This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31990R3151
Council Regulation (EEC) No 3151/90 of 29 October 1990 on stepping up checks in Portugal on expenditure charged to the Guarantee Section of the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3151/90 tad-29 t'Ottubru 1990 dwar żieda fil-kontrolli fil-Portugal dwar l-ispiża addebitata lit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Ewropew tal-Gwida Agrikola u tal-Garanzija
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3151/90 tad-29 t'Ottubru 1990 dwar żieda fil-kontrolli fil-Portugal dwar l-ispiża addebitata lit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Ewropew tal-Gwida Agrikola u tal-Garanzija
ĠU L 302, 31.10.1990, pp. 52–53
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 302 , 31/10/1990 P. 0052 - 0053
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0005
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0005
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3151/90 tad-29 t'Ottubru 1990 dwar żieda fil-kontrolli fil-Portugal dwar l-ispiża addebitata lit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Ewropew tal-Gwida Agrikola u tal-Garanzija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 43 li hemm fih, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, skond Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 t'April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [4], l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jissodisfaw rwieħhom li t-transazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew tal-Gwida Agrikola u tal-Garanzija (EAGGF) huma verament imwettqa u jsiru sew, biex ikunu evitati u jieħdu ħsieb irregolarijiet u li jirkupraw ammonti mitlufa li jirriżultaw minn irregolarijiet jew negliġenza; Billi fl-ewwel ta' Jannar 1991 l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-EAGGF se testendi fil-Portugal għall-prodotti suġġetti għat-transizzjoni bl-istadji u x-xogħol li se jaqa’ fuq id-dipartimenti responsabbli mill-kontrolli u awtoriżżati li jħallsu l-ispiża f'dan l-Istat Membru se jkun bħala riżultat ħafna akbar; Billi l-Instituto Nacional de Intervenção u l-Garantia Agrícola (INGA) kienu nnominati mill-Gvern Portugiż skond Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 biex iħallsu ħafna mill-ispejjeż riferuti f'Artikolu 2 u 3 ta' dak ir-Regolament u barra minn hekk li jiżguraw il-ko-ordinazzjoni u l-ipproċessar tal-informazzjoni dwar l-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż li l-pagament agħhom attwalment isir minn awtoritajiet oħra nnominati għal dan l-iskop; Billi l-INGA m'għandhiex infrastruttura tal-ipproċessar tal-informazzjoni biżżejjed biex tiżgura il-ġbir, l-ipproċessar, l-eżami u t-trasmissjoni ottimali tal-informazzjoni kollha tal-ispiża ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanziji tal-EAGGF; billi t-tali nuqqas x'aktarx li jfixkel l-amministrazzjoni, l-eżami u l-prevenzjoni tal-irregolaritajiet u l-frodi; Billi l-INGA ħejjiet proġett biex tagħmel tajjeb għal dak in-nuqqas u minħabba l-ispiża talbet lill-Komunità biex tagħmel kontribuzzjoni finanzjarji għall-implimentazzjoni tiegħu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Kontribuzzjoni mill-Komunità għandha tingħata lill-Portugal biex tgħinu jistabbilixxi sistema ta' proċessar tal-informazzjoni fl-Instituto Nacional de Intervenção u fil-Garantia Agrícola u jagħmel konnessjoni ma’ aġenziji oħra tal-ħlas u tas-sorveljanza. 2. Is-sistema tal-ipproċessar tal-informazzjoni riferuta fil-paragrafu 1 trid tippermetti l-ġbir, l-ipproċessar, is-sorveljanza u t-trasmissjoni lill-Kummissjoni tal-informazzjoni fuq l-ispiża finanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija tal-EAGGF fil-Portugal. Għandha tirrelata ma’ l-amministrazzjoni tajba u l-effettivita’ tal-kontrolli u l-prevenzjoni tal-irregolarijiet u l-frodi li jistgħu jsiru għad-detriment tal-EAGGF. 3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità ma tistax taqbeż 70 % tal-ispiża attwalment minfuqa fit-twaqqif u l-kummissjoni tas-sistema tal-ipproċessar tal-informazzjoni riferuta fil-paragrafu 1 u ma tistax taqbeż 4 miljun ECU bħala total. Artikolu 2 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tista’ tkun suġġetta għall-ħlasijiet bin-nifs bil-quddiem. 2. Biex ikun applikat Artikolu 1(3), l-4 miljun EKU jinqalbu fi skudi Portugiżi billi tkun applikata r-rata tal-kambju fis-seħħ fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar tax-xahar ta' qabel dak li fih il-bilanċ jitħallas, u ppubblikat fis-serje "Ċ" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jkunu adottati malli jkunu meħtieġa skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 t'Ottubru 1990. Għall-Kunsill Il-President G. Ruffolo [1] ĠU Ċ 208, tal- 21.8.1990, p. 7. [2] Opinjoni li twasslet fit-12 t'Ottubru 1990 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. [4] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1. --------------------------------------------------