Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0068

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 1993 li tikkonċerna l-konklużjoni ta' l-emendar għall-Protokoll ta' Montreal dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

    ĠU L 33, 7.2.1994, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/68/oj

    Related international agreement

    31994D0068



    Official Journal L 033 , 07/02/1994 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0017
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0017


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-2 ta' Diċembru 1993

    li tikkonċerna l-konklużjoni ta' l-emendar għall-Protokoll ta' Montreal dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu

    (94/68/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 130s (1) in konnessjoni ma' l-Artikolu 228(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Komunità, in vista tar-responsabbilitajiet tagħha għall-Ambjent, bid-Deċiżjoni 88/540/KEE [4], saret parti mill-Konvenzjoni ta' Vjenna għall-protezzjoni tas-saff ta' l-ożonu u tal-Protokoll ta' Montreal fuq sostanzi illi jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, u bid-Deċiżjoni 91/690/KEE [5] approvat l-ewwel emendar għall-imsemmi Protokoll;

    Billi x-xiehda xjentifika l-aktar riċenti tindika illi għall-protezzjoni adekwata tas-saff ta' l-ożonu grad ogħla ta' kontroll ta' chlorofluorocarbons, halons, carbon tetrachloride u 1,1,1-trichloroethane hu meħtieġ minn dak ipprovdut mill-Protokoll ta' Montreal kif emendat fl-1990; billi l-istess xiehda tindika illi kontrolli addizzjonali għandhom jiġu in vigore dwar il- methyl bromide, il-hydrobromofluorocarbons u l-hydrochlorofluorocarbons;

    Billi tieni emendar u aġġustamenti għall-Protokoll ta' Montreal li jimplimentaw dawn il-kontrolli ġew adottati f'Copenhagen f'Novembru ta' l-1992 u l-emendar biss jeħtieġ jiġi approvat; billi, għal dan il-għan il-Komunità għandha tapprovat tali emendar;

    Billi, hu meħtieġ partikolarment għall-Komunità u l--Istati Membri kollha li japprovaw it-tieni emendar għall-Protokoll ta' Montreal billi xi whud mid-disposizzjonijiet tiegħu jistgħu jitwettqu biss jekk il-Komunità u l-Istati Membri kollha tagħha japprovawh;

    Billi sabiex l-obbligazzjonijiet kollha taħt it-tieni emendar jiġu mwettqa kif jixraq, jenħtieġ li l-Istati Membri kollha japprovawh,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-tieni emendar għall-Protokoll ta' Montreal dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu b' dan hu approvat għan-nom tal-Komunità.

    It-test ta' dan l-emendar hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jiddeposita l-att ta' approvazzjoni ta' dan it-tieni emendar għan-nom tal-Komunità mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti skond l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna moqri flimkien ma' Artikolu 3 u t-tieni emendar għall-Protokoll ta' Montreal.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Diċembru 1993.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. De Gallan

    [1] ĠU C 103, ta' l-14.4.1993, p. 18.

    [2] ĠU C 268, ta' l-4.10.1993, p. 191.

    [3] ĠU C 201, tas-26.7.1993, p. 8.

    [4] ĠU L 297, tal-31.10.1988, p. 8.

    [5] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 28.

    --------------------------------------------------

    Top