Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0007

    Id-Direttiva tal-Kunsill Council 93/7/KEE tal-15 ta' Marzu 1993 fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru

    ĠU L 74, 27.3.1993, p. 74–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2015; Imħassar b' 32014L0060

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/7/oj

    31993L0007



    Official Journal L 074 , 27/03/1993 P. 0074 - 0079
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0012
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 9 P. 0012


    Id-Direttiva tal-Kunsill Council 93/7/KEE

    tal-15 ta' Marzu 1993

    fuq ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 a tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    F'kooperazzjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Artikolu 8a tat-Trattat jipprovdi għat-twaqqif, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1993, tas-suq intern, li għandu jkun fih żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment ħieles ta' l-oġġetti, persuni, servizzi u kapital ikun assigurat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat;

    Billi, taħt it-termini u fl-ambitu tal-limiti ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom, wara l-1992, iżommu d-dritt li jiddefinixxu t-teżori nazzjonali tagħhom u li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipproteġuhom ġo din iż- żona mingħajr frontieri interni;

    Billi arranġamenti għandhom għaldaqstant ikunu introdotti li jagħmluha possibbli li l-Istati Membri jassiguraw ir-ritorn fit-territorju tagħhom ta' oġġetti ta' kultura li huma kklassifikati bħala teżori nazzjonali fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-imsemmi l-Artikolu 36 u li kienu mneħħija mit-territorju tagħhom bi ksur tal-miżuri nazzjonali msemmija hawn fuq jew tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta' Diċembru 1992 fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti ta' kultura [4];

    billi t-tħaddim ta' dawn l-arranġamenti għandu jkun sempliċi u effiċjenti kemm jista' jkun; billi biex titħaffer il-kooperazzjoni fir-rigward tar-ritorn l-iskop ta' l-arranġamenti għandu jkun limitat għal oġġetti li jappartjenu għal kategoriji komuni ta' oġġett ta' kultura; billi l-Anness ma' din id-Direttiva mhux konsegwentement maħsub biex jiddefinixxi oġġetti li jgħaddu bħala "teżori nazzjonali" fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-imsemmi l-Artikolu 36, imma biss kategoriji ta' oġġetti li jistgħu jkunu klassifikati bħala tali u li jistgħu għaldaqstant ikunu koperti mill-proċeduri tar-ritorn introdotti b'din id-Direttiva;

    Billi oġġetti ta' kultura klassifikati bħala teżori nazzjonali u li jifformaw parti integrali minn kollezzjonijiet publiċi jew inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi iżda li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji komuni għandhom ikunu wkoll koperti b'din id-Direttiva;

    Billi kooperazzjoni amministrattiva għandha tkun stabilita bejn l-Stati Membri fir-rigward tat-teżori nazzjonali tagħhom, f'liason mill-qrib mal-kooperazzjoni tagħhom fil-kamp ta' xogħolijiet ta' arti misruqa u li jinvolvu b'mod partikolari r-rikordjar, ma' l-Interpol u korpi oħra kwalifikati li joħorġu listi simili, ta' oġġetti kulturali mitlufa, misruqa jew illegalment imneħħija li jagħmlu parti mit-teżori nazzjonali tagħhom u l-kollezzjonijiet publiċi tagħhom;

    Billi l-proċedura mdaħħla b'din id-Direttiva hija l-ewwel pass fit-twaqqif ta' kooperazzjoni bejn l-Stati Membri f'dan il-kamp fil-kuntest tas-suq intern; billi l-iskop huwa r-rikonoxximent reċiproku tal-liġijiet nazzjonali relevanti; billi għandha ssir għaldaqsant dispożizzjoni b'mod partikolari biex il-kummissjoni tkun mgħejuna minn kumitat amministrativ;

    Bili r-Regolament (KEE) Nru 3911/92 jintroduċi, flimkien ma' din id-Direttiva, sistema ta' Komunita biex tipproteġi l-oġġetti kulturali ta' l-Istati Membri; billi d-data sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' din id-Direttiva għandha tkun qrib kemm jista' jkun tad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament; billi, wara li jikkonsidraw tas-sistemi legali tagħhom u l-iskop tat-tibdil fil-leġislazzjoni tagħhom meħtieġ biex jimplimentaw din id-Direttiva, xi Stati Membri jkunu jeħtieġu perijodu itwal.

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta' dan id-Direttiva:

    1. "Oġġett ta' kultura" għandha tfisser oġġett li:

    - ikun ikklassifikat, qabel jew wara t-tneħħija illegali tiegħu mit-territorju ta' Stat Membru, qalb it-"teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku" taħt il-leġislazzjoni nazzjonali jew proċeduri amministrattivi fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat.

    u

    - jappartjeni għal waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness jew li ma jappartjenix għal waħda minn dawn il-kategoriji iżda jagħmel parti integrali minn:

    - kollezzjonijiet publiċi elenkati fl-inventarji ta' mużewijiet, arkivji jew kollezzjoni ta' konservazzjoni ta' libreriji.

    Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "kollezzjonijiet publiċi" għandha tfisser kollezzjonijiet li huma propjeta ta' Stat Membru, awtorita lokali jew reġjonali ġo Stat Membru jew istituzzjoni li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru u definit bħala publiku skond il-leġistazzjoni ta' dak l-Istat membru, istituzzjoni simili tkun il-propjeta ta', jew b'mod sinjifikanti finanzjata minn, dak l-Istat Membru jew awtorita lokali jew reġjonali;

    - l-inventarji ta' istituzzjonijiet ekkleżjastiċi.

    2. "Imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru" għandha tfisser:

    - imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru bi ksur tar-regoli tiegħu fuq il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali jew bi ksur tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92, jew

    - mhux irritornat meta jagħlaq perijodu ta' tneħħija temporanja legali jew xi ksur ta' kundizzjoni oħra li tirregola tneħħija temporanja simili.

    3. "Stat Membru li jagħmel talba" għandha tfisser l-Istat Membru li mit-territorju tiegħu l-oġġett ta' kultura jkun tneħħa b'mod illegali.

    4. "Stat Membru mitlub" għandha tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu oġġett ta' kultura mneħħi b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru ieħor jinsab.

    5. "Ritorn" għandha tfisser ir-ritorn fiżiku ta' l-oġġett ta' kultura għat-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

    6. "Possessur" għandha tfisser il-persuna li fiżikament tkun iżżomm l-oġġett ta' kultura f'isimha.

    7. "Min iżomm" għandha tfisser il-persuna li fiżikament tkun iżżomm l-oġġett ta' kultura f'isimha.

    Artikolu 2

    Oġġetti ta' kultura li ġew imneħħija b'mod illegali mit-territorju ta' Stat Membru għandhom ikunu rritornati b'mod konformi mal-proċedura u fiċ-ċirkostanzi li hemm ipprovduti f'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorita ċentrali waħda jew aktar biex tagħmel ix-xogħol li hemm ipprovdut f'din id-Direttiva.

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet ċentrali li huma jaħtru skond dan l-Artikolu.

    Il-Kummissjoni għandha tippublika lista ta' dawn l-awtoritajiet ċentrali u kull tibdil dwarhom fis-serie C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej;

    Artikolu 4

    L-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jippromwovu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-Istati Membri. Dawn ta' l-aħħar għandhom b'mod partikolari:

    1. wara applikazzjoni minn Stat Membru li jagħmel talba, ifittxu oġġett ta' kultura speċifiku li kien tneħħa illegalment mit-territorju tiegħu, u tidentifika l-possessur u/jew min qed iżommu. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tħaffef it-tiftix, b'referenza partikolari għal-lokazzjoni vera jew preżunta ta' l-oġġett;

    2. tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat, fejn oġġett ta' kultura jinstab fit-territorju tagħhom u hemm raġunijiet biżżejjed biex wieħed jemmen li kien ġie mneħħi illegalment mit-territorju ta' Stat Membru ieħor;

    3. tagħmilha posibbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li jiċċekkjaw li l-oġġett fil-kwistjoni huwa oġġett ta' kultura, kemm-il darba verifikar isir fi żmien xahrejn min-notifika li hemm ipprovduta fil-paragrafu 2. Jekk ma jsirx fil-perijodu ta' żmien stipulat, il-paragrafi 4 u 5 m'għandhomx japplikaw iżjed;

    4. tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, bil-kooperazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, għall-preservazzjoni fiżika ta' l-oġġett ta' kultura;

    5. tipprevjeni, bil-miżuri interim meħtieġa, kull azzjoni biex tkun evitata l-proċedura tar-ritorn;

    6. taġixxi bħala intermedjarju bejn il-possessur u/jew min qed iżommu u l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba fir-rigward tar-ritorn. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, l-ewwel iħaffu t-tħaddim ta' proċedura ta' arbitraġġ, b'mod konformi mal-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istat li lilu ssir t-talba u kemm-il darba l-Istat li jagħmel it-talba u l-possessur jew min qed iżomm l-oġġett jagħtu l-approvazzjoni formali tagħhom.

    Artikolu 5

    L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jibda, quddiem il-qorti kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba, proċeduri konta l-possessur jew, jekk mhux kontrih, kontra min qed iżomm, bl-iskop li jassigura r-ritorn ta' oġġett ta' kultura li kien imneħħi illegalment mit-territorju tiegħu.

    Il-proċeduri jistgħu jinġiebu biss fejn id-dokument li jibdihom ikollu miegħu:

    - dokument li jiddeskrivi l-oġġett kopert mit-talba u li jgħid li huwa oġġett ta' kultura,

    - dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li l-oġġett ta' kultura kien illegalment imneħħi mit-territorju tiegħu.

    Artikolu 6

    L-awtorita ċentrali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha minnufih tinforma lill-awtorita ċentrali ta' l-Istat Membru li qed issirlu t-talba li nbdew proċeduri bil-għan li jkun assigurat ir-ritorn ta' l-oġġett fil-kwistjoni.

    L-awtorita ċentrali ta' l-Istat Membru li ssirlu t-talba għandu minnufih jgħarraf lill-awtoritajiet ċentrali ta' l-Istati Membri l-oħra.

    Artikolu 7

    1. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu fil-leġislazzjoni tagħhom li l-proċeduri ta' ritorn ipprovduti f' din id-Direttiva ma jistgħux jinġiebu aktar minn sena wara li l-Istat Membru li jagħmel it-talba jsir jaf fejn jinsab l-oġġett ta' kultura u l-identita tal-possessur jew min qed iżommu.

    Proċeduri simili madankollu, ma jistgħux jinġiebu aktar minn 30 sena wara li l-oġġett kien illegalment imneħħi mit-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba. Madankollu, fil-każ ta' oġġetti li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet publiċi, imsemmija fl-Artikolu 1(1), u oġġetti ekklesjastiċi fl-Istati Membri fejn huma soġġetti għal arranġamenti ta' protezzjoni speċjali taħt il-liġi nazzjonali, il-proċeduri tar-ritorn għandhom ikunu soġġetti għal limitu ta' żmien ta' 75 sena, minbarra fi Stati Membri fejn il-proċeduri mhumiex suġġetti għal limitu ta'żmien jew fil-każ ta' ftehim bilaterali bejn Stati Membri li jistabilixxu perijodu li jeċċedi l-75 sena.

    2. Proċeduri tar-ritorn ma jistgħux jinġiebu jekk it-tneħħija mit-territorju nazzjonali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba ma tkunx aktar illegali fiż-żmiem meta jinbdew.

    Artikolu 8

    Barra minn kif altrimenti pprovdut fl-Artikoli 7 u 13, il-qorti kompetenti għandha tordna r-ritorn ta' l-oġġett ta' kultura fil-kwistjoni fejn jinstab li huwa oġġett ta' kultura fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 1(1) u li tneħħa illegalment minn territorju nazzjonali.

    Artikolu 9

    Fejn ir-ritorn ta' oġġett ikun ordnat, il-qorti kompetenti fl-Istat li ssirlu t-talba għandu jagħti lill-possessur kompens tali li jqis li huwa ġust skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, kemm-il darba jkun sodisfatt li l-possessur ħaddem il-kura u l-attenzjoni xierqa fl-akkwist ta' l-oġġett.

    Id-dover tal-prova jkun irregolat mill-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li ssirlu t-talba.

    Fil-każ ta' donazzjoni jew suċċessjoni, il-possessur m'għandux ikun f'pożizzjoni aktar vantaġġjuża mill-persuna li minn għandha akkwista l-oġġett b'dak il-mod.

    L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jħallas kumpens simili mar-ritorn ta' l-oġġett.

    Artikolu 10

    Spejjeż magħmula fit-tħaddim ta' deċiżjoni li tordna r-ritorn ta' oġġett ta' kultura għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jagħmel it-talba. L-istess jgħodd għall-ispejjeż tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(4).

    Artikolu 11

    Il-ħlas ta' kumpens xieraq u ta' l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 9 u 10 rispettivament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba li jieħu azzjoni bl-iskop li jirkupra dawk l-ammonti mill-persuni responsabbli għat-tneħħija illegali ta' l-oġġett ta' kultura mit-territorju tiegħu.

    Artikolu 12

    Il-pussess ta' l-oġġett ta' kultura wara r-ritorn għandu jkun irregolat minn dik il-liġi ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba.

    Artikolu 13

    Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru nhar jew wara l-1 ta' Jannar 1993.

    Artikolu 14

    1. Kull Stat Membru jista' jestendi l-obbligu tiegħu li jirritorna oġġetti ta' kultura biex ikopri kategoriji ta' oġġetti barra minn dawk elenkati fl-Anness.

    2. Kull Stat Membru jista' japplika l-arranġamenti li hemm ipprovduti f' din id-Direttiva għal talbiet għar-ritorn ta' oġġetti ta' kultura mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stati Membri oħra qabel l-1 ta' Jannar 1993.

    Artikolu 15

    Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kull proċeduri ċivili jew kriminali li jistgħu jinġiebu, taħt il-liġijiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, mill-Istat Membru li jagħmel it-talba u/jew is-sid ta' oġġett ta' kultura li jkun insteraq.

    Artikolu 16

    1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni kull tliet snin, u għall-ewwel darba fi Frar 1996, rapport fuq it-tħaddim ta' din id-Direttiva.

    2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, kull tliet snin, rapport dwar it-tħaddim ta' din id-Direttiva.

    3. Il-Kunsill għandu jirrevedi l-effiċjenza ta' din id-Direttiva wara perijodu ta' tħaddim ta' tliet snin u, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel l-adattamenti meħtieġa.

    4. Hu x'inhu, il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina kull tliet snin u, fejn xieraq, jaġġorna l-ammonti indikati fl-Anness, fuq il-bażi ta' indikaturi ekonomiċi u monetarji fil-Komunita.

    Artikolu 17

    Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92.

    Il-Kumitat għandu jeżamina kull kwistjoni li tqum mit-tħaddim ta' l-Anness ta' din id-Direttiva li tista' titressaq mill-President jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew għat-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

    Artikolu 18

    L-Stati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva fi żmien disa' xhur mill-adozzjoni tagħha, minbarra fejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta' l-Olanda huma kkonċernati, li għandhom jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-data tad-dħul tagħha fis-seħħ. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih:

    Meta l-Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza tali fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir referenza bħal din għandhom ikunu stabiliti mill-Istati Membri.

    Artikolu 19

    Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Marzu 1993.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. Jelved

    [1] ĠU C 53, tat- 28.2.1992, p. 11, u.ĠU No C 172, tat-8.7.1992, p. 7.

    [2] ĠU C 176, tat- 13.7.1992, p. 129, u.ĠU No C 72, tal-15.3.1993.

    [3] ĠU C 223, tal-31.8.1992, p. 10.

    [4] ĠU L 395, tal-31.12.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kategoriji msemmija fit-tieni indent ta' l-Artikolu 1(1) li lilhom oġġetti kklassifikati bħala "teżori nazzjonali" fl-ambitu tas-sinjifikat ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat iridu jappartienu biex jikkwalifikaw għar-ritorn taħt din id-Direttiva

    A. 1. Oġġetti arkeoloġiċi antiki aktar minn 100 sena li huma l-prodotti ta':

    - skavar u sejbiet fl-art jew taħt il-baħar,

    - siti arkeoloġiċi,

    - kollezzjonijiet arkeoloġiċi.

    2. Elementi li jifformaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li tħattew, li għandhom aktar minn 100 sena.

    3. Stampi u pitturi magħmula kollha kemm huma bl-idejn, fuq kull għamla ta' medium u fi kwalunkwe materjal [1].

    4. Mużajċi minbarra dawk fil-kategorija 1 jew kategorija 2 u tpenġija magħmula kollha kemm hi bl-idejn, fuq kull għamla ta' medium u fi kwalunkwe materjal [2].

    5. Inċiżjonijiet oriġinali, stampi, serigrafi u litografi bil-plates rispettivi tagħhom u posters oriġinali [3].

    6. Skulturi oriġinali jew statwarji u kopji magħmula bl-istess proċess bħall-oriġinal [4] minbarra dawk fil-kategorija 1.

    7. Ritratti, films u n-negattivi tagħhom [5].

    8. Inkunabula u manuskritti, inklużi mapep u partituri mużikali, waħda waħda jew f'kollezzjonijiet [6].

    9. Kotba li għandhom aktar minn 100 sena, wieħed wieħed jew f'kollezzjonijiet.

    10. Mapep ipprintjati li għandhom aktar minn 200 sena.

    11. Arkivji u elementi minnhom, ta' kull kwalita, fuq kull medium, li jinkludu elementi li għandhom aktar minn 50 sena.

    12. (a) Kollezzjonijiet [7] u spesimens minn kollezzjonijiet zooloġiċi, botaniċi, mineroloġiċi jew anatomiċi;

    (b) Kollezzjonijiet [8] ta' nteress storiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku.

    13. Mezzi ta' trasport li għandhom aktar minn 75 sena.

    14. Kull item oħra antika mhix inkluża fil-kategoriji A 1 sa A 13, li għandha aktar minn 50 sena.

    L-oġġetti ta' kultura fil-kategoriji A 1 sa A 14 huma koperti minn din id-Direttiva biss jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal, jew jeċċedi, it-thresholds finanzjarji taħt B.

    B. Thresholds finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji taħt A (f'ekus)

    VALUR: 0 (Xejn)

    - 1 (Oġġetti arkeoloġiċi)

    - 2 (Monumenti maħtuta)

    - 8 (Inkunabula u manuskritti)

    - 11 (Arkivji)

    15000

    - 4 (Mużajċi u tpenġijiet)

    - 5 (Inċiżjonijiet)

    - 7 (Ritratti)

    - 10 (Mapep stampati)

    50000

    - 6 (Statwarji)

    - 9 (Kotba)

    - 12 (Kollezzjonijiet)

    - 13 (Mezzi ta' trasport)

    - 14 (Kull item oħra)

    150000

    - 3 (Stampi)

    L-istima jekk il-kundizzjonijiet relatati mal-valur finanzjarju ġewx milħuqa jew le għandha ssir meta r-ritorn ikun mitlub. Il-valur finanzjarju huwa dak ta' l-oġġett fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

    Id-data għall-konverżjoni tal-valuri mogħtija f'ekus fl-Anness għall-muniti nazzjonali għandha tkun l-1 ta' Jannar 1993.

    [1] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom.

    [2] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom.

    [3] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom.

    [4] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom.

    [5] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom.

    [6] Li għandhom aktar minn 50 sena u m'humiex ta' min oriġinhom.

    [7] Kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza fil-Każ 252/84, kif ġej: Biċċiet ta' "Kolletturi' fl-ambitu tas-sinjifikat tal-Heading Nru 99.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relativament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop tagħhom oriġinali, huma s-suġġett ta' transazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli."

    [8] Kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza fil-Każ 252/84, kif ġej: Biċċiet ta' "Kolletturi' fl-ambitu tas-sinjifikat tal-Heading Nru 99.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relativament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop tagħhom oriġinali, huma s-suġġett ta' transazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli."

    --------------------------------------------------

    Top