EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31997D0360
97/360/EC: Council Decision of 24 March 1997 concerning the elimination of duties on certain spirituous beverages
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 1997It-test konsolidat ta’ din id-Deċiżjoni jinkorpora l-korrezzjonijiet approvati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 1997. li tikkonċerna l-eliminazzjoni tad-dazji minn fuq xi xorb alkoholiku
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 1997It-test konsolidat ta’ din id-Deċiżjoni jinkorpora l-korrezzjonijiet approvati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 1997. li tikkonċerna l-eliminazzjoni tad-dazji minn fuq xi xorb alkoholiku
ĠU L 155, 12.6.1997, p. 60–60
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/360/oj
Official Journal L 155 , 12/06/1997 P. 0060 - 0060
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 1997 [1] li tikkonċerna l-eliminazzjoni tad-dazji minn fuq xi xorb alkoholiku (97/360/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitàjiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 113, flimkien ma’ l-Artikolu 228 (2) l-ewwel sentenza, tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-eliminazzjoni tat-tariffi mill-Istati Uniti u l-Komunità Ewropa hi kkunsidrata bħala ta’ benefiċċju totali; Billi l-Istati Uniti u l-Komunitàjiet Ewropej ippreparaw Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim fuq xorb alkoholiku; billi l-Ftehim jinkludi modifiki għal Skeda KE-Spirti CXL li għandha tiġi sottomessa lill-Organizzazzjoni għall-Kummerċ Dinji; Billi l-Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti u l-Komunitàjiet Ewropej fuq xorb alkoholiku għandu jiġi approvat f’isem il-Komunit, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika dwar xorb alkoħoliku huwa b’hekk approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata biex tissottometti lill-Organizzazjoni għall-Kummerċ Dinji il-modifiki għall-iskeda tal-Komunità kif preskritt fl-Iskeda KE-Spirti CXL li tinsab fil-Ftehim hawn mehmuż. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna li jkollha l-poter li tiffirma l-Ftehim fil-forma ta’ Memorandum ta’ Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej. Magħmhula fi Brussels, fl-24 ta’ Marzu 1997. F’isem il-Kunsill Il-President H. Van Mierlo [1] It-test konsolidat ta’ din id-Deċiżjoni jinkorpora l-korrezzjonijiet approvati mill-Kunsill fl-14 ta’ Mejju 1997. --------------------------------------------------