EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31990L0121

It-Tnax-Il Direttiva tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 1990 li taddatta għal progress tekniku Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

ĠU L 71, 17.3.1990, p. 40–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/121/oj

31990L0121



Official Journal L 071 , 17/03/1990 P. 0040 - 0042
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0149
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 19 P. 0149


It-Tnax-Il Direttiva tal-Kummissjoni

tal-20 ta’ Frar 1990

li taddatta għal progress tekniku Annessi II, III, IV, V u VI tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(90/121/KEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/679/KEE [2], u b’mod partikulari Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, ċerti aġenti koloranti, sustanzi u preservattivi permissibbli proviżonalment, jistgħu jkunu permissibbli definittivament, waqt li oħrajn għandhom ikunu ipprojbiti definittivament jew ikunu permissibbli għal perjodu ieħor speċifiku;

Billi, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, hemm bżonn li jkun ipprojbit l-użu ta’ ċerti aġenti koloranti, 11 a -hydroxypregn-4-ene-3,20-dione u l-esteri, l-ormoni, ż-żirkonjum tiegħu bl-eċċezzjoni ta’ ċerti kumplessi, tyrothricin, antiandroġeni ta’ struttura ta’ sterojd, acetonitrile u tetrahydrozoline;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar reċenti, l-użu ta’ l-aċetat taċ-ċomb bħala kulur għax-xagħar jista’ jkun permissibbli fi prodotti kosmetiċi suġġett għal ċerti limitazzjonjiet u ħtiġijiet, basta li jingħataw ċerti twissijiet fuq l-ittikettjar għall-iskop li tkun protetta s-saħħa pubblika;

Billi l-użu tal-lakki koloranti CI 17200 għandu jkun awtorizzat;

Billi, fuq il-bażi tar-riċerka xjentifika u teknika l-aktar reċenti, l-użu ta’ 3-decyloxy-2-hydroxy-1-aminopropane-hydrochloride bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi u l-użu ta’ Solvent isfar 98 bħala aġent koloranti fi prodotti ta’ kura tad-dwiefer, huwa permissibli suġġett għal ċerti limitazzjonijiet u ħtiġiet;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-tneħħija ta’ l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ fis-settur tal-prodotti kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hi emendata kif ġej:

1. F’Anness II:

- fin-Nru 39, "bl-eċċezzjoni ta’ dak mogħti f’Anness V" huwa mħassar,

- fin-Nru 194, "bl-eċċezzjoni ta’ dawk elenkati f’Anness V" huwa mħassar,

- fin-Nru 289, "taħlita, bl-eċċezzjoni ta’ dak imsemmi f’Anness V" huwa mibdul bi "taħlitiet, bl-eċċezzjoni ta’ dak imsemmi f’Anness III, Nru 55 permezz tal-kundizzjonijiet mistqarra."

- fin-Nri 376 u 377, "u l-imluħa tagħhom" hi miżjuda,

- is-sustanzi li ġejjin huma miżjuda:

"385. 11 α-Hydroxypregn-4-ene-3,20-dione u l-esteri tiegħu

386. l-aġent koloranti CI 42640

387. l-aġent koloranti CI 13065

388. l-aġent koloranti CI 42535

389. l-aġent koloranti CI 61554

390. l-antiandroġeni bi struttura ta’ sterojdi

391. Iż-żirkonjum u t-taħlitiet tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-kumplessi taħt ir-referenza numru 50 f’Anness III (il-Parti 1) u tal-lakki, l-imluħa u l-pigmenti taż-żirkonjum ta’ l-aġenti koloranti elenkati bir-referenza numru 3 f’Anness IV (il-Parti 1)

392. Thyrothricine

393. Acetonitrile

394. Tetrahydrozoline u l-imluħa tiegħu."

2. F’Anness III, il-Parti 1, fil-verżjoni Franċiża biss, taħt ir-referenza numru 1, l-aċidu boriku:

(a) fil-kolonna (e), "ne pas employer dans des produits de soins pour enfants en dessous de 3 ans" hi mibdula bi "ne pas employer dans des produits d’hygiène pour enfants en dessous de 3 ans" (it-test Ingliż (u Malti) jibqa’ l-istess);

(b) fil-kolonna (f), "ne pas employer pour les soins d’enfants en dessous de 3 ans" hi mibdula bi "ne pas employer pour l’hygiène des enfants en dessous de 3 ans" (it-test Ingliż (u Malti) jibqa’ l-istess).

3. F’Anness III, il-Parti 1, ir-referenza numru 55 hija miżjuda ma’ dan li ġej:

"a | b | c | d | e | f |

55 | Aċetat taċ-ċomb | Biss għal żebgħa tax-xagħar | 0,6 % ikkalkulat f’ċomb | | Żommu ‘l bogħod mit-tfal. Evita kull kuntatt ma’ l-għajnejn. Aħsel idejk wara l-użu. Fih l-aċetat taċ-ċomb. Tużaħx biex tagħti kulur lix-xagħar ta’ l-għajnejn jew tal-mustaċċi. Jekk tiżviluppa irritazzjoni, waqqaf l-użu." |

4. F’Anness III, il-Parti 2,

"tal- 31.12.1989"

fil-kolonna intitolata

"Permissibli sal"

hija mibdula bi

"tal- 31.12.1990"

għan-numri ta’ referenza kif ġej:

2. 1,1,1-Trichloroethane (methyl chloroform), u

4. 2,2-Dithiobis (pyridine 1-oxide), prodott li jiżdied mas-sulfat tal-magnesju tri-idrat.

5. F’Anness IV, il-Parti 1:

(a) indiċi tal-kulur numru 42640 hija mħassra;

(b) għall-indiċi ta’ kulur numri 42045 u 44045 is-sinjal salib "X" hu mħassar mill-kolonna 4 u mdaħħal fil-kolonna 3;

(ċ) "Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra" hija mħassra għall-indiċi ta’ kulur numri 42045 u 44045;

(d) referenza għan-nota f’qiegħ il-paġna "(3)" hija miżjuda mad-daħla għall-indiċi ta’ kulur numru 17200.

6. F’Anness IV, il-Parti 2:

(a) l-aġent koloranti li ġej huwa miżjud:

"Numru ta’ indiċi jew denominazzjoni tal-kulur | Kulur | Qasam ta’ l-applikazzjoni | Limitazzjonijiet u ħtiġiet Oħra (2) | Permissibbli sal- |

1 | 2 | 3 | 4 |

Solvent isfar 98 | Isfar | | | × | | Biss fil-preparazzjonijiet ta’ kura tad-dwiefer massimu ta’ 0,5 % fil-prodott finali | tal- 31.12.1991" |

(b) l-indiċi tal-kulur numri 13065, 21110, 42045, 42535, 44045, 61554 huma mħassra;

(ċ) "tal- 31.12.1989" fil-kolonna intitolata "Awtorizzazzjoni valida sal" hija mibdula bi "tal- 31.12.1990" sa fejn huma ikkonċernati l-indiċi ta’ kulur numri 26100 u 73900;

(d) "tal- 31.12.1990" fil-kolonna intitolata "Awtorizzazzjoni valida sal" hija mibdula bi "tal- 31.12.1991" sa fejn huma konċernati l-indiċi ta’ kulur numru 74180;

7. F’Anness V, in-numri 1, 3, 6, 9 huma mħassra.

8. (a) F’Anness VI, il-Parti 2, in-numru 27 huwa miżjud:

a | b | ċ | d | e | f |

27 | 3-Decyloxy-2-hydroxy-1-amino propane-hydro-chloride (Decominol) (INN)) | 0,5 % | | | tal- 31.12.1990 |

(b) f’Anness VI, il-Parti 2,

"tal- 31.12.1989"

fil-kolonna (f) hija mibdula bi

"tal- 31.12.1990"

għas-sustanzi li ġejjin:

2. Chlorphenesin (IIM),

4. Alkyl (C12-C22) trimethyl-ammonium bromide u klorid (inkluż il-bromid taċ-ċetrimonjum) (*),

6. 4,4-Dimethyl-1,3-oxazolidine,

15. Benzethonium chloride (IIM) (*),

16. Benzalkonium chloride (IIM), bromide u saccharinate (*),

17. 1-[1,3-Bis (hydroxymethyl)2,5-dioxoimidazo- lidin-1-yl]-1,3-bis (hydroxymethy) urea,

20. Hexamidine (IIM) u l-imluħa tiegħu (li jinkludu l-isethionate u 4-hydroxybenzoate) (*),

21. Benzylhemiformal (a 1: 1 taħlita ta’ benzyloxymethanol u (benzyloxymethoxy) methanol).

Artikolu 2

1. Independentament mid-dati ta’ dħul li hemm referenza dwarhom f’Artikolu 1, il-punti 4, 6 u 8, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li sa mill-1 ta’ Jannar 1991, għas-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punt 1, u sa mill-1 ta’ Jannar 1992, għas-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punti 3, 5, 6 u 8, la l-manufatturi u lanqas l-importaturi stabbiliti fil-Komunità ma għandhom ipoġġu fis-suq prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li l-prodotti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 li jkun fihom is-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punt 1 ma għandhomx jinbiegħu aktar jew ikunu mogħtija lill-konsumatur finali wara l-31 ta’ Diċembru 1991 u li l-prodotti li jkun fihom is-sustanzi msemmija f’Artikolu 1, il-punti 3, 5, 6 u 8 ma għandhomx jinbiegħu aktar jew jingħataw lill-konsumatur finali wara l-31 ta’ Diċembru 1993, jekk ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1990. Għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Frar 1990.

Għall-Kummissjoni

Karel Van Miert

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 398, tat-30.12.1989, p. 25.

--------------------------------------------------

Top