Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0287

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/97 tas-17 ta' Frar 1997 li jikkonċerna l-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    ĠU L 48, 19.2.1997, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/287/oj

    31997R0287



    Official Journal L 048 , 19/02/1997 P. 0005 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/97

    tas-17 ta' Frar 1997

    li jikkonċerna l-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-nomenklatura magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif amendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/96 [2], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bl-intenzjoni ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra li jirrigwardaw il-kummerċ ta' l-oġġetti;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi NM addattati indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

    Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa u Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM addattati indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Frar 1997.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 338, tat-28.12.1996, p. 27.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Deskrizzjoni | Klassifika kodiċi NM | Raġunijiet |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Preparazzjoni ta' l-ikel, magħmula b'dan li ġej:xaħam tal-ħalib: 74 % bħala toqoltrab tal-bajd sħiħ: 5 % bħala toqolħall ta' l-inbid: 4 % bħala toqolmelħ: 1,5 % bħala toqolilma: 15,5 % bħala toqolIl-prodott, ippreżentat fl-istat imkessaħ, jieħu l-forma ta' blokka żejtnija, ta' isfar ċass. | 21069098 | Il-klassifika hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 2(b) tal-Kapitolu 4, Nota 1(ċ) tal-Kapitolu 15, u mill-kliem tal-kodiċi NM 2106, 210690 u 21069098. |

    2.Xaħam li jindilek magħmul minn, bħala toqol, ta' 70 sa 80 % xaħmijiet tal-ħalib u 20 sa 30 % xaħmijiet tal-ħxejjex, ġeneralment jitqiegħed għall-bejgh bl-imnut f'pakketti ta' 500gIl-prodott jista' jinkiseb billi jitħalltu l-butir (intestatura 0405) u x-xaħam tal-ħxejjex (Kapitolu 15) jew billi jitħalltu l-krema (intestatura 0401) u x-xaħam tal-ħxejjex (Kapitolu 15) u jitħabat wara li jitħallat. | 21069098 | Il-klassifika hija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, Nota 2(b) tal-Kapitolu 4, Nota 1(ċ) tal-Kapitolu 15, u mill-kliem tal-kodiċi NM 2106, 210690 u 21069098. |

    --------------------------------------------------

    Top