Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R2917

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2917/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jwaqqaf regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u r-ross

    ĠU L 305, 19.12.1995, p. 53–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/08/2003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2917/oj

    31995R2917



    Official Journal L 305 , 19/12/1995 P. 0053 - 0053


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2917/95

    tat-18 ta’ Diċembru 1995

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1162/95 li jwaqqaf regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u r-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u r-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2147/95 [2], u l-aktar l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi għandha tittieħed kunsiderazzjoni meta jsir l-aġġustament tar-rifużjonijiet ta’ ammont ekwivalenti għall-awment mensili fil-prezz ta’ l-intervent tar-ross fil-fosdqa matul ix-xhur minn Ottubru sa Lulju;

    Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    "4. L-ammont tar-rifużjoni applikabbli skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1418/76 għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (1) (a) u (b) ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati fix-xhur minn Ottubru sa Lulju u jkunu jinkludu ammont daqs l-awment mensili li japplika għall-prezz ta’ l-intervent għar-ross fil-fodsqa ffissat għal dik is-sena kummerċjali, ibbażat fuq l-istadju ta’ l-ipproċessar u l-koeffiċjent applikabbli ta’ l-ipproċessar.

    5. Meta l-perjodu tal-validità tal-liċenzja jkun jestendi aktar mill-aħħar tas-sena kummerċjali, ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu permezz ta’ l-interruzzjoni fil-prezz ta’ l-intervent tar-ross fil-fodsqa bejn is-sentejn kummerċjali, ibbażat fuq l-istadju ta’ l-ipproċessar u l-koeffiċjent applikabbli ta’ l-ipproċessar.

    L-interruzzjoni fil-prezz isseħħ fl-1 ta’ Settembru u għandha tiġi definita bħala:

    (a) d-differenza fil-prezz ta’ l-intervent għar-ross fil-fodsqa, eskluż l-awment mensili għas-snin kummerċjali ta’ qabel u għas-snin kummerċjali l-ġodda,

    (b) ammont ekwivalenti għall-awment mensili mmoltiplikat bin-numru ta’ xhur li jgħaddu bejn Ottubru u x-xahar ta’ l-applikazzjoni tal-liċenzja, inklussivament.

    Dawn iż-żewġ fatturi għandhom jiġu kkonvertiti billi jintuża l-koeffiċjent ta’ l-ipproċessar applikabbli fiż-żmien li l-prodott jiġi esportat.

    Ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu b’(a) u (b) fuq imsemmija fuq il-bażi ta’ l-istadju tat-tħin u għandhom jiżdiedu minn Ottubru tas-sena kummerċjali l-ġdida b’awment mensili li japplika għas-sena kummerċjali l-ġdida, skond ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 4."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu japplika għal liċenzji maħruġa fl-1 ta’ Settembru 1995 jew wara.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 1995.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 117, 24. 5. 1995, p. 2.

    [2] ĠU L 215, 9. 9. 1995, p. 4.

    --------------------------------------------------

    Top