EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31991R3356

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3356/91 tas-7 ta' Novembru 1991 li jemenda Regolament (KEE) Nru 4060/89 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli magħmula fil-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam tat-trasport bl-art u passaġġi ta' l-ilma interni

ĠU L 318, 20.11.1991, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1991/3356/oj

31991R3356



Official Journal L 318 , 20/11/1991 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0094
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 8 P. 0094


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3356/91

tas-7 ta' Novembru 1991

li jemenda Regolament (KEE) Nru 4060/89 dwar l-eliminazzjoni ta' kontrolli magħmula fil-fruntieri ta' Stati Membri fil-qasam tat-trasport bl-art u passaġġi ta' l-ilma interni

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi Regolament (KEE) Nru 4060/89 [4] jistabbilixxi li kontrolli fuq mezzi ta' trasport u d-dokumenti relatati fil-kors ta' trasport bejn Stati Membri għandhom jiffurmaw parti mill-kontrolli normali applikati b'mod mhux diskriminatorju ġewwa t-territorju kollu ta' kull Stat Membru;

Billi, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewropew dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi bl-Art ("ADR") u l-Ftehim Ewropew dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Oġġetti ta' l-Ikel Konsumabbli u l-Apparat Speċjali li għandu jintuża għal dan il-Ġarr ("ATP"), Stati Membri huma liberi li jorganizzaw u jagħmlu kontrolli u verifiki fuq mezzi ta' trasport u d-dokumenti li jirrelataw għalihom meta dawn hekk jixtiequ; billi fil-prattika, skond il-liġijiet tagħhom li jinkorporaw id-dispożizzjonijiet ta' dawk il-Patti tal-Ftehim fil-liġi nazzjonali jew, meta dawn ma jkunux partijiet kontraenti għal kull Ftehim, skond il-liġi nazzjonali tagħhom li tirregola dawn it-tipi ta' ġarr internazzjonali, dawn normalment jagħmlu dawn il-kontrolli u verifiki fil-fruntieri tagħhom;

Billi, bil-ħsieb li jiġi stabbilit kull suq ta' trasport wieħed, hu meħtieġ li jsir aktar biex titjieb il-flessibiltà ta' moviment ta' mezzi ta' trasport bejn Stati Membri;

Billi Parti 2, tal-"Liġi Nazzjonali", ta' l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 4060/89 għandu jiġi emendat sabiex jieħu in konsiderazzjoni kontrolli fuq mezzi ta' trasport u d-dokumenti li jirreferu għalihom intenzjonati għall-ġarr ta' oġġetti perikolużi u oġġetti ta' l-ikel konsumabbli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 4060/89 hu b'dan emendat kif ġej:

1. Is-segwenti l-Artikolu għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 3a

Kif u meta meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għall-Anness li jieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam kopert b'dan ir-Regolament."

2. Parti 2 ta' l-Anness għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness t'hawnhekk.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1992.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 1991.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Dankert

[1] ĠU C 117, ta' l-1.5.1991, p. 6.

[2] ĠU C 267, ta' l-14.10.1991.

[3] ĠU C 269, ta' l-14.10.1991, p. 34.

[4] ĠU L 390, tat-30.12.1989, p. 18.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"PARTI 2

LIĠI NAZZJONALI

(a) Kontrolli fuq liċenzi tas-sewqan ta' persuni li jsuqu vetturi għall-ġarr ta' oġġetti u persuni

(b) Kontrolli dwar il-mezzi ta' trasport ta' oġġetti perikolużi u b'mod partikolari:

(i) Dokumenti

- Ċertifikat ta' taħriġ ta' sewwieq

- Struzzjonijiet dwar sigurtà

- Ċertifikat ta' approvazzjoni (ADR jew standards ekwivalenti)

- Kopja tad-deroga, jekk ikun il-każ (ADR jew standards ekwivalenti)

(ii) Identifikazzjoni tal-vettura li ġġorr l-oġġetti perikolużi

- Pjanċa oranġjo

- konformità

- tqegħid fuq il-vettura

- Tabella fuq il-vettura li tindika periklu

- konformità

- tqegħid fuq il-vettura

- Pjanċa ta' l-identifikazzjoni tat-tank (għal tankijiet fissi, li jistgħu jiġu żmuntati jew kontenituri)

- preżenza u leġibilità

- data ta' l-aħħar spezzjoni

- timbru tal-korp li għamel l-ispezzjoni

(iii) Tagħmir tal-vettura (ADR jew standards ekwivalenti)

- Apparat għat-tifi tan-nar addizzjonali

- Apparat speċjali

(iv) Tgħabija tal-vettura

- Tgħabija żejda (skond il-kapaċità tat-tank)

- Sigurtà ta' pakketti

- Projbizzjoni ta' tgħabija mħallta

(ċ) Kontrolli dwar il-mezzi ta' trasport ta' oġġetti ta' l-ikel konsumabbli u b'mod partikolari:

(i) Dokumenti

- Ċertifikat ta' konformità għall-tagħmir

(ii) Apparat speċjali użat għall-ġarr ta' oġġetti ta' l-ikel konsumabbli

- Pjanċa ta' konformità

- Marki ta' identifikazzjoni

(iii) Operat ta' tagħmir speċjali

- Kondizzjonijiet tat-temperatura."

--------------------------------------------------

Top