Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R2523

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2523/97 tas-16 ta’ Diċembru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw id-definizzjoni, deskrizzjoni u presentazzjoni ta’ xarbiet alkoħoliċiTest b’relevanza taż-ŻEE

    ĠU L 346, 17.12.1997, p. 46–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/02/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/2523/oj

    31997R2523



    Official Journal L 346 , 17/12/1997 P. 0046 - 0047


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2523/97

    tas-16 ta’ Diċembru 1997

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1014/90 li jistabilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw id-definizzjoni, deskrizzjoni u presentazzjoni ta’ xarbiet alkoħoliċi

    (Test b’relevanza taż-ŻEE)

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkonsidrat i r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad- 29 ta’ Mejju 1989 li jistipula regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, deskrizzjoni u preżentazzjoni ta’ xarbiet alkoħoliċi [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment l-Artikolu 1(4)(i) (1) (b) u l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2482/95 tal-25 ta’ Ottubru 1995 jistipula ċerti miżuri tranżitorji għall-Awstrija għal xarbiet alkoħoliċi [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 158/97 [3], jippermetti ċerti spirti tal-frott imħejjija minn ċerti berries b’massimu ta’ kontenut ta’ alkoħol metil ta’ 1500 g kull ettolitru ta’ alkoħol f’ vol. ta’ 100 % sabiex ikunu imħejjija u marketed fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 1997 sakemm issir stima tal-possibiltajiet li jitnaqqas dak il-kontenut tal-metanol;

    Billi limiti ġodda u aktar baxxi għall-kontenut tal-alkoħol metil ta’ xi spirti prodotti fl-Awstrija għandhom jiġu introdotti f’dan l-istadju in vista tar-riżultati minn studji fl-Awstrija dwar il-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-kontenut ta’ metanol ta’ l-ispirti tal-frott konċernat; billi huwa wkoll meħtieġ kontroll fuq l-impatt ta’ l-iżvilupp ta’ aspetti differenti dwar il-kontenut massimu ta’ metanol ta’ dawk l-ispirti tal-frott għaliex dawn il-limiti għandhom ukoll jiġu applikati għall-istess spirti tal-frott prodotti fi Stati Membri oħra; filwaqt li l-eżami għall-possibiltajiet li jitnaqqas il-kontenut tal-metanol ta’ dawk l-ispirti tal-frott għandha tkompli, in konsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp tekniku filwaqt li jinżammu f’konsiderazzjoni l-karatteristiċi tradizzjonali ta’ dawk il-prodotti;

    Billi disposizzjonijiet transitorji għandhom jiġu stipulati sabiex jippermettu l-marketing ta’ dawn l-ispirti tal-frott imħejjija fl-Awstrija qabel id-data tad-dħul fis-seħħ għal-limiti baxxi fuq il-kontenut ta’ l-alkoħol metil;

    Billi l-miżuri li hemm provduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Għall-Implimentazzjoni fir-rigward ta’ Xarbiet Alkoħoliċi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-paragrafi li ġejjin 4 u 5 huma hawn magħduda ma’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1014/90:

    "4. In segwitu ta’ l-Artikolu 1(4)(i) (1) (b) tar-Regolament (KEE) Nru 1576/89, il-massimu tal-kontenut ta’ l-alkoħol metil ta’ l-ispirti tal-frott magħmula minn tut aħmar u passulina sewda (Ribes species), service berries (Sorbus aucuparia) u elderberries’ (Sambucus nigra) għandu jkun ta’1350 g kull ettolitru ta’ alkoħol f’vol. ta’100 % u l-massimu tal-kontenut ta’ alkoħol metil ta’ spirti tal-frott magħmul miċ-ċawsli (Rubus idaeus L.) u passulina sewda (Rubus fruticosus L.) għandu jkun ta’ 1200 g kull ettolitru ta’ alkoħol f’vol. ta’ 100 %

    5. L-ispirtu tal-frott imsemmi fil-paragrafu 4, magħmul fl-Awstrija u miżmum għall-bejgħ fil-31 ta’ Diċembru 1997 lill-konsumatur aħħari konformi mad-disposizzjonijiet fir-rigward tal-kontenut tal-metanol b’seħħ minn dik id-data fl-Awstrija jista’ jinħareġ fis-suq u jiġi esportat sakemm jispiċċaw il-ħażniet."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1998.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1.

    [2] ĠU L 256, tas-26.10.1995, p. 12.

    [3] ĠU L 27, tat-30.1.1997, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top