Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R0213

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 213/89 tas-27 ta' Jannar 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2288/83 li jistabbilixxi l-lista ta' sustanzi bioloġiċi u kimiċi li għalihom jipprovdi l-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-ħelsien mid-dazju tad-dwana

    ĠU L 25, 28.1.1989, p. 70–70 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2012; Imħassar b' 32012R0080

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/213/oj

    31989R0213



    Official Journal L 025 , 28/01/1989 P. 0070 - 0070
    Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0005
    Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0005


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) nru 213/89

    tas-27 ta' Jannar 1989

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2288/83 li jistabbilixxi l-lista ta' sustanzi bioloġiċi u kimiċi li għalihom jipprovdi l-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jistabbilixxi sistema tal-Komunità għall-ħelsien mid-dazju tad-dwana

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l- Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jwaqqaf sistema tal-Komunità għall-ħelsien mid-dazju tad-dwana [1], kif emendat bir-Regolament (EEC) Nru 4235/88 [2] u b'mod partikolari l-Artikolu 143(1) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2288/83 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3692/87 [4], iniżżel il-lista ta' sustanzi bijoloġiċi jew kimiċi li għalihom jipprovdi l-Artikolu 60(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83; billi ħareġ minn tagħrif addizzjonali rċevut mill-Istati Membri li r-Regolament għandu għal darb'oħra jiġi emendat b'tali mod li jinkludi fil-lista sustanza li ma tinsabx fih u li dwarha fil-preżent m'hemm ebda produzzjoni ekwivalenti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità;

    Billi huwa meħtieġ li jiġi provdut għall-applikazzjoni b'effett retrospettiv ta' dawn id-dispożizzjonijiet biex ikunu jkopru l-importazzjonijiet ta' dik is-sustanza sa mill-1 ta' Settembru 1988;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Arranġamenti ta' Ħelsien mid-Dazju,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness li jinsab mar-Regolament (EEC) Nru 2288/83 qiegħed b'dan jiġi kompletat bid-dħul tas-sustanza li jisimha "Orcoacid Sulphorhodamine G" (kodifika CN 3204).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Settembru 1988.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, fis-27 ta' Jannar 1989.

    Għall-Kummissjoni

    Christiane Scrivener

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

    [2] ĠU L 373, tal-31.12.1988, p. 1.

    [3] ĠU L 220, tal-11.8.1983, p. 13.

    [4] ĠU L 347, tal-11.12.1987, p. 16.

    --------------------------------------------------

    Top