Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0262

    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman

    ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2021; Imħassar b' 32021R1163

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/262/oj

    31994D0262



    Official Journal L 113 , 04/05/1994 P. 0015 - 0018
    Finnish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0133
    Swedish special edition: Chapter 1 Volume 3 P. 0133


    Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew

    tad-9 ta' Marzu 1994

    rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman

    (94/262/KEFA, KE, Euratom)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 138e(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 20d(4) tat-Trattati li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Kunsill,

    Billi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman għandhom ikunu stabbiliti, in konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej;

    Billi l-kundizzjonijiet fejn l-ilment jista' jkun riferit lill-Ombudsman għandhom ikunu stabbiliti u kif ukoll ir-relazzjoni bejn it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman u l-proċeduri legali u amministrattivi;

    Billi l-Ombudsman, li jista' wkoll jaġixxi fuq mozzjoni proprja tiegħu jew tagħha, għandu jkollu adeżjoni għall-elementi neċessarji għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet huma obbligati: li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni li jitlob mingħandhom, kemm-il darba ikun hemm sitwazzjoni raġonevoli ta' segretezza, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Ombudsman li ma jiżvelax l-informazzjoni; billi l-awtoritajiet ta' l-"Istati Membri" huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bl-informazzjoni kollha neċessarja sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bil-liġijiet jew regolamenti rigward is-segretezza jew dispożizzjonijiet li jipprevjenu l-komunikazzjoni tagħha; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentazzjoni xierqa;

    Billi huwa necessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri li jridu jiġu segwiti la darba l-Ombudsman jiżvela każijiet ta' amministrazzjoni ħażina; billi dispożizzjonijiet għandhom ukoll jiġu magħmula għas-sottomissjoni ta' rapport komprensiv mingħand l-Ombudsman lill-Parlament Ewropew fi tmiem kull sessjoni ta' kull sena;

    Billi l-Ombudsman u l-istaff tiegħu huma obbligati li jittrattaw kull każ li jirċievu waqt il-qadi ta' dmirijiethom b'mod kunfidenzjali; Billi l-Ombudsman huwa, madankollu, obbligat li jinforma l-awtoritajiet kompetenti dwar il-fatti li skond hu jirrelataw mal-liġi kriminali u li waslu għall-attenzjoni tiegħu waqt l-investigazzjonijiet tiegħu;

    Billi dispożizzjoni għandha tiġi magħmula għall-possibilità ta' koperazzjoni bejn l-Ombudsman u awtoritajiet ta' l-istess ġeneru f'ċerti Stati Membri, in konformi mal-liġi domestika applikabbli;

    Billi huwa għall-Parlament Ewropew li jaħtar l-Ombudsman fil-bidu tal-mandat tiegħu u għad-durata tiegħu, jintgħażel minn fost ċittadini ta' Stati Membri u joffri kull garanzjia rikjesta ta' independenza u kompetenza;

    Billi kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti għat-terminazzjoni tad-doveri ta' l-Ombudsman;

    Billi l-Ombudsman għandu jaqdi d-doveri tiegħu b'indipendenza kompleta u jagħti impriża solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li jagħmel hekk fil-qadi ta' dmirijietu; Billi l-attivitajiet meqjusa bħala inkompatibbli mad-doveri ta' l-Ombudsman għandhom ikunu stabbiliti u kif ukoll ir-rikompens, privileġġi u immunitajiet ta' l-Ombudsman;

    Billi dispożizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti rigward l-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat ta' l-Ombudsman li se jassistuh u kif ukoll l-estimi tiegħu; Billi s-sede ta' l-Ombudsman għandu jkun dak tal-Parlament Ewropew;

    Billi huwa għall-Ombudsman biex jaddotta d-dispożizzjonijiet li se jimplimenta għal din id-Deċiżjoni; Billi ukoll ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom ikunu stabbiliti għall-ewwel Ombudsman li jiġi maħtur wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman se jkunu stabbiliti bid-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 138e (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 20d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 107d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

    2. L-Ombudsman għandu jaqdi d-doveri tiegħu bi qbil mal-poteri mogħtija lilu mill-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet mit-trattati.

    3. L-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kazijiet quddiem il-qorti jew iressaq dubju dwar il-motivazzjoni ta' sentenza tal-qorti.

    Artikolu 2

    1. Fi ħdan it-Trattati msemmija u l-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk, l-Ombudsman għandu joffri għajnuna biex tiġi żvelata amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjoniet Komunitarji u korporazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza fi rwol ġudizzjarju, u jagħmel rakkomandazzjonijiet bl-iskop li jinżamm l-imsemmi. L-ebda azzjoni jew awtorità jew persuna ma tista' tkun soġġetta għal ilment lill-Ombudsman.

    2. Kull ċittadin ta' l-Unjoni jew persuna legali jew naturali li tirrisjedi jew għandha uffiċċju reġistrat ġo Stati Membri ta' l-Unjoni tista', direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, tirreferi ilment lill-Ombudsman rigward amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' istituzzjoniet Komunitarji, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti ta' Prim' Istanza fi rwol ġudizzjali. L-Ombudsman għandu jinforma lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata malli l-ilment jasal għandu.

    3. L-ilment għandu jippermetti li l-persuna li rreġistrat l-ilment u l-oġġett ta' l-ilment jiġu identifikati; il-persuna li tirreġistra l-ilment tista' titlob li l-ilment jibqa' kunfidenzali.

    4. L-ilment għandu jiġi rraportat fi żmien sentejn mid-data ta' meta l-fatti fuq liema l-ilment huwa bbażat laħqu l-attenzjoni tal-persuna li qed tagħmel l-ilment u għandu jkun preċedut b'approċċ amministrattiv approprjat lill-istituzzjonijiet u korporazzjoniet konċernati.

    5. L-Ombudsman jista' jirrakkomanda lill-persuna li qed tirreġistra l-ilment biex tindirizzah lil awtorità oħra.

    6. L-ilmenti sottomessi lill-Ombudsman ma jaffettwawx il-limitu ta' żmien għall-appell fi proċeduri amministrattivi jew proċedurali.

    7. Meta l-Ombudsman, minħabba proċeduri ġudizzjarji li għadhom għaddejin jew konkulżi li jikkonċernaw il-fatti li ġew imressqa, għandu jiddikjara l-ilment inammissibbli jew itemm il-konsiderazzjoni tiegħu, ir-riżultat ta' kwalunkwe inkjesta li għamel sa dak il-punt tkun irreġistrata mingħajr iktar azzjoni.

    8. L-ebda ilment ma jista' jsir lill-Ombudsman li jikkonċerna relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet u l-uffiċjali tagħhom u impjegati oħra sakemm il-possibilitajiet kollha għas-sottomissjoni ta' rikjesti amministrattivi interni u ilmenti, partikolarment il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolamenti tal-Persunal, ġew eżawriti mill-persuna ikkonċernata u l-limitu ta' żmien għar-risposti mill-awtorità petizzjonata skadew.

    9. L-Ombudsman għandu jinforma mill-aktar fis possibbli lill-persuna li rreġistrat l-ilment dwar l-azzjoni li ħa.

    Artikolu 3

    1. L-Ombudsman għandu, fuq mozzjoni proprja jew li ġejja minn ilment, jikkonduċi kull inkjesta li tidhirlu ġustifikabbli biex jikkjarifka kull suspett ta' amminstrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet. Hu għandu jinforma l-istituzzjoni jew korporazzjoni konċernata dwar l-azzjoni, li tista' tissottometti kull kumment meqjus utli lilu.

    2. L-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Ombudsman u jtuh aċċess għall-fajls konċernati. Huma jistgħu biss jirrifjutaw a bażi ta' raġunijiet sostanzjali ta' segretezza.

    Għandu jkun hemm biss aċċess għal dokumenti li oriġinaw fi Stati Membri u klassifikati bħala sigrieti mill-liġi jew regolament biss billi l-istat Membru ikun ta l-kunsens tiegħu minn qabel.

    Għandu jkun hemm aċċess għal dokumenti oħra li oriġinaw fl-istati Membri wara li jinfurmaw lill-Istati Membri konċernati. Fiż-żewġ każijiet, bi qbil ma l-Artikolu 4, l-Ombudsman ma jistax jiżvela l-kontenut ta' dawn id-dokumenti.

    Uffiċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet għandhom jixhdu fuq talba ta' l-Ombudsman; għandom jitkellmu f'isem u bi qbil ma' l-istruzzjonijiet ta' l-amministrazzjoni tagħhom u jibqgħu jkunu taħt id-dover tagħhom ta' segretezza professjonali.

    3. L-awtoritajiet ta' l-"Istati Membri" huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman, kull meta jitlob, permezz tar-Ripreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri lill-Komunitajiet Ewropej, b'kull informazzjoni li tista' tkun ta' għajnuna biex jiġu kkjarifikati l-istanzi ta' amministrazzjoni ħażina mill-Istituzzjoniet Komunitarji u korporazzjonijiet sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta minn liġijiet u regolamenti fuq is-segretezza jew b' dispożizzjonijiet li ma jħallux li tiġi kkomunikata. Madankollu, fl-ewwel każ, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jħallu lill-Ombudsman jieħu l-informazzjoni sakemm jassigura li ma jiżvelahiex.

    4. Jekk l-assistenza li qed jirrikjedi mhux qed tiġi sodisfatta, l-Ombudsman għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentazzjonijiet xierqa.

    5. Sakemm jista' jkun, l-Ombudsman għandu jfittex soluzzjoni ma' l-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata biex tiġi eliminata l-istanza ta' amminstrazzjoni ħażina u jissodisfa l-ilment.

    6. Jekk l-Ombudsman isib li kien hemm amministrazzjoni ħażina, hu għandu jinforma lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata, u meta approprjat jagħmel abbozz ta' rakkomandazzjonijiet. L-istituzzjoni jew korporazzjoni informata għandha tibgħat lill-Ombudsman l-opinjoni ddettaljata tagħha fi żmien tlett xhur.

    7. L-Ombudsman imbagħad għandu jibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata. Jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rapport tiegħu. Il-persuna li rreġistrat l-ilment għandha tiġi informata mill-Ombudsman dwar ir-riżultati ta' l-inkjesti, dwar l-opinjoni ta' l-istituzzjoni jew korporazzjoni kkonċernata u dwar kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-Ombudsman.

    8. Fl-aħħar ta' kull sessjoni annwali l-Ombudsman għandu jagħti lill-Parlament Ewropew rapport fuq ir-riżultati ta' l-inkjesti.

    Artikolu 4

    1. L-Ombudsman u l-impjegati tiegħu, għal liema l-Artikolu 214 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 47(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom japplikaw, huma rikjesti li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Għandhom jkunu wkoll rikjesti li jittrattaw b'kunfidenzalità kull informazzjoni li tista' tippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2.

    2. Jekk, waqt l-inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu jirrleataw mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu immedjatament javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej u, kif xieraq, lill-istituzzjoni Komunitarja li għandha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista' tapplika it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. L-Ombudsman jista' wkoll jinforma lill-istituzzjoni Komunitarja jew korporazzjoni kkonċernata bil-fatti li jirrigwardaw il-kondotta ta' membru mill-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.

    Artikolu 5

    Sakemm tista' tgħin biex tagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu issalvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista' jikkopera ma' l-awtoritajiet ta' l-istess tip f'ċerti Stati Membri sakemm ikun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti liema ma kienx ikollu aċċess għalihom mill-Artikolu 3.

    Artikolu 6

    1. L-Ombudsman ikun maħtur mill-Parlament Ewropew wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew għad-durata ta' terminu parlamentari. Hu eliġibbli li jkun re-elett.

    2. L-Ombudsman għandu jkun magħzul minn fost persuni li huma ċittadini ta' l-Unjoni, li għandhom id-drittijiet ċivili u politiċi kollha, joffru kull garanzija ta' indipendenza, jissodisfaw kundizzjonijiet rikjesti biex jeżerċitaw l-ogħla uffiċċju ġudizzjarju tal-pajjiż tiegħu jew għandu l-kompetenzi rikonoxxuti u l-esperjenza biex jimpriża l-obbligi ta' l-Ombudsman.

    Artikolu 7

    1. L-Ombudsman għandu jieqaf jeżerċita l-obbligi tiegħu jew fl-aħħar taż-żmien ta' kariga jew mar-rizenja tiegħu jew mad-dimissjoni tiegħu.

    2. Sakemm ma jkunx dimess, l-Ombudsman jibqa' jżomm l-uffiċċju sakemm is-suċċessur tiegħu jkun maħtur.

    3. F'każ ta' terminazzjoni qabel il-waqt, is-suċċessur ikun maħtur fi żmien tlett xhur minn meta l-uffiċċju isir vakanti għall-bqija tat-terminu parlamentari.

    Artikolu 8

    Ombudsman li ma jibqax jaderixxi mal-kundizzjonijiet rikjesti għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu jew hu ħati ta' kondotta ħażina jista' jkun dimess mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq talba tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu 9

    1. L-Ombudsman għandu jaqdi l-obbligi tiegħu b'indipendenza kompleta, fl-interess ġenerali tal-Komunitajiet u taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Fit-twettiq ta' l-obbligi tiegħu m'għandux ifittex u lanqas jaċċetta istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew korporazzjoni oħra. Għandu jirtira milli jagħmel kull att li huwa inkompatibbli man-natura ta' l-obbligi tiegħu.

    2. Meta jieħu l-post, l-Ombudsman għandu jieħu impriża solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej li se jippresta l-obbligi tiegħu b'indipendenza kompleta u imparzjalità u li matul u wara ż-żmien ta' kariga hu se jirrispetta l-obbligi li joħorġu minnha, partikolarment l-obbligu li jaġixxi b'integrita' u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni, wara li iddeċeda l-uffiċċju, minn ċertu ħatriet u benefiċċji.

    Artikolu 10

    1. Waqt iż-żmien ta' kariga, l-Ombudsman ma jistax jiġi mqabbad biex jaħdem f'ebda dover amministrattiv jew politiku, jew kwalunkwe xogħol ieħor, kemm jekk bil-qliegħ jew bla qliegħ.

    2. L-Ombudsman ikollu l-istess grad rigward il-kumpens, allowances u pensjoni daqs imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

    3. L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikoli 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għall-Ombudsman u l-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat tiegħu.

    Artikolu 11

    1. L-Ombudsman ikun assistit minn segretarjat, li l-uffiċjal prinċipali tiegħu jinħatar minnu.

    2. L-uffiċjali u l-impjegati tas-segretarjat ta' l-Ombudsman huma soġġetti għar-regoli u r-regolamenti applikabbli għal uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropei. In-numru tagħhom ikun adottat kull sena bħala parti mill-proċedura tal-budget [1].

    3. Impjegati tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Istati Membri magħżula għas-segretarjat ta' l-Ombudsman għandhom ikunu issekondati fl-interess tas-servizz u b're-ingaġġ awtomatiku garantit fl-istituzzjoni ta' l-oriġini tagħhom.

    4. F'materji li jikkonċernaw l-impjegati, l-Ombudsman għandu l-istess status ta' istituzzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 12

    Il-budget ta' l-Ombudsman ikun anness mat-Taqsima I (Parlament) tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 13

    Is-sede ta' l-Ombudsman ikun dak tal-Parlament Ewropew [2].

    Artikolu 14

    L-Ombudsman għandu jaddotta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għal din id-deċiżjoni.

    Artikolu 15

    L-ewwel Ombudsman li se jkun maħtur wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea se jkun maħtur għall-bqija tat-terminu parlamentari.

    Artikolu 16

    Il-Parlament Ewropew għandu jagħmel dispożizzjonijiet fil-budget għall-impjegati u l-faċilitajiet materjali rikjesti mill-ewwel Ombudsman għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu malli jkun maħtur.

    Artikolu 17

    Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din tidħol fis-seħħ fl-istess data tal-pubblikazzjoni.

    Magħmul fi Strasbourg, fid-9 ta' Marzu 1994.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Egon Klepsch

    [1] Prospett kongunt mit-tlett istituzzjonijiet ser iqiegħdu principji gwidatorji għan-numru ta' impjegati ta' l-Ombudsman u l-istatus bhala temporanji jew appalti mpjegati ta' dawk li qed imexxu l-inkjesti.

    [2] Ara d-decizjoni mehuda mill-ftehim komuni bejn ir-Rapprezentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri fuq il-lokalità tas-sedi ta' l-istituzzjonijiet u ta' certu korporazzjonijiet u dipartimenti tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 341, tat-23.12.1992, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top