This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31994L0063
European Parliament and Council Directive 94/63/EC of 20 December 1994 on the control of volatile organic compound (VOC) emissions resulting from the storage of petrol and its distribution from terminals to service stations
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz
ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24–33
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019
Official Journal L 365 , 31/12/1994 P. 0024 - 0033
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0196
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0196
Direttiva tal-parlament ewropew u direttiva tal-kunsill 94/63/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3], Billi programmi suċċessivi ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent [4] enfasizzaw l-importanza li jipprevjienu u jnaqqsu t-tniġġiż ta’ l-arja; Billi l-emissjonijiet ta’ komposti volatili organiċi (VOCs) mill-petrol u solventi fil-Komunità jlaħħqu 10 miljun tunnellati metriċi fis-sena kieka ma jittieħdu ebda miżuri ta’ kontroll; billi l-emissjonijiet VOC jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ ossidanti fotokimiċi bħall-ożone, li f’konċentrazzjonijiet għolja jista’ jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem u jgħarraq il-veġetazzjoni u materjali; billi wħud mill-emissjonijiet VOC mill-petrol huma klassifikati bħala tossiċi, karċinoġeni u teratoġeni; Billi fit-2 ta’ April 1992 il-Komunità ffirmat il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ l-1979 dwar tniġġiż ta’ l-arja fuq firxa fit-tul bejn il-konfini li jikkonċerna l-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOCs) jew il-flussi tagħhom bejn il-konfini, li jipprovdi għal tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet VOC; Billi pass sinjifikanti fi strateġija għal tnaqqis sħiħ ta’ emissjonijiet VOC fil-Komunità kien ittieħed bid-Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet fl-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra it-tniġġiż ta’ l-arja pemezz ta’ emissjonijiet minn vetturi bil-mutur [5] li jimmira għat-tnaqqis ta’ bejn 80 sa 90 %, matul 10 sa 15-il sena, emissjonijiet VOC minn gassijiet mit-tubi ta’ l-ispurgar u emissjonijiet evaporattivi minn vetturi bil-mutur, li jirrappreżentaw ma’ l-40 % ta’ l-emissjonijiet preżenti ta’ VOCs magħmula mill-bniedem fl-atmosfera; billi, fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dik id-Direttiva, il-Kummissjoni ntalbet biex tibgħat proposta għal Direttiva dwar il-miżuri biex jitnaqqas it-telf permezz ta’ evaporazzjoni f’kull stadju fil-proċess tal-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ karburanti tal-vetturi bil-mutur; Billi l-emissjonijiet VOC mis-sistema għall-ħażna u t-tqassim ta’ petrol jirrappreżentaw mal-500000 tunellata metrika fis-sena jew mal-5 % ta’ l-emissjonijiet totali ta’ VOCs magħmula mill-bniedem fil-Komunità; billi dawn l-emissjonijiet, jirrappreżentaw kontribuzzjoni sinifikanti għat-tniġġiż ta’ l-arja speċjalment f’żoni urbani; Billi teknoloġiji disponibbli jisgħu jassiguraw tnaqqis konsiderevoli tat-telf evaporattiv fis-sistema tat-tqassim tal-petrol, mhux l-anqas permezz ta’ l-irkupru tal-gassijiet li joħroġu; Billi, fuq il-bażi ta’ standardizzazzjoni internazzjonali u ta’ sigurezza matul it-tagħbija ta’ bastimenti, għandhom jitħejjew standards fil-livell ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima għall-kontroll tal-gass u sistemi ta’ rkupru li japplikaw kemm għall-istallazzjonijiet tat-tagħbija u l-bastimenti; billi l-Komunità għandha għalhekk tagħmel minn kollox biex tassigura li d-disposizzjonijiet meħtieġa jiġu introdotti fil-Konvenzjoni Marpol matul ir-reviżjoni kurrenti tal-Marpol li għandha titlesta fl-1996; billi fil-każ li l-Konvenzjoni Marpol ma tiġix hekk riveduta, il-Komunità, wara diskussjoni ma’ l-imsieħba prinċipali fil-kummerċ, għandha tipproponi miżuri xierqa li japplikaw għall-bastimenti u stallazzjonijiet tal-portijiet li jagħtu servizz lill-bastimenti; Billi aktar azzjoni għandha tkun meħtieġa biex tnaqqas l-emmissjonijiet ta’ gass matul operazzjonijiet ta’ għoti ta’ karburanti fl-istazzjonijiet tas-servizz, li fil-preżent jammontaw għall xi 200000 tunellata metrika fis-sena, u b’hekk jiġu kontrollati l-emissjonijiet kollha tal-gass matul it-tqassim tal-petrol; Billi, sabiex jiġi evitat tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u sabiex tiġi assigurata l-operazzjoni tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu armonizzati ċerti miżuri li jikkonċernaw it-tqassim tal-petrol fuq il-bażi ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali; Billi madankollu għandu jingħata kont tal-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni; billi huwa għalhekk xieraq li jiġi provdut għall-possibbiltà ta’ derogi u kull tant esklużjonijiet f’ċerti każi; billi ċerti Stati Membri għandhom ukoll jingħataw l-għażla ta’ perjodi itwal biex jaddattaw sabiex jingħata kont ta’ xi miżuri prinċipali ambjentali ta’ xorta differenti li setgħu diġà kienu adottaw f’dan il-qasam jew tal-piż partikolari mpost bil-miżuri f’din id-Direttiva minħabba l-istruttura tar-retikolati tagħhom; Billi azzjoni tal-Komunità għandha tagħti kont tal-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Komunità; billi f’dan ir-rigward l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu li jikkonfermaw jew jimponu miżuri aktar strinġenti li jirrelataw ma’ telf evaporattiv minn stallazzjonijiet fissi mat-territorju kollu tagħhom jew f’żoni ġeografiċi fejn jiġi stabbilit li dawk il-miżuri huma meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta’ l-ambjent minħabba kondizzjonijiet speċjali; Billi d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikoli 3, 4 u 6 ta’ din id-Direttiva japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 [6] li tippreskrivi proċedura għall-provvista ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards tekniċi u regolamenti; Billi huwa meħtieġ li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet armonizzati għat-tagħmir għat-tagħbija mill-qiegħ ta’ tankers tat-triqsabiex tiġi assigurata l-possibbiltà ta’ negozju ħieles fil-petrol u tagħmir ġewwa l-Komunità u biex jiġi assigurat livell għoli ta’ sigurezza; billi disposizzjoni għandha ssir għall-istandardizzazzjoni ta’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet u biex jiġu adattati għall-progres tekniku; Billi għandu jitwaqqaf kumitat biex jgħin lill-Kummissjoni biex jiġu adatti l-Annessi li jinsabu ma’ din id-Direttiva għall-progress tekniku, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni Din id-Direttiva għandha tapplika għall-operazzjonijiet, stallazzjonijiet, vetturi u bastimenti wżati għall-ħażna, tagħbija u trasport ta’ petrol minn terminal għall-ieħor jew minn terminal għall-istazzjoni tas-servizz. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta’ din id-Direttiva: (a) "petrol" tfisser kull derivattiv minn żejt mhux raffinat, bl-adittivi jew mingħajrhom, li jkollu pressjoni ta’ gass reid ta’ 27,6 kilopascals jew aktar, li hu maħsub għall-użu bħala karburant għall-vetturi bil-mutur, minbarra gass likwifikat tal-pitrolju (LPG); (b) "gassijiet"għandha tfisser kull komponent gassus li jevapora mill-petrol; (ċ) "stallazzjoni ta’ ħażna" għandha tfisser kull tank stazzjonarju f’terminal użat għall-ħażna tal-petrol; (d) "terminal" għandha tfisser kull faċilità li tintuża għall-ħażna u t-tagħbija ta’ petrol fuq tankers tat-triq, tankers tal-ferrovija, jew bastimenti, inklużi l-istallazzjonijiet kollha ta’ ħażna fuq is-sit tal-faċilità; (e) "kontenitur mobbli" għandha tfisser kull tank li jinġarr bit-triq, ferrovija jew kanali użat għat-trasferiment ta’ petrol minn terminal għall-ieħor jew minn terminal għal stazzjon tas-servizz; (f) "stazzjon tas-servizz" għandha tfisser kull stallazzjoni fejn jingħata petrol fit-tankijiet tal-karburant ta’ vetturi bil-mutur minn tankijet stazzjonarji ta’ ħażna; (g) stallazzjonijiet "eżistenti" ta’ ħażna tal-petrol, stallazzjonijiet tat-tagħbija, stazzjonijiet tas-servizz u kontenituri mobbli għandha tfisser dawk l-istallazzjonijiet, stazzjonijiet tas-servizzi u kontenituri mobbli li kienu joperaw qabel id-data msemmija fl-Artikolu 10 jew li għalihom liċenza individwali ta’ kostruzzjoni jew liċenza ta’ operazzjoni, fejn meħtieġa taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, kienet ingħatat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 10; (h) "ġodda" b’relazzjoni ma’ stallazzjonijiet tal-ħażna tal-petrol, stallazzjonijiet tat-tagħbija, stazzjonijiet tas-servizz u kontenituri mobbli għandha tfisser dawk l-istallazzjonijiet, stazzjonijiet tas-servizz u kontenituri mobbli li m’humiex koperti bil-paragrafu (g); (i) "ammont ta’ petrol li kien ipproċessat" għandha tfisser l-akbar kwantità totali annwali ta’ petrol mgħobbija minn stallazzjoni ta’ ħażna f’terminal jew minn stazzjon tas-servizz f’kontenitur mobbli matul it-tliet snin li jiġu qabel; (j) "unità ta’ rkupru tal-gass" għandha tfisser tagħmir għall-irkupru ta’ petrol minn gasijiet inklużi kull sistemi ta’ ġibjuni ta’ riserva f’terminal; (k) "bastimen" t għandha tfisser bastiment li jopera f’kanali interni kif definit fil-Kapitolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta’ l-4 ta’ Ottubru 1982 li tippreskrivi l-ħtiġiet tekniċi għall-bastimenti li joperaw f’kanali interni [7]; (l) "valur mira ta’ referenza" għandha tfisser il-linja gwida mogħtija għall-istima sħiħa ta’ adegwatezza tal-miżuri tekniċi fl-Annessi u mhix limitu ta’ valur li kontrih jitkejjel il-komportament ta’ stallazzjonijiet individwali, terminals u stazzjonijiet tas-servizz; (m) "ħażna intermedja ta’ gassijiet" għandha tfisser il-ħażna intermedja ta’ gassijiet f’tank fiss fuq il-bejt f’terminal għat-trasferiment aktar tard lejn u rkupru f’terminal ieħor. It-trasferiment ta’ gassijiet minn stallazzjoni ta’ ħażna għall-oħra f’terminal m’għandux jitqies bħala ħażna intermedja ta’ gassijiet skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva; (n) "stallazzjoni tat-tagħbija" għandha tfisser faċilità f’terminal li fiha l-petrol jista’ jitgħabba f’kontenituri mobbli. Stallazzjonijiet tat-tagħbija għal tankers tat-triq jikkomprendu irfid’ wieħed jew aktar; (o) "irfid" għandha tfisser kull struttura f’terminal li fih jista’ jitgħabba l-petrol għal tanker wieħed tat-triq fi żmien partikolari. Artikolu 3 Stallazzjonijiet tal-ħażna f’terminal 1. L-istallazzjonijiet tal-ħażna għandhom ikunu disinjati u mħaddma skond id-disposizzjonijiet tekniċi ta’ l-Anness I. Dawn id-disposizzjonijiet huma maħsuba li jnaqqsu t-telf totali annwali ta’ petrol li jirriżulta mit-tagħbija u ħażna f’kull stallazzjoni ta’ ħażna f’terminals għal taħt il-valur mira ta’ referenza ta’ 0,01 piż skond il-piż (w/w) % ta’ l-akbar ammont ta’ petrol li kien ipproċessat. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jeħtieġu miżuri aktar strinġenti mat-territorju kollu tagħhom jew f’żoni ġeografiċi fejn jiġi stabbilit li dawk il-miżuri huma meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta’ l-ambjent minħabba kondizzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri tekniċi għat-tnaqqis ta’ telf ta’ petrol barra minn dawk imniżżla fl-Anness I jekk dawk il-miżuri alternattivi juru li jkollhom ta’ l-anqas l-istess effiċjenza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kull miżuri eżistenti jew b’kull miżuri speċifiċi msemmija f’dan il-paragrafu li jkun qed jaħsbu li jieħdu u l-bażi għaliex ikunu ħaduhom. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu: (a) mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stallazzjonijiet ġodda; (b) tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stallazzjonijiet eżistenti jekk l-ammont ta’ petrol li kien ipproċessat mgħobbi f’terminal ikun akbar minn 50000 tunellata metrika/sena; (ċ) sitt snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stallazzjonijiet eżistenti jekk l-ammont ta’ petrol ipproċessat mgħobbi f’terminal ikun akbar minn 25000 tunellata metrika/sena; (d) disa’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għall-stallazzjonijiet l-oħra kollha eżistenti fit-terminals. Artikolu 4 Tagħbija u ħatt ta’ kontenituri mobbli f’terminals 1. It-tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt għandu jkun disinjat u mħaddem skond id-disposizzjonijiet tekniċi ta’ l-Anness II. Dawn id-disposizzjonijiet huma maħsuba li jnaqqsu t-telf totali annwali ta’ petrol li jirriżulta mit-tagħbija u l-ħatt ta’ kontenituri mobbli f’terminals għal taħt il-valur mira ta’ referenza ta’ 0,005 w/w % ta’ l-ammont ta’ petrol li kien ipproċessat. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jeħtieġu miżuri aktar strinġenti mat-territorju kollu tagħhom jew f’żoni ġeografiċi fejn jiġi stabbilit li dawk il-miżuri huma meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta’ l-ambjent minħabba kondizzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri tekniċi għat-tnaqqis ta’ telf ta’ petrol barra minn dawk imniżżla fl-Anness II jekk dawk il-miżuri alternattivi juri li jkollhom ta’ l-anqas l-istess effiċjenza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kull miżuri eżistenti jew b’kull miżuri speċifiċi msemmija f’dan il-paragrafu li jkun qed jaħsbu li jieħdu u l-bażi għaliex ikunu ħaduhom. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-kompatibilità ta’ dawn il-miżuri mad-disposizzjonijiet tat-Trattat u dawk ta’ dan il-paragrafu. It-terminals kollha b’faċilitajiet tat-tagħbija għat-tankers tat-triq għandhom ikunu mgħammra b’ta’ l-anqas irfid wieħed li jħares l-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir ta’ tagħbija mill-qiegħ preskritti fl-Anness IV. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu ri-eżaminati f’intervalli regolari u, fejn xieraq, għandhom ikunu riveduti skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu: (a) mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal terminals ġodda għat-tagħbija fuq tankers tat-triq, tankers tal-ferrovija u/jew bastimenti; (b) tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal terminals eżistenti għat-tagħbija fuq tankers tat-triq, tankers tal-ferrovija u/jew bastimenti jekk l-ammont ta’ petrol li kien ipproċessat ikun akbar minn 150000 tunellata metrika/sena; (ċ) sitt snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal terminals eżistenti għal tagħbija fuq tankers tat-triq u tankers tal-ferrovija jekk l-ammont ta’ petrol li kien ipproċessat ikun akbar minn 25000 tunellata metrika/sena; (d) disa’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għall-istallazzjonijiet l-oħra kollha eżistenti ta’ tagħbija f’terminal għat-tagħbija fuq tankers tat-triq jew tankers tal-ferrovija. 3. Disa’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 10 il-ħtiġiet għal tagħmir ta’ tagħbija mill-qiegħ imniżżla fl-Anness IV għandhom jgħoddu għall-irfid ta’ tagħbija ta’ tankers tat-triq fit-terminals kollha kemm-il darba ma jkunux eżenti taħt it-termini tal-paragrafu 4 4. B’deroga, l-paragrafi 1 u 3 m’għandhomx jgħoddu: (a) għal terminals eżistenti b’ammont ta’ petrol ipproċessat ta’ anqas minn 10000 tunellata metrika/sena u; (b) għal terminals ġodda b’ammont ta’ petrol ipproċessat ta’ anqas minn 5000 tunellata metrika/senalokati fi gżejjer żgħar remoti. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’terminals konċernati b’dik id-deroga permezz ta’ l-arranġamenti ta’ rapportar imsemmija fl-Artikolu 9. 5. Ir-Renju ta’ Spanja jista’ jagħti deroga ta’ sena mil-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 2 (b). Artikolu 5 Kontenituri mobbli 1. Il-kontenituri mobbli għandhom ikunu disinjati u mħaddma skond il-ħtiġiet li ġejjin: (a) kontenituri mobbli għandhom ikunu disinjati u mħaddma biex il-gassijiet residwi jinżammu fil-kontenitur wara li jinħatt il-petrol; (b) il-kontenituri mobbli li jipprovdu petrol lill-istazzjonijiet tas-servizz u t-terminals għandhom ikunu disinjati u mħaddma sabiex jaċċettaw u jżommu gassijiet li jmorru lura mill-istallazzjonijiet tal-ħażna fl-istazzjonijiet tas-servizz jew terminals. Għal tankers tal-ferrovija dan huwa meħtieġ biss jekk jipprovdu petrol lill-istazzjonijiet tas-servizz jew lil terminals fejn tintuża ħażna intermedja ta’ gassijiet; (ċ) ħlief għar-rilaxx permezz ta’ valvoli għall-ħelsien mill-pressa, il-gassijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b) għandhom jinżammu fil-kontenitur mobbli sakemm terġa’ sseħħ it-tagħbija mill-ġdid fit-terminal. Jekk wara l-ħatt tal-petrol il-kontenitur mobbli sussegwentement jintuża għal prodotti minbarra petrol, sal-limitu li l-irkupru tal-gass jew il-ħażna intermedja ta’ gassijiet ma jkunx possibbli, tista’ tiġi permessa ventilazzjoni f’żona ġeografika fejn l-emissjonijiet x’aktarx li ma jikkontribwixxux sinifikatament għal problemi ambjentali jew tas-saħħa; (d) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-tankers tat-triq ikunu regolarment ittestjati li minnhom ma joħroġx gass u li l-valvoli tal-vakwu/pressjoni fuq il-kontenituri mobbli kollha jkunu spezzjonati perjodikament għall-iffunzjonar korrett. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu: (a) mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal tankers ġodda tat-triq, tankers tal-ferrovija u bastimenti; (b) tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal tankers tal-ferrovija eżistenti u bastimenti jekk mgħobbija f’terminals li għalihom jgħodd l-Artikolu 4(1); (ċ) għal tankers tat-triq eżistenti meta ffittjati wara għat-tagħbija mill-qiegħ skond l-ispeċifikazzjonijiet preskritti fl-Anness IV. 3. Permezz ta’ deroga, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, subparagrafi (a), (b) u (ċ) m’għandhomx jgħoddu għal telf ta’ gassijiet li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ kejl bl-użu ta’ stikka ta’ l-invell b’relazzjoni ma’: (a) kontenituri mobbli eżistenti; u (b) kontenituri mobbli ġodda li daħlu fis-servizz matul l-erba’ snin li jiġu wara d-data msemmija fl-Artikolu 10. Artikolu 6 Tagħbija fi stallazzjonijiet ta’ ħażna f’stazzjonijiet tas-servizz 1. L-apparat tat-tagħbija u l-ħażna għandu jkun ddisinjat u mħaddem skond id-disposizzjonijiet tekniċi ta’ l-Anness III. Dawn id-disposizzjonijiet huma maħsuba biex inaqqsu t-telf annwali totali ta’ petrol li jirriżulta mit-tagħbija fi stallazzjonijiet tal-ħażna fi stazzjonijiet tas-servizz taħt il-valur mira ta’ referenza ta’ 0,01 w/w % ta’ l-ammont ta’ petrol ipproċessat. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jeħtieġu miżuri aktar strinġenti mat-territorju kollu tagħhom jew f’żoni ġeografiċi fejn jiġi stabbilit li dawk il-miżuri huma meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa umana jew ta’ l-ambjent minħabba kondizzjonijiet speċifiċi. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri tekniċi għat-tnaqqis tat-telf ta’ petrol minbarra dawn imniżżla fl-Anness III jekk dawk il-miżuri alternattivi juru li jkollhom ta’ l-anqas l-istess effiċjenza. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’kull miżuri eżistenti jew b’kull miżuri speċifiċi msemmija f’dan il-paragrafu li jkun qed jaħsbu li jieħdu u l-bażi għaliex ikunu ħaduhom. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu: (a) mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stazzjonijiet ġodda tas-servizz; (b) tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10: - għal stazzjonijiet tas-servizz b’ammont ipproċessat ta’ petrol akbar minn 000 m3/sena, - għal stazzjonijiet tas-servizz eżistenti, ikun x’ikun l-ammont ta’ petrol ipproċessat, li huma lokati taħt kwatieri permanenti ta’ abitazzjoni jew żoni tax-xogħol; (ċ) sitt snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għal stazzjonijiet tas-servizz eżistenti b’ammont ta’ petrol ipproċessat akbar minn 500 m3/sena; (d) disa’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 għall-istazzjonijiet l-oħra kollha tas-servizzi. 3. B’deroga, l-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jgħoddu għal stazzjonijiet tas-servizz b’ammont ta’ petrol ipproċessat ta’ anqas minn 100 m 3/sena. 4. Għal stazzjonijiet tas-servizz b’ammont annwali ta’ petrol ipproċessat ta’ anqas minn 500 m3/sena, l-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga mill-ħtiġiet tal-paragrafu 1 fejn l-istazzjon tas-servizz huwa lokat f’żona ġeografika jew f’sit fejn l-emissjonijiet tal-gass x’aktarx li ma jikkontribwixxux b’mod sinifikanti għal problemi ta’ l-ambjent jew tas-saħħa. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-dettalji taż-żoni li fihom ikollhom il-ħsieb li jagħtu dik id-deroga fil-qafas ta’ l-arranġamenti tar-rapportar imsemmija fl-Artikolu 9 u sussegwentement b’kull bidliet f’dawk iż-żoni. 5. Ir-Renju ta’ l-Olanda jista’ jagħti deroga mil-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 2, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin: - il-miżuri meħtieġa minn dan l-Artikolu huma implimentati bħala parti minn programm aktar wiesa’, eżistenti nazzjonali għal stazzjonijiet tas-servizz li simultanjament jindirizza diversi problemi ambjentali, bħat-tniġġiż ta’ l-ilma, tniġġiż ta’ l-arja, tniġġiż ta’ l-art u tniġġiż ta’ l-iskart u li l-implimentazzjoni tiegħu għandha skeda ssikkata, - il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi varjat biss b’massimu ta’ sentejn, bil-programmi kollha jkunu kompluti fil-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 2 (d), - il-Kummissjoni għandha tiġi notifikata bid-deċiżjoni ta’ diverġenza mill-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 2, inkluż tagħrif sħiħ dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-limitu ta’ l-iskadenza tad-deroga. 6. Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża jistgħu jagħtu deroga ta’ sena mil-limitu ta’ żmien imniżżel fil-paragrafu 2 (b). Artikolu 7 Emendi għall-Annessi Ħlief għal-limiti tal-valuri msemmija fl-Anness II, punt 2, l-emendi meħtieġa għall-addattament ta’ l-Annessi li jinsabu ma’ din id-Direttiva għall-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 8. Artikolu 8 Il-kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat kompost minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jwassal l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta’ żmien li l-president jista jippreskrivi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod imniżżel f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux jivvota. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta li tirrelata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. 4. Jekk wara li jiskadu tliet xhur mid-data ta’ referenza lilu l-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Artikolu 9 Monitoraġġ u rapportar Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi li jirrelataw ma’ l-ambjent [8]. Il-Kummissjoni hija mistiedna li takkumpanja l-ewwel rapporti tagħha fejn xieraq bi proposti għal emendi ta’ din id-Direttiva, inkluż b’mod partikolari l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni biex jinkludi kontroll tal-gass u sistemi ta’ rkupru għat-tagħbija ta’ stallazzjonijiet u bastimenti. Artikolu 10 Transposizzjoni fil-leġislazzjoni nazzjonali 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1995. Għandhom minnufih jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Meta dawn il-miżuri jiġu adottati mill-Istati Membri, huma għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir dik ir-referenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva. Artikolu 11 Disposizzjonijiet finali Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fl-20 ta’ Diċembru 1994. Għall-Parlament Ewropew Il-President K. Hänsch Għall-Kunsill Il-President K. Kinkel [1] ĠU C 227, tat-3.9.1992, pġ. 3 u ĠU C 270, tas-6.10.1993, pġ. 12. [2] ĠU C 73, tal-15.3.1993, pġ. 6. [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-24 ta’ Ġunju 1994 (ĠU C 194, tad-19.7.1993, pġ. 325), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 1993 (Ghada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 91, tat-28.3.1994, pġ. 82.) Ikkonfermata fit-2 ta’ Diċembru 1992 (ĠU C 342, tat-20.12.1993, pġ. 15.) Test Konġunt tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni tat-8 ta’ Novembru 1994. [4] ĠU C 112, ta’ l-20.12.1973, pġ. 1, ĠU C 139, tat-13.6.1977, pġ. 1, ĠU C 46, tas-17.2.1983, pġ. 1, ĠU C 328, tas-7.12.1987, pġ. 1. [5] ĠU C 242, tat -30.8.1991, pġ. 1 [6] ĠU L 109, tas -26.4.1983, pġ. 8 Direttiva kif l-ahhar emendata bid- Decizjoni tal-Kummissjoni 92/400/KEE (ĠU L 221, tas-6.8.1992, pġ.55) [7] ĠU L 301, tas-28.10.1982, pġ. 1. [8] ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48. -------------------------------------------------- ANNESS I ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAL-ĦAŻNA F’TERMINALS 1. Il-ħajt ta’ barra u s-saqaf tat-tankijiet ’il fuq mill-art għandhom jinżebgħu f’kulur b’riflettanza ta’ radjazzjoni tas-sħana ta’ 70 % jew aktar. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jiġu programmati sabiex jitwettqu bħala parti miċ-ċikli normali ta’ manutenzjoni tat-tankijiet f’perjodu ta’ tliet snin. L-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga minn din id-disposizzjonijiet fejn meħtieġa għall-protezzjoni ta’ żoni speċjali ta’ pajsaġġ li jkunu ġew magħżula mill-awtorità nazzjonali. Din id-disposizzjonijiet m’għandhiex tapplika għal tankijiet konnessi ma’ unità ta’ rkupru tal-gass li tikkonforma mal-ħtiġiet imniżżla fl-Anness II, punt 2. 2. Tankijiet b’soqfa esterni li jisporgu ’l barra għandhom ikunu mgħammra b’siġill primarju biex ikopri l-iżpazju annulari bejn il-ħajt tat-tank u l-periferija ta’ barra tas-saqaf li jisporġi ’l barra u b’siġill sekondarju mqabbad fuq is-siġill primarju. Is-siġilli għandhom ikunu hekk disinjati li jiksbu konteniment sħiħ ta’ gassijiet ta’ 95 % jew aktar meta mqabbla ma’ tank komparabbli bis-saqaf fiss mingħajr kontrolli ta’ konteniment tal-gass (jiġifieri tank bis-saqaf fiss biss b’vakwu/valvola ta’ ħelsien mill-pressjoni). 3. L-istallazzjonijiet ġodda kollha ta’ ħażna f’terminals, fejn l-irkupru tal-gass huwa meħtieġ skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva (Ara l-Anness II) għandhom ikunu jew: (a) tankijiet bis-saqaf fiss imqabbda ma’ unità ta’ rkupru tal-gass konformi mal-ħtiġiet ta’ l-Anness II; (b) jew (b) disinjati b’saqaf li jisporġi, jew estern jew intern, mgħammar b’siġilli primarji u sekondarji biex jilħqu l-ħtiġiet ta’ twettieq imniżżla fil-punt 2. 4. Tankijiet eżistenti bis-saqaf fiss għandhom jew: (a) ikunu konnessi ma’ unità ta’ l-irkupru tal-gass li tikkonforma mal-ħtiġiet ta’ l-Anness II; (b) jew (b) ikollhom saqaf intern li jisporġi b’siġill primarju li għandu jkun hekk disinjat li jikseb konteniment sħiħ ta’ gassijiet sa 90 % jew aktar b’relazzjoni ma’ tank komparabbli b’saqaf fiss mingħajr ebda kontrolli ta’ gass. 5. Il-ħtiġiet għal kontrolli ta’ konteniment ta’ gass imsemmija taħt il-punti 3 u 4 ma jgħoddux għal tankijiet bis-soqfa fissi f’terminals, fejn ħażna intermedja ta’ gassijiet hija permessa akons l-Anness II, punt 1. -------------------------------------------------- ANNESS II ĦTIĠIET GĦAL STALLAZZJONIJIET TAT-TAGĦBIJA U L-ĦATT F’TERMINALS 1. Gassijiet spostati minn kontenitur mobbli li jkun qiegħed jitgħabba għandhom jitreġġu lura permezz ta’ linja ta’ konnessjoni li ma joħroġx gass minnha għal unità ta’ rkupru ta’ gass għar-riġenerazzjoni fit-terminal. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tgħodd għal tankijiet li jimtlew minn fuq sakemm dik is-sistema ta’ tagħbija tkun permessa. F’terminals li jgħabbu petrol għal fuq bastimenti, unità ta’ l-inċinerazzjoni tal-gass tista’ tiġi sostituta għal unità ta’ rkupru tal-gass jekk l-irkupru tal-gass ikun perikoluż jew teknikament impossibbli minħabba l-volum ta’ gass ritornat. Il-ħtiġiet li jikkonċernaw emissjonijiet atmosferiċi mill-unità ta’ l-irkupru tal-gass għandhom ukoll japplikaw għall-unità ta’ l-inċinerazzjoni tal-gass. F’terminals b’ammont ta’ petrol ipproċ1essat ta’ anqas minn 25000 tunnellati metriċi/sena, il-ħażna intermedja ta’ gassijiet tista’ tiġi sostituta għal irkupru immedjat ta’ gass fit-terminal. 2. Il-konċentrazzjoni medja ta’ gassijiet fl-ispurgar mill-unità ta’ l-irkupru tal-gass korretta għad-diluzzjoni matul it-trattament - m’għandhiex teċċedi l-35 g/metru kubu normali (Nm3) għal xi siegħa partikolari. Għal unitajiet ta’ rkupru tal-gass, installati qabel l-1 ta’ Jannar 1993, ir-Renju Unit jista’ jagħti deroga mill-limitu tal-valur ta’ 35 g/Nm3 għal-liema siegħa tkun li tkun, preskritta f’dan l-Anness, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin: - l-istallazzjoni għandha tħares limitu ta’ valur ta’ 50 g/Nm3 għal siegħa tkun liema tkun imkejla skond l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla f’dan l-Anness, - id-deroga għandha tintemm l-aktar tard disa’ snin mid-data msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva, - il-Kummissjoni għandha tkun notifikata bl-istallazzjonijiet individwali effettwati b’din id-deroga inkluża informazzjoni dwar l-ammont ta’ petrol proċessat tagħhom li jkun ipproċessat u l-emissjonijiet ta’ gass mill-istallazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kejl u l-metodi ta’ analiżi u l-frekwenza tagħhom ikunu stabbiliti. Il-kejl għandu jsir matul il-kors ta’ jum sħiħ tax-xogħol (minimu ta’ seba’ siegħat) ta’ l-ammont normali ta’ petrol ipproċessat. Il-kejl jista’ jkun kontinwu jew mhux kontinwu. Jekk jintuża kejl mhux kontinwu, għandu jsir ta’ l-anqas erbat ikjil fis-siegħa. L-iżball kollox ma’ kollox tal-kejl minħabba t-tagħmir użat, il-gass tal-kalibrazzjoni u l-proċedura użata m’għandhomx jeċċedu 10 % tal-valur imkejjel. It-tagħmir użat għandu jkun kapaċi li jkejjel konċentrazzjonijiet ta’ l-anqas baxxi daqs 3 g/Nm3. Il-preċiżjoni għandha tkun ta’l-anqas 95 % tal-valur imkejjel. 3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-linji ta’ konnessjoni jiġi verifikati regolarment jekk inixxux. 4. L-awtoritajiet kompetenti ta l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-operazzjonijiet tat-tagħbija jingħalqu fl-irfid fil-każ ta’ tnixxija ta’ gass. Tagħmir għal dawk l-operazzjonijiet ta’ egħluq għandu jkun installat fl-irfid. 5. Fejn ikun permess il-mili ta’ kontenituri mobbli minn fuq, il-ħruġ ta’ l-estensjoni tat-tagħbija għandu jinżamm viċin il-qiegħ tal-kontenitur mobbli, sabiex jiġi evitat tixrid waqt it-tagħbija. -------------------------------------------------- ANNESS III ĦTIGIET GĦALL-ISTALLAZZJONIJIET TAT-TAGĦBIJA U L-ĦAŻNA FI STAZZJONIJIET TAS-SERVIZZ U TERMINALS FEJN TITWETTAQ IL-ĦAŻNA INTERMEDJA TAL-GASS Gassijiet spustjati bit-twassil ta’ petrol fi stallazzjonijiet ta’ ħażna fi stazzjonijiet tas-servizz u f’tankijiet fissi fuq il-bejt użati għall-ħażna intermedja tal-gassijiet għandhom jidħlu lura permezz ta’ linja ta’ konnessjoni li minnha ma jnixxix il-gass għall-kontenitur mobbli li jwassal il-petrol. Operazzjonijiet tat-tagħbija m’għandhomx iseħħu sakemm l-arranġamenti ma jkunux f’posthom u jiffunzjonaw kif imiss. -------------------------------------------------- ANNESS IV SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAT-TAGĦBIJA MILL-QIEGĦ, ĠBIR TA' GASS U PROTEZZJONI KONTRA MILI ŻŻEJJED TA' TANKERS EWROPEW TAT-TRIQ 1. Igganċar 1.1. Il-ganċ likwidu ta' l-estensjoni tat-tagħbija għandu jkun ġanċ femminili li għandu jaqbel ma' adapter Api ta' 4 pulzieri (101,6 mm) lokat fuq il-vettura kif definit bi: - s-Seba' edizzjoni API tal-Prattika Rakkomandata 1004, Novembru 1988. It-tagħbija mill-qiegħ u l-irkupru tal-gass għall-vetturi bil-mutur bit-tank MC-306 (Taqsima 2.1.1.1 – Tip ta' adapter użat għat-tagħbija mill-qiegħ) 1.2. Il-ganċ li jiġbor il-gass tal-pajp li jiġbor il-gass ta' l-irfid tat-tagħbija għandu jkun cam-and-groove femminili li għandu jaqbel ma' cam-and-groove maskili ta' 4 pulzieri (101,6 mm) lokat fuq il-vettura kif definit: - Seba' Edizzjoni API tal-Prattika Rakkomandata 1004 Novembru 1988. Tagħbija mill-qiegħ u l-irkupru tal-gass għall-vetturi bil-mutur bit-tank MC-306 (Taqsima 4.1.1.2 – Adapter ta' l-irkupru tal-gass) 2. Kondizzjonijiet tat-tagħbija 2.1. Ir-rata normal ta' tagħbija likwida għandha tkun ta' 2300 litru kull minuta (massimu 2500 litru kull minuta) għal kull estensjoni ta' tagħbija. 2.2. Meta t-terminal ikun qed jopera fl-ogħla domanda, is-sistema tal-ġbir tal-gass ta' l-irfid tat-tagħbija, inkluża l-unità ta' l-irkupru tal-gass, hija konċessa li tiġġenera kontro-pressjoni massima ta' 55 millibar fuq il-ġenb tal-vettura ta' l-adapter tal-ġbir tal-gass. 2.3. Il-vetturi kollha approvati li jitgħabbew mill-qiegħ għandhom iġorru pjanċa ta' identifikazzjoni li tispeċifika n-numru massimu permess ta' estensjonijiet tat-tagħbija li jistgħu joperaw simultanjament waqt li jiġi assigurat li ebda gass ma jiġi rilaxxat permezz tal-valvoli tal-kompartiment P u V, meta l-pressjoni massima pjantata lura tkun 55 millibar kif speċifikat fit-2.2. 3. Konnessjoni tal-kxif ta' l-ert/mili żejjed tal-vettura L-irfid tat-tagħbija għandu jkun mgħammar b'unità li tikkontrolla l-kxif ta' mili żejjed li, meta mqabbda mal-vettura, għandha tipprovdi sinjal li ma jfallix ta' permess li jippermetti t-tagħbija, sakemm ebda sensizzaturi ta' mili żejjed ta' kompartiment ma jikxfu livell għoli. 3.1. Il-vettura għandha tkun konnessa ma' unità ta' kontroll fuq l-irfid permezz ta' konnettur standard elettriku ta' l-industrija b'10 pinnijiet. Il-konnettur maskili għandu jkun immuntat fuq il-vettura u l-konnettur femminili għandu jkun imqabbad ma' flying lead konnessa ma' l-unità ta' kontroll immuntata fuq l-irfid. 3.2.1. Id-ditekters ta' livell għoli fuq il-vettura għandhom ikunu jew sensitizzaturi thermistor b'żewġ wajers, sensitizzaturi ottiċi b'żewġ wajers, sensitizzaturi ottiċi b'5 wajers jew ekwivalent kompatibbli, sakemm is-sistema tkun ma tistax tfalli. (NB: thermistors għandhom ikollhom koeffiċjent ta' temperatura negattiva) 3.3. L-unità ta' kontroll ta' l-irfid għandha tkun addattata kemm għal sistemi ta' vetturi b'2 wajers u 5 wajers. 3.4. Il-vettura għandha tkun imqabbda ma' l-irfid permezz ta' wajer komuni ta' ritorn tas-sensitizzaturi tal-mili żejjed, li għandhom ikunu konnessi ma' konnettur maskili b'10 pinnijiet imqabbad max-xażi tal-vattura. Il-konnettur femminili b'10 pinnijiet għandu jkun konness ma' l-egħluq ta' l-unità ta' kontroll li għandu jkun konness ma' l-ert ta' l-irfid. 3.5. Il-vetturi kollha approvati ta' tagħbija mill-qiegħ għandhom iġorru pjanċa ta' identifikazzjoni (Ara 2.3) li tispeċifika t-tip ta' sensiżżaturi stallati li jikxfu l-mili żejjed (jiġifieri b'2 wajers jew 5 wajers). 4. Lokazzjoni tal-konnessjonijiet 4.1. Id-disinn tal-faċilitajiet tal-ġbir tal-likwidu u tal-ġbir tal-gass fuq l-irfid tat-tagħbija għandu jkun ibbażat fuq l-invilops tal-konnessjoni tal-vettura li ġej. 4.1.1. L-għoli tal-linja taċ-ċentru ta' l-adapters likwidi għandu jkun: massimu 1,4 metri (mhux mgħobbija); minimu 0,5 metru (mgħobbija), bl-għoli preferit ikun 0,7 sa 1,0 metru). 4.1.2. L-ispażju orizzontali ta'l-adapters għandu jkun mhux anqas minn 0,25 metru (l-ispazju minimu preferit huwa is 0,3 metru). 4.1.3. L-adapters likwidi kollha għandhom ikunu lokati f'envilops li ma jeċċedix iż-2.5 metri fit-tul. 4.1.4. L-adapter li jiġbor il-gass għandu jkun preferibbilment lokat fuq il-lemin ta' l-adapters tal-likwidu u f'għoli li ma jeċċedix 1,5 metri (mhux mgħobbi) u mhux anqas minn 0,5 metru (mgħobbi). 4.2. Il-konnettur ta' l-ert/mili żejjed għandu jkun lokat fuq il-lemin ta' l-adapters li jiġbru l-gass u f'għoli li ma jeċċedix il-1,5 metri (mhux mgħobbli) u mhux anqas minn 0,5 metri (mgħobbi). 4.3. Il-konnessjonijiet ta' hawn fuq għandhom ikunu lokati f'ġenb wieħed biss tal-vettura. 5. Partijiet li jillokkjaw ta' sigurezza 5.1. Kxif ta' ert/mili żejjed. It-tagħbija m'għandhiex tkun permessa sakemm ma jiġix provdut sinjal permissiv minn unità ta' kontroll ta' ert/mili żejjed. Fil-każ ta' kondizzjoni ta' mili żejjed jew it-telf ta' l-ert tal-vettura, l-unità tal-kontroll ta' fuq l-irfid għandha tagħlaq il-valvola ta' kontroll ta' l-irfid tat-tagħbija. 5.2. Kxif ta’ ġbir ta’ gass It-tagħbija m’għandhiex tkun permessa sakemm il-pajp tal-ġbir tal-gass ma jkunx ġie konness mal-vettura u jkun hemm passaġġ ħieles għall-gassijiet spostjati li joħorġu mill-vettura fis-sistema ta’ impjant tal-ġbir tal-gass. --------------------------------------------------