Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0013

Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni

ĠU L 76, 23.3.1992, pp. 14–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/04/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/13/oj

31992L0013



Official Journal L 076 , 23/03/1992 P. 0014 - 0020
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0127
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 3 P. 0127


Id-Direttiva Tal-Kunsill 92/13/KEE

tal-25 ta’ Frar 1992

li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

B’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE tas-17 ta’ Settembru 1990 dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni [4] tistabbilixxi regoli għall-proċeduri ta’ akkwist sabiex jiżguraw li fornituri u kuntratturi potenzjali jkollhom opportunità ġusta li jiżguraw l-għoti ta’ kuntratti, iżda ma tikkontjeni ebda dispożizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħha;

Billi l-arranġamenti eżistenti kemm fuq livell nazzjonali kemm Komunitarju sabiex jiżguraw l-applikazzjoni tagħha mhumiex dejjem adegwati;

Billi l-assenza ta’ rimedji effettivi jew l-inadegwatezza tar-rimedji eżistenti jistgħu jżommu l-intrapriżi Komunitarji milli jissottomettu offerti; billi, għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jirrimedjaw din is-sitwazzjoni;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [5], hija limitata għal proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fil-qasam tad-Direttiva tal-Kunsill 71/305/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/531/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 77/62/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika [7], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/531/KEE;

Billi l-ftuħ ta’ l-akkwist fis-setturi kkonċernati għall-konkorrenza Komunitarja jimplika li għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet biex jiżguraw li jsiru proċeduri approprjati ta’ reviżjoni disponibbli għall-fornituri jew il-kuntratturi fil-każ ta’ ksur tal-liġi Komunitarja rilevanti jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi;

Billi huwa neċessarju li jiġi provdut għal żieda sostanzjali fil-garanziji ta’ trasparenza u non-diskriminazzjoni u billi, sabiex ikun hemm effetti tanġibbli, għandhom ikunu disponibbli rimedji effettivi u rapidi;

Billi għandu jittieħed kont tan-natura speċifika ta’ ċerti sistemi legali billi l-Istati Membri jiġu awtorizzati jagħżlu bejn l-introduzzjoni ta’ poteri differenti għall-korpi tar-reviżjoni li jkollhom effetti ekwivalenti;

Billi waħda minn dawn l-għażliet tinkludi l-poter ta’ intervenzjoni diretta fil-proċeduri ta’ akkwist ta’ l-entitajiet kontraenti billi per eżempju jiġu sospiżi, jew billi jitwarrbu deċiżjonijiet jew klawżoli diskriminatorji f’dokumenti jew pubblikazzjonijiet;

Billi l-għażla l-oħra tipprovdi għall-poter li wieħed jeżerċita pressjoni effettiva u indiretta fuq il-partijiet kontraenti sabiex iġegħelhom jikkoreġu xi ksur tal-liġi jew iżommhom milli jikkommettu ksur, u sabiex ikun hemm prevenzjoni kontra l-okkorrenza ta’ ħsara;

Billi pretensjonijiet għal kumpens għandhom dejjem ikunu possibbli;

Billi, meta ssir pretensjoni għal kumpens li jirrappreżentaw l-ispejjeż ta’ preparazzjoni ta’ offerta jew ta’ parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti, il-persuna li tagħmel il-pretensjoni m’għandhiex tkun meħtieġa, sabiex tikseb ir-rimbors ta’ l-ispejjeż tagħha, li tipprova li l-kuntratt kien jingħatalha fl-assenza ta’ dan il-ksur;

Billi l-partijiet kontraenti li jikkonformaw mar-regoli ta’ l-akkwist jistgħu jgħarrfu dan permezz ta’ mezzi approprjati; billi dan jeħtieġ eżami, minn persuni indipendenti, tal-proċeduri ta’ akkwist u tal-prattiċi applikati minn dawk il-partijiet;

Billi għal dan l-iskop sistema ta’ ċertifikazzjoni, li tippermetti li ssir dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni korretta tar-regoli ta’ l-akkwist pubbliku li għandha ssir f’notifiki ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, hija approprjata;

Billi l-partijiet kontraenti għandu jkollhom l-opportunità li jirrikorru għas-sistema ta’ ċertifikazzjoni jekk jixtiequ hekk; billi l-Istati Membri għandhom joffrulhom il-possibilità li jagħmlu dan; billi jistgħu jagħmlu dan jew billi jistabbilixxu s-sistema huma stess jew billi jippermettu li l-partijiet kontraenti jkollhom rikors għas-sistema ta’ ċertifikazzjoni stabbilita minn Stat Membru ieħor; billi jistgħu jgħaddu l-inkarigu ta’ l-eżaminar taħt is-sistema ta’ ċertifikazzjoni, lil persuni, professjonijiet jew impjegati ta’ istituzzjonijiet;

Billi l-flessibilità neċessarja fl-introduzzjoni ta’ din is-sistema hija ggarantita billi jiġu stabbiliti r-rekwiżiti essenzjali għaliha f’din id-Direttiva; billi d-dettalji operazzjonali għandhom jiġu provduti fl-Istandards Ewropej li għalihom tirreferi din id-Direttiva;

Billii l-Istati Membri jista’ jkollhom il-bżonn li jiddeterminaw id-dettalji operazzjonali, qabel jew f’addizzjoni għar-regoli kontenuti fl-Istandards Ewropej;

Billi, meta impriżi, ma jfittxux reviżjoni, ċertu ksur tal-liġi ma jistax jiġi korrett sakemm mekkaniżmu speċifiku ma jiġix stabbilit;

Billi, għaldaqstant, il-Kummissjoni meta tikkunsidra li jkun sar ksur tal-liġi ċar u manifest matul il-proċedura ta’ għotja ta’ kuntratt, għandha tkun tista’ tiġbed l-attenzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru u ta’ l-entità kontraenti kkonċernata sabiex jittieħdu passi għall-korrezzjoni minnufih ta’ dak il-ksur;

Billi huwa neċessarju li jiġi provdut għall-possibiltà ta’ konċiljazzjoni fuq livell Komunitarju sabiex il-kwistjonijiet jkunu solvuti b’ mod amikevoli;

Billi l-applikazzjoni fil-prattika ta’ din id-Direttiva għandha tiġi riveduta fl-istess ħin bħal dik tad-Direttiva 90/531/KEE abażi ta’ l-informazzjoni li għandha tiġi fornita mill-Istati Membri li tikkonċerna l-funzjonament tal-proċeduri nazzjonali tar-reviżjoni;

Billi din id-Direttiva għandha tinġieb fis-seħħ fl-istess ħin bħad-Direttiva 90/531/KEE;

Billi huwa approprjat li r-Renju ta’ Spanja, r-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża jingħataw perjodi addizzjonali adegwati għat-trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva, b’kont meħud tad-dati ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 90/531/KEE, f’dawk il-pajjiżi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

Rimedji fuq livell nazzjonali

L-Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-partijiet kontraenti tkun tista’ tiġi riveduta effettivament u b’mod partikolari malajr kemm jista jkun skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2 [8], abażi li dawn id-deċiżjonijiet kisru l-liġi Komunitarja fil-qasam ta’ l-akkwist jew regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi fir-rigward;

(a) proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti li jaqgħu fil-qasam ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE; u

(b) ta’ konformità ma l-Artikolu 3(2) (a) ta’ dik id-Direttiva fil-każ tal-partijiet kontraenti li għalihom tapplika dik id-dispożizzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn intrapriżi li aktarx jagħmlu pretensjoni għal dannu fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt, bħala riżultat tad-distinzjoni magħmula minn din id-Direttiva bejn ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw il-liġi Komunitarja u regoli nazzjonali oħrajn.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ reviżjoni jkunu disponibbli taħt regoli dettaljati li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, ta’ lanqas għal kull persuna li jkollha jew ikun kellha interess f’ li tikseb kuntratt partikolari u li kienet jew qiegħda f’riskju li tiġi danneġġjata minn ksur allegat. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-persuna li tfittex ir-reviżjoni għandha tkun innotifikat qabel lill-parti kontraenti bil-ksur allegat u bl-intenzjoni tagħha li tfittex reviżjoni.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda dwar il-proċeduri ta’ reviżjoni speċifikati fl-Artikolu 1 jinkludu dispożizzjoni għall-poteri:

jew:

(a) li jieħu, ma’ l-opportunità l-iktar kmieni u bħala proċedura interlokutorja, miżuri interim bl-iskop li jiġi kkoreġut il-ksur allegat jew li jiġi pprevenut dannu ulterjuri għall-interessi kkonċernati, inklużi miżuri għas-sospensjoni jew sabiex tiġi assigurata s-sospensjoni tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt jew l-implimentazzjoni ta’ kull deċiżjoni meħuda mill-parti kontraenti; u

(b) li jwarrab jew jiżgura li jitwarrbu deċiżjonijiet meħuda kontra l-liġi, inkluża t-tneħħija ta’ l-ispeċifikazzjonijiet diskriminatorji tekniċi, ekonomiċi jew finanzjari fin-notifika ta’ kuntratt, in-notifika perjodika indikativa, in-notifika dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni, l-invit għal offerta, d-dokumenti tal-kuntratt jew f’kull dokument ieħor li għandu x’jaqsam mall-proċeudra ta’ l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni;

jew

(ċ) sabiex jieħdu, fl-opportunità l-iktar kmieni, jekk possibbli permezz ta’ proċeduri interlokutorji u jekk neċessarju permezz ta’ proċedura finali dwar is-sustanza, miżuri ta’ xort’ oħra minn dawk previsti fil-punti (a) u (b) bl-iskop li jiġi kkoreġut kull ksur identifikat u li jiġi pprevenut dannu għall-interessi konċernati; b’mod partikolari, li ssir ordni għall-ħlas ta’ somma partikolari f’każijiet meta l-ksur ma ġiex korrett jew prevenut.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu din l-għażla jew għall-, partijiet kollha kontraenti jew għal kategorijii ta’ entitajiet definiti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, u f’kull każ jippreservaw l-effettività tal-miżuri stabbiliti sabiex jiġi pprevenut dannu kkawżat lill-interessi kkonċernati;

(d) u, fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq, sabiex jingħata kumpens lil persuni milquta ħażin minn ksur.

Meta jintalab kumpens fuq il-bażi li ttieħdet deċiżjoni illegalment, l-Istati Membri, meta s-sistema tagħhom tal-liġi interna teħtieġ hekk u tipprovdi għal entitajiet li jkollhom il-poteri neċessarji għal dak l-iskop, jipprovdu li d-deċiżjoni kkontestata għandha l-ewwel titwarrab jew tiġi ddikjarata illegali.

2. Il-poteri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw lil korpi separati responsabbli għal aspetti differenti tal-proċedura ta’ reviżjoni.

3. Il-proċeduri ta’ reviżjoni m’hemmx għalfejn fihom infushom ikollhom effett awtomatiku sospensiv fuq il-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratt li jirrelataw għalihom.

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, meta jikkunsidraw jekk jordnawx miżuri interim, l-entità responsabbli tista’ tikkonsidra l-konsegwenzi probabbli tal-miżuri għall-interessi kollha li x’aktarx jintlaqtu ħażin, kif ukoll l-interess pubbliku, u jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dawn il-miżuri meta l-konsegwenzi negattivi tagħhom jistgħu jeċċedu l-benefiċċji tagħhom. Deċiżjoni li ma jingħatawx miżuri interim m’għandhiex tippreġudika kull pretensjoni oħra tal-persuna li tkun qed tfittex dawn il-miżuri.

5. Is-somma li għandha titħallas skond il-paragrafu 1(ċ) għandha tkun imqiegħda f’livell għoli biżżejjed biex tiddiswadi l-entità kontraenti milli tikkommetti jew tippersisti bi ksur. Il-ħlas ta’ dik is-somma jista jiddependi fuq deċiżjoni finali li l-ksur ikun fil-fatt sar.

6. L-effetti ta’ l-eżerċizzju tal-poteri msemmija fil-paragrafu 1 dwar kuntratt konkluż sussegwenti għall-għoti tiegħu, għandhom jiġu stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Barraminnhekk, minbarra fejn deċiżjoni għandha titwarrab qabel l-għotja tal-kumpens, Stat Membru jista’ jipprovdi li wara l-konklużjoni ta’ kuntratt wara li dan jingħata, il-poteri ta’ l-entità responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni għandhom jiġu limitati għall-għotja tal-kumpens lil kull persuna li ssirilha ħsara bi ksur.

7. Meta ssir pretensjoni għal kumpens li jirrappreżenta l-ispejjeż tal-preparazzjoni ta’ offerta jew tal-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għotja, il-persuna li tagħmel il-pretensjoni għandha tkun meħtieġa biss tipprova li jkun sar ksur tal-liġi Komunitarja fis-settur ta’ l-akkwist jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi u li hija kien ikollha ċans veru li tirbaħ il-kuntratt u li, bħala riżultat ta’ dak il-ksur, dak iċ-ċans ġie effettwat ħażin.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-entitajiet responsabbli għall-proċeduri ta’ reviżjoni jistħgu jiġu inforzati b’mod effetiv.

9. Billi l-entitajiet responsabbli għall-proċeduri tar-reviżjoni mhumiex ta’ natura ġudizzjarja, għandhom dejjem jingħataw raġunijiet bil-miktub għad-deċiżjonijiet tagħhom. Barraminnhekk, f’dan il-każ, għandha ssir dispożizzjoni sabiex tiggarantixxi l-proċeduri li bihom kull miżura allegatament illegali li tkun ittieħdet mill-entità tar-reviżjoni jew kull difett allegat fl-eżerċizzju tal-poteri mogħtija lilha tista’ tkun is-suġġett ta’ reviżjoni ġudizzjarja jew reviżjoni minn entità oħra li hija qorti jew tribunal fis-sens ta’ l-Artikolu 177 tat-Trattat u li tkun indipendenti kemm mill-entità kontraenti u l-entità tar-reviżjoni.

Il-membri ta’ l-entità indipendenti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinħatru u jispiċċaw il-kariga taħt l-istess kondizzjonijiet bħal membri tal-ġudikatura fir-rigward ta’ l-awtorità responsabbli għall-ħatra tagħhom, il-perjodu tal-mandat tagħhom, u t-tneħħija tagħhom. Mill-inqas il-President ta’ din l-entità indipendenti għandu jkollu l-istess kwalifiki legali u professjonali bħal membri tal-ġudikatura. L-entità indipendenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha wara proċedura fejn tisma’ ż-żewġ partijiet, u dawn id-deċiżjonijiet għandhom, permezz tal-mezzi stabbiliti minn kull Stat Membru, jorbtu legalment.

IL-KAPITOLU 2

Verifika

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-partijiet kontraenti l-possibiltà li jkollhom rikors għal sistema ta’ verifika skond l-Artikoli 4 sa 7.

L-Artikolu 4

Il-partijiet kontraenti jista’ jkollhom il-proċeduri ta’ l-għoti ta’ kuntratt tagħhom u l-prattiċi li jaqgħu taħt il-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 90/531/KEE eżaminati perjodikament bl-iskop li jiksbu verifika li, f’dak il-ħin, dawk il-proċeduri u l-prattiċi jkunu inkonformità mal-liġi Komunitarja li tikkonċerna l-għoti ta’ kuntratti u r-regoli nazzjonali li jimplimentaw il-liġi.

L-Artikolu 5

1. Il-verifikaturi għandhom jirrappurtaw lill-parti kontraenti, bil-miktub, dwar ir-riżultati ta’ l-eżami tagħhom. Għandhom jissodisfaw rwieħhom, qabel ma jikkunsinnaw lill-parti kontraenti msemmija fl-Artikolu 4, li kull irregolarità identifikata fil-proċeduri u l-prattiċi ta’ l-għotja tal-parti kontraenti ġiet ikkoreġuta u ttieħdu miżuri biex jiżguraw li dawk l-irregolaritajiet ma jiġux ripetuti.

2. "Il-parti kontraenti kisbet verifika skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE li, fil…, il-proċeduri u l-prattiċi tagħha għall-għoti ta’ kuntratti kienu konformi mal-liġi Komunitarja u r-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi."

L-Artikolu 6

1. Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti mill-partijiet kontraenti u għandhom ikunu kompletament oġġettivi fil-qadi ta’ dmirijiethom. Huma għandhom joffru garanziji approprjati tal-kwalifiki professjonali u l-esperjenza relevanti.

2. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw kull persuna, professjoni jew istituzzjoni li l-impjegati tagħhom, mitluba biex jaġixxu bħala verifikaturi, jirigwardaw bħala li jissodisfaw il-ħtiġiet tal-paragrafu 1. Għal dawn l-iskopijiet, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu kwalifiki professjonali, ta’ lanqas fil-livell ta’ diploma ta’ edukazzjoni ogħħla fis-sens tad-Direttiva 89/48/KEE [9], li huma jikkonsidraw bħala relevanti, jew jipprovdu li eżamijiet partikolari ta’ kompetenza professjonali organizzati jew rikonoxxuti mill-Istat li joffru dawn il-garanziji.

L-Artikolu 7

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4,5 u 6 għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħtiġiet essenzjali għall-iżvilupp ta’ standards Ewropej dwar il-verifika.

IL-KAPITOLU 3

Mekkaniżmu korrettiv

L-Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni tista’ tinvoka l-proċeduri li dan l-Artikolu jipprovdi għalihom, qabel ma jiġi konkluż kuntratt, meta tikkunsidra li jkun sar ksur ċar u manifest tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam ta’ l-akkwist pubbliku, tul proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt li taqa fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 90/531/KEE jew fir-rigward ta’ l-Artikolu 3(2)(a) ta’ dik id-Direttiva fil-każ tal-partijiet kontraenti li tapplika għalihom dik id-dispożizzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u lill-entità kontraenti kkonċernata bir-raġunijiet li jkunu wassluha sabiex tikkonkludi li jkun sar ksur ċar u manifest u titlob li dan jiġi kkoreġut b’mezzi xierqa.

3. Fi żmien tletin ġurnata minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

(a) il-konferma tagħhom li l-ksur ġie korrett; jew

(b) sottomissjoni raġjonata dwar għaliex ma saret ebda korrezzjoni; jew

(ċ) notifika li l-effett tal-proċedura ta’ l-għoti ta’ kuntratt ġie sospiż jew mill-entità kontraenti fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew abażi tal-poteri speċifikati fl-Artikolu 2(1)(a).

4. Sottomissjoni raġjonata skond il-paragrafu 3(b) tista’ tkun ibbażata fost affarijiet oħra fuq il-fatt li l-ksur allegat ikun diġà s-suġġett ta’ proċeduri ġudizzjarji ta’ reviżjoni jew ta’ reviżjoni kif msemmi fl-Artikolu 2(9). F dan il-każ, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-riżultat ta’ dawk il-proċeduri kif dan isir magħruf.

5. Meta tingħata notifika li l-proċedura ta’ l-għoti tal-kuntratt tkun ġiet sospiża skond il-paragrafu 3(ċ), l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni meta s-sospensjoni titneħħa jew tinbeda proċedura oħra ta’ kuntratt li tirrelata kompletament jew inparti għall-istess materja. Dik in-notifika l-ġdida għandha tikkonferma li l-ksur allegat ikun ġie korrett jew tinkludi sottomissjoni raġjonata għaliex ma tkun saret l-ebda korrezzjoni.

IL-KAPITOLU 4

Konċiljazzjoni

L-Artikolu 9

1. Kull persuna li jkollha jew ikun kellha interess li tikseb kuntratt partikolari li jaqa’ fil-qasam ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 90/531/KEE u li, fir-rigward tal-proċedura għall-għotja ta’ dak il-kuntratt, tikkonsidra li hija sofriet ħsara jew qiegħda f’riskju li ssofri ħsara minn ksur allegat tal-liġi Kmunitarja fil-qasam ta’ l-akkwist jew tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik il-liġi, tista' titlob li ssir l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista fl-Artikoli 10 u 11.

2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-Kummissjoni jew lill-awtoritatjiet nazzjonali elenkati fl-Anness. Dawn l-awtoritajiet għandhom jgħaddu t-talbiet lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun.

L-Artikolu 10

1. Meta l-Kummissjoni tikkonsidra, abażi tat-talba msemmija fl-Artikolu 9, li l-kwistjoni tikkonċerna l-applikazzjoni korretta tal-liġi Komunitarja, hija għandha tistaqsi lill-entità kontraenti sabiex din tiddikjara jekk tkunx lesta tieħu sehem fil-proċedura ta’ konċiljazzjoni. Jekk l-entità kontraenti tirrifjuta li tieħu sehem, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuna li tkun għamlet it-talba li l-proċedura ma tistax tinbeda. Jekk l-entità kontraenti taqbel, il-paragrafi 2 sa 7 għandhom japplikaw.

2. Il-Kummissjoni għandha tipproponi, malajr kemm jista’ jkun, konċiljatur magħżul minn lista ta’ persuni ndipendenti akkreditati għal dan l-iskop. Din il-lista għandha titfassal mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Parir Għal Kuntratti Pubbliċi jew, fil-każ ta’ l-attivitajiet ta’ entitajiet kontraenti li huma definiti fl-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 90/531/KEE, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku fit-Telekomunikazzjoni.

Kull parti għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni għandha tiddikjara jekk taċċettax lill-konċiljatur, u għandha tinnomina konċiljatur ulterjuri. Il-konċiljaturi ma jistgħux jistiednu aktar minn żewġ persuni oħrajn bħala esperti sabiex jagħtuhom parir fix-xogħol tagħhom. Il-partijiet għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni u l-Kummissjoni jistgħu jirrifjutaw lil kull espert mistieden mill-konċiljaturi.

3. Il-konċiljaturi għandhom jagħtu lill-persuna li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, l-entità kontraenti u kull kandidat ieħor jew persuna li tagħmel offerta li tipparteċipa fil-proċedura rilevanti ta’ l-għoti tal-kuntratt, l-opportunità li tagħmel rappreżentazzjonijiet dwar is-suġġett jew verbalment jew bil-miktub.

4. Il-konċiljaturi għandhom jippruvaw malajr kemm jista’ jkun jilħqu ftehim bejn il-partijiet li jkun skond il-liġi Komunitarja.

5. Il-konċiljaturi għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet tagħhom u kull riżultat miksub.

6. Il-persuna li titlob li l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni u l-parti kontraenti għandu jkollhom id-dritt li jtemmu l-proċedura fi kwalunkwe ħin.

7. Sakemm il-partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, il-persuna li titlob l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni u l-parti kontraenti għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż tagħhom. Minbarra dan, kull wieħed għandu joħroġ nofs l-ispejjeż tal-proċedura, esklużi l-ispejjeż tal-partijiet interventi.

L-Artikolu 11

1. Meta, inkonnessjoni ma’ proċedura partikolari ta’ għoti ta’ kuntratt, persuna interessata fis-sens ta’ l-Artikolu 9, u li mhijiex il-persuna li titlob il-proċedura ta’ konċiljazzjoni, tkun qed twettaq proċeduri għar-reviżjoni ġudizzjarja jew proċeduri oħrajn ta’ reviżjoni fis-sens ta’ din id-Direttiva, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-konċiljaturi. Dawn għandhom jinfurmaw lill-persuna li tkun saret talba sabiex tiġi applikata l-proċedura ta’ konċiljazzjoni u għandhom jistiednu lil dik il-persuna sabiex tindika fi żmien partikolari jekk hi taqbilx li tipparteċipa f’dik il-proċedura. Jekk dik il-persuna tirrifjuta li tipparteċipa, il-konċiljaturi jistgħu jiddeċiedu, waqt li jaġixxu jekk neċessarju b maġġoranza sabiex itemmu l-proċedura ta’ konċiljazzjoni jekk iqisu li l-parteċipazzjoni ta’ din il-persuna hija neċessarja sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni. Huma għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Kumitat u jagħtu raġunijiet għaliha.

2. Kull azzjoni meħuda skond dan il-Kapitolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) kull azzjoni li l-Kummissjoni jew kull Stat Membru jista’ jieħu skond l-Artikoli 169 jew 170 tat-Trattat jew skond il-Kapitolu 3 ta’ din id-Direttiva;

(b) d-drittijiet tal-persuni li jitolbu l-proċedura ta’ konċiljazzjoni, tal-parti kontraenti jew ta’ kull persuna oħra.

IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 12

1. Mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kuntratti Pubbliċi, għandha tirrevedi l-mod li bih id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu ġew implimentati u, b’mod partikolari, l-użu ta’ l-istandards Ewropej u, jekk neċessarju, tagħmel proposti għal emendi.

2. Qabel l-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-operazzjoni tal-proċeduri tagħhom ta’ reviżjoni nazzjonali matul is-sena kalendarja preċedenti. In-natura ta’ l-informazzjoni għandha tiġi determinata mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi.

3. Fil-każ ta’ affarijiet li jolqtu lill-partijiet kontraenti li l-attivitajiet tagħhom huma definiti fl-Artikolu (2)(d) tad-Direttiva 90/531/KEE, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Akkwist Pubbliku fit-Telekommunikazzjoni.

L-Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu qabel l-1 ta’ Jannar 1993, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Ir-Renju ta’ Spanja għandu jieħu dawn il-miżuri sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1995. Ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Portugiża għandhom jieħdu dawn il-miżuri sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1997. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu uffiċjalment ippubblikati. Il-metodi li bihom din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, fl-istess dati bħal dawk (stabbiliti fid-Direttiva 90/531/KEE).

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam rregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Frar, 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Vitor Martins

[1] ĠU C 216, tal-31.8.1990, p. 8 uĠU C 179, ta’ l-10.7.1991, p. 18..

[2] ĠU C 106, tat-22.4.1991, p. 82 uĠU C 39, tas-17.2.1992.

[3] ĠU C 60, tat-8.3.1991, p. 16.

[4] ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1.

[5] ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 33.

[6] ĠU L 185, tas-16.8.1971, p. 5.

[7] ĠU L 13, tal-15.1.1977, p. 1.

[8] ĠU L 19, ta’ l-24.1.1989, p. 16.

[9] ĠU L 19, ta’ l-24.1.1989, p. 16.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-awtoritajiet nazzjonali li jistgħu jiġu indirizzati lilhom talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' konċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 9

Il-Belġju

Services du Premier Ministre

Diensten Van de Eerste Minister

Ministere des Affaires Economiques

Ministerie van Economische Zaken

Id-Danimarka

Industri- og Handelsstyrelsen (kuntratti ta' provvista)

Boligsministeriet (kuntratti ta' xogħol)

Il-Ġermanja

Bundesministerium fuer Wirtschaft

Il-Greċja

Ypoyrgeio Viomichanias, Energeias kai Technologias

Ypoyrgeio Emporioy Ypoyrgeio Perivallontos, Chorotaxias kai Dimosion Ergon

Spanja

Ministerio de Economía y Hacienda

Franza

Commission centrale des marchés

L-Irlanda

Department of Finance

L-Italja

Presidenza del Consiglio dei Ministri Politiche Comunitarie

Il-Lussemburgu

Ministère des travaux publics

L-Olanda

Ministerie van Economische Zaken

Il-Portugall

Conselho de mercados de obras publicas e particulares

Ir-Renju Unit

HM Treasury

--------------------------------------------------

Top