapital sottoskritt imma mhux imħallas ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata li jirrappreżenta obbligazzjoni potenzjali min-naħa ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata oħra għandu jkun eskluż mill-kalkolazzjoni.

    Ċ.3. Trasferibbilità

    Jekk l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw ċerti elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Taqsima Ċ.2 ma jistgħux effettivament ikunu magħmula disponibbli biex ikopru l-ħtiġijiet tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti li dwarha l-likwidità aġġustata tkun ikkalkulata, dawk l-elementi jistgħu jkunu inklużi fil-kalkolazzjoni biss sakemm huma eliġibbli biex ikopru l-ħtiġijiet tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża rrelatata.

    Ċ.4. Is-somma ta’ l-elementi li hemm referenza dwarhom f’Taqsimiet Ċ.2 u Ċ. 3 ma jistgħux jeċċedu l-ħtiġijiet tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata.

    D. Eliminazzjoni tal-ħolqien ta’ kapital fi ħdan gruppi

    Meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata, l-ebda akkont m’għandu jittieħed ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità li joriġina minn finanzjament reċiproku bejn l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u:

    - intrapriża rrelatata,

    - intrapriża parteċipanti,

    - intrapriża rrelatata oħra ta’ kwalunkwe intrapriżi parteċipanti tagħha.

    Minbarra dan, l-ebda kont m’għandu jittieħed ta’ kwalunkwe element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata ta’ l-intrapriża li dwarha l-likwidità aġġustata hija kkalkolata meta l-element f’dak il-każ joriġina minn finanzjament reċiproku ma’ kwalunkwe intrapriża rrelatata ta’ dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni.

    B’mod partikolari, finanzjament reċiproku jeżisti meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-intrapriżi rrelatati tagħha, jkollhom ishma fi, jew jagħmlu self lil, intrapriża oħra li, direttament jew indirettament ikollha element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-ewwel intrapriża.

    E. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-likwidità aġġustata tkun ikkalkulata bl-istess frekwenza kif stabbillita bid-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE għall-kalkolazzjoni tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni. Il-valur ta’ dawn l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jkun meqjus bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE u 91/674/KEE [1].

    2. APPLIKAZZJONI TAL-METODI TA’ KALKOLAZZJONI

    2.1. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati

    Il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata għandha tkun imwettqa skond il-prinċipji ġenerali u l-metodi stabbiliti f’dan l-Anness.

    Fil-każijiet tal-metodi kollha, meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha aktar minn intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata waħda, l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata għandha tkun mwettqa bl-integrazzjoni ta’ kull waħda minn dawn l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati.

    Fil-każijiet ta’ parteċipazzjonijiet suċċessivi (per eżempju meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun intrapriża parteċipanti f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra li hi wkoll intrapriża parteċipanti f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni), il-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata għandha tkun imwettqa fil-livell ta’ kull intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti li għandha mill-anqas intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata waħda.

    L-Istati Membri jistgħu jwarbu l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni:

    - jekk l-intrapriża hija intrapriża rrelatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, u dik l-intrapriża rrelatata għandha tkun meqjusa fil-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, jew

    - jekk l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni hi intrapriża rrelatata jew ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni padruna jew ta’ intrapriża tar-ri-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-istess Stat Membru bħall-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, u kemm il-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni u l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata jkunu meqjusa fil-kalkolazzjoni mwettqa.

    L-Istati Membri jistgħu wkoll iwarrbu l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jekk hi intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, jew kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li għandha l-uffiċċju tagħha fi Stat Membru ieħor, u jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati kienu qablu li jippermettu l-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-aħħar.

    F’kull wieħed minn dawn il-każi, it-twarrib jista’ biss jingħata jekk l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni inklużi fil-kalkolazzjoni huma adekwatament distribwiti bejn dawk l-intrapriżi.

    Stati Membri jistgħu jipprovdu li meta l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru apparti minn dak ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li dwarha l-kalkolazzjoni ta’ likwidità aġġustata tkun imwettqa, l-kalkolazzjoni għandha tqis, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-intrapriża rrelatata tas-sitwazzjoni ta’ likwidità kif eżaminata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

    2.2. Intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni rrelatati

    Meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hija intrapriża parteċipanti f’intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, din l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni rrelatata għandha tkun ittrattata, biss għal skopijiet ta’ kalkolazzjoni, b’analoġija ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata bl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness.

    Għal dan il-għan, ħtiġijiet maħsuba ta’ likwidità għandhom ikun stabbiliti għall kull intrapriża tar-ri-assigurazzjoni rrelatata fuq il-bażi ta’ l-istess regoli kif stabbiliti fl-Artikolu 16(2) sa (5) tad-Direttiva 73/239/KEE ta’ l-Artikolu 19 tad-Direttiva 79/267/KEE. B’danakollu, fil-każ ta’ diffikultà sinifikanti fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ħtiġijiet maħsuba ta’ likwidità tal-ħajja li jkunu kkalkolati fuq il-bażi ta’ l-ewwel riżultat kif stabbilit fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE. L-istess elementi kif stipulati fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE għandhom ikunu magħrufa bħala eliġibbli għall-marġini maħsuba ta’ likwidità. Il-valur ta’ l-assi u r-responsabbiltajiet għandu jkun ezaminat skond l-istess regoli kif stabbiliti f’dawk id-Direttivi u fid-Direttiva 91/674/KEE.

    2.3. Holding companies intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni

    Meta issir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li jkollha parteċipazzjoni f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni f’pajjiż mhux Stat Membru permezz ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, is-sitwazzjoni tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni intermedjarja għandha tkun meqjusa. Għall-iskopijiet biss ta’ din il-kalkolazzjoni, biex tkun magħmula bi qbil mal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness, din il-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni għandha tkun ittrattata bħalli kieku kienet intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal ħtiġijiet ta’ likwidità żero u meta suġġetta għall-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE f’dak li jirrrigwarda elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità.

    2.4. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati jew tar-ri-assigurazzjoni li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom f’pajjiżi mhux Stati Membri

    A. Intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati mhux ta’ pajjiż Stat Membru

    Meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hi intrapriża parteċipanti f’intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjuż mhux Stat Membru, din ta’ l-aħħar għandha tkun ittrattata solament għall-iskopijiet tal-kalkolazzjoni, b’analoġija ma’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata, bl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u l-metodi deskritti f’dan l-Anness.

    B’danakollu, meta l-pajjiż mhux Stat Membru li fih dik l-intrapriża għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha tagħmilha suġġetta għall-awtorizzazzjoni u timponi fuqha ħtieġa ta’ likwidità mill anqas komparabbli ma’ dik imfassla fid-Direttivi 73/239/KEE jew 79/267/KEE, billi jittieħed akkont ta’ l-elementi ta’ kopertura ta’ dik il-ħtieġa, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolazzjoni għandha tieħu akkont, f’dak li jirrrigwarda dik l-intrapriża, il-ħtiġijiet tal-likwidità u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet kif stabbiliti mill-pajjiż mhux Stat Membru f’dak il-każ.

    B. Intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni irrelatati mhux ta’ pajjiż Stat Membru

    Independentament mit-Taqsima 2.2, meta ssir il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hi intrapriża parteċipanti f’intrapriża tar-ri-assigurazzjoni bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż mhux Stat Membru, u suġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk kif stabbiliti f’punt A t’hawn fuq, Stati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolazzjoni għandha tieħu akkont, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-intrapriża ta’ l-aħħar, tal-ħtiġijiet tal-fondi tagħha u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet kif stabbiliti mill-pajjiż mhux membru f’dak il-każ. Ikun biss meta l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni ta’ dak il-pajjiż mhux Stat Membru li huma suġġetti għal dispożizzjonijiet bħal dawk, il-ħtiġijiet mistħajla tal-fondi tagħha fuq l-intrapriżi tar-ri-assigurazzjoni rrelatati u l-elementi eliġibbli biex jissodisfaw il-ħtiġijiet mistħajla jistgħu jkunu kkalkolati bħalli kieku l-intrapriża f’dak il-każ kienet intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata ta’ dak il-pajjiż mhux Stat Membru.

    2.5. In- nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ l-informazzjoni meħtieġa

    Meta l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni, rigward intrapriża rrelatata bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew pajjiż mhux Stat Membru, ma tkunx disponibbli lejn l-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur tal-ktieb ta’ dik l-intrapriża parteċipanti f’din l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni għandha tiġi mwassla mill-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità aġġustata. F’dak il-każ, il-gwadanni mhux realizzati konnessi ma’ parteċipazzjoni bħal dik, m’għandhomx ikunu mħollija bħala element eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità aġġustata.

    3. METODI TA’ KALKOLAZZJONI

    Metodu 1: Metodu ta’ deduzzjoni u aggregazzjoni

    Is-sitwazzjoni ta’ likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti hi d-differenza bejn:

    (i) is-somma ta’:

    (a) l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, u

    (b) is-sehem proporzjonali ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti fl-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata

    u

    (ii) is-somma ta’:

    (a) il-valur tal-ktieb fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti ta’ l-assigurazzjoni rrelatata, u

    (b) il-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, u

    (ċ) is-sehem proporzjonali tal-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata.

    Meta l-parteċipazzjoni fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata tikkonsisti, bis-sħiħ jew f’ parti, fil-pussess indirett, allura d-dettal (ii)(a) għandu jinkorpora l-valur tal-pussess indirett bħal dak, meta jittieħed akkont ta’ l-interessi rilevanti suċċessivi; u d-dettalji (i)(b) u (ii)(c) għandhom jinkludu l-ishma proporpzjonali korrispondenti ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata u tal-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata, rispettivament.

    Metodu 2: Metodu ta’ ħtieġa ta’ deduzzjoni

    Il-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipa hija d-differenza bejn:

    (i) is-somma ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti

    u

    (ii) is-somma ta’:

    (a) l-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti, u

    (b) is-sehem proporzjonali tal-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni rrelatata.

    Meta jkun jkunu evalwati l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità, parteċipazzjonijiet fl-ambitu ta’ dak li tfisser din id-Direttiva huma vvalutati permezz tal-metodu ta’ l-ekwità, bi qbil ma l-għażla strabbilita fl-Artikolu 59(2)(b) tad-Direttiva 78/660/KEE.

    Metodu 3: Metodu ta’ kontijiet fuq bażi kkonsolidata

    Il-kalkolazzjoni tal-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti għandha tkun imwettqa fuq il-bażi tal-kontijiet ikkonsolidati. Il-likwidità aġġustata ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti hija d-differenza bejn:

    l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni kkonsolidata, u

    (a) jew is-somma tal-ħtieġa ta’ likwidità ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti u ta’ l-ishma proporzjonali tal-ħtiġijiet ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni rrelatati, bbażati fuq il-perċentwali użati għall-istabbiliment tal-kontijiet ikkonsolidati.

    (b) jew il-ħtiġijiet ta’ likwidità kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni kkonsolidata.

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE u 91/674/KEE għandhom japplikaw għall-kalokolazzjoni ta’ l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità u tal-ħtiġijiet ta’ likwidità bbażat fuq informazzjoni kkonsolidata.

    [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Mejju 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati ta’ l-intrapriŻi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L. 374, tal- 11.6.1993, P. 7).

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS II

    SUPERVIŻONI SUPPLIMENTARJA GĦALL-INTRAPRIŻI TA’ L-ASSIGURAZZJONI LI HUMA SUSSIDJARJI TA’ KUMPANNIJA TA’ L-ASSIGURAZZZJONI, IMPRIŻA TAR-RI-ASSIGURAZZJONI JEW INTRAPRIŻA TA’ L-ASSIGURAZZJONI TA’ PAJJIŻ MHUX STAT MEMBRU

    1. Fil-każ ta’ tnejn jew aktar intrapriżi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(2) li huma sussidjarji ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru u li huma stabbiliti fl-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-metodu deskritt f’dan l-Anness ikun applikat b’manjiera konsistenti.

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni supplimentari bl-istess frekwenza kif inhu stabbilit mid-Direttivi 73/239/KEE u 79/267/KEE għall-kalkolazzjoni tal-marġini ta’ likwidità ta’ l-intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

    2. Stati Membri jistgħu iwarrbu l-kalkolazzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan l-Anness f’dak li għandu x’jaqsam ma l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni:

    - jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni hija intrapriża rrelatata ta’ intrapriża ta’ l-assigurazzjoni oħra u jekk tkun meħuda fl-akkont tal-kalkolazzjoni li hemm provvediment dwarha f’dan l-Anness li tkun imwettqa għal dik l-intrapriża l-oħra.

    - jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u waħda jew aktar intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fl-istess Stat Membru għandhom bħala l-intrapriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat membru, u l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni tkun meqjusa fil-kalkolazzjoni li għaliha hemm provvedimenti f’dan l-Anness tkun imwettqa għal waħda minn dawn l-intrapriżi l-oħra,

    - jekk dik l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni u waħda jew aktar intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fi Stati Membri oħra għandhom bħala l-intrapriża prinċipali tagħhom l-istess kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru, u ftehim li jagħti l-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari koperta b’dan l-Anness għall-awtorità superviżorja ta’ Stat Membru ieħor tkun ġiet konlkuża bi qbil ma l-Artikolu 4(2).

    Fil-każ ta’ parteċipazzjonjiet suċċessivi (per eżempju: kumpannija ta’ l-assigurazzjoni jew l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni li hi nnifisha l-propjetà ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni oħra, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru), Stati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli pprovduti f’dan l-Anness biss sal-livell ta’ l-intrapriża prinċipali ultima ta’ l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni li hi kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru.

    3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li kalkoli analogi ma’ dawk deskritti fl-Anness I ikunu mwettqa fil-livell tal-kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru.

    L-analoġija għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali u metodi deskritti fl-Anness I fil-livell ta’ kumpannija ta’ l-assigurazzjoni, l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni jew l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni ta’ pajjiż mhux Stat Membru.

    Għall-iskop uniku ta’ din il-kalkolazzjoni, l-intrapriża prinċipali għandha tkun ittrattata bħallikieku kienet l-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni suġġetta għal:

    - ħtieġa ta’ likwidità żero meta tkun kumpannija propjetarja ta’ l-assigurazzjoni,

    - il-ħtieġa ta’ likwidità mistħajla bħal ma hemm provvedent dwarha fit-Taqsima 2.2 ta’ l-Anness I meta hija intrapriża tar-ri-assigurazzjoni, jew kif hemm provvedimenti f’ Taqsima 2.4(B) ta’ l-Anness I meta hija l-intrapriża tar-ri-assigurazzjoni bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż mhux Stat Membru,

    - il-ħtieġa ta’ likwidità ddeterminata skond il-prinċipji tat-Taqsima 2.4(A) ta’ l-Anness I, meta hija l-intrapriża ta’ pajjiż mhux Stat Membru,

    u hija suġġetta għall-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 73/239/KEE jew fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 79/267/KEE f’dak li jirrrigwarda l-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità.

    4. In-nuqqas ta’ disponibbilità ta’ l-informazzjoni meħtieġa

    Meta l-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolazzjoni li jipprovdi għaliha dan l-Anness dwar l-intrapriża rrelatata bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru jew f’pajjiż mhux Stat Membru, ma jkunux disponibbli lejn l-awtoritajiet kompetenti, għal kwalunkwe raġuni, il-valur tal-ktieb ta’ dik l-intrapriża fl-intrapriża ta’ l-assigurazzjoni parteċipanti għandu jkun dedott mill-elementi eliġibbli għall-marġini ta’ likwidità aġġustati. F’dak il-każ, il-qligħ mhux realizzat konness ma’ parteċipazzjoni bħal din m’għandux jitħalla bħala element eliġibbli għall-kalkolazzjoni.

    --------------------------------------------------

    Top