Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R1585

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1585/89 tas-7 ta' Ġunju 1989 dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

ĠU L 156, 8.6.1989, pp. 18–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2009; Imħassar b' 32009R1179

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/1585/oj

31989R1585



Official Journal L 156 , 08/06/1989 P. 0018 - 0019
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0048
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0048


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1585/89

tas-7 ta' Ġunju 1989

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1495/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tieghu,

Billi sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iffissa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hi totalment jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid magħha suddiviżjonijiet addizzjonali u li hija mwaqqfa b'disposizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bl-iskop ta' l-applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu man-negozju ta'oġġetti;

Billi, sussegwenti għall-imsemmija regoli ġenerali,l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xieraq muri fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3;

Billi l-miżuri li hemm stabbiliti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tan-Nomenklatura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma b'hekk klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM xieraq muri fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta'Ġunju 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 148, ta' l-1.6.1989, pġ. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika ta' kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Xama’ sintetika tal-pitrolju li għandha piż molekulari ta' mhux anqas minn 460 u mhux aktar minn 1560 li għandha f'piż anqas minn 0,75 % ta' żejt | 27122000 | Klassifika hija stabbilita bid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-test ta' kodiċijiet NM 2712 and 27122000. (Ara wkoll noti spjegattivi għall-kodiċi NM 27122000) |

--------------------------------------------------

Top