Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R1746

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1746/85 tas-26 ta' Ġunju 1985 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2289/83 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja għal eżenzjonijiet mid-dazju doganali

ĠU L 167, 27.6.1985, pp. 23–24 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2011; Imħassar b' 32011R1224

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/1746/oj

31985R1746



Official Journal L 167 , 27/06/1985 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0063
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 13 P. 0224
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0063
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 13 P. 0224


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1746/85

tas-26 ta' Ġunju 1985

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2289/83 li jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 70 sa 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 li jwaqqaf sistema Komunitarja għal eżenzjonijiet mid-dazju doganali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 tat-28 ta' Marzu 1983 li jistabilixxi sistema Komunitarja għal eżenzjonijet mid-dazju tad-dwana ([1]), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Billi l-esperjenza miksuba mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2289/83 ([2]

) wriet li l-frażi li għandha tiddaħħal fil-Kopja ta' Kontroll T Nru 5 ma tinfurmax korretament lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni ta' l-obbligazzjoni tagħhom li jiżguraw li l-organizazzjoni li tirċievi l-istrument jew apparat tuża dan skond il-kundizzjonijiet mniżżlin għal għoti kontinwat ta' eżenzjoni minn dazju tad-dwana; billi għalhekk dik il-frażi għandha tiġi emendata;

Billi l-miżuri li hemm dispożizzjoni għalihom f'dan ir-Regolament huma konformi ma l-opinjoni tal-Kumitat għal Arranġamenti bla Dazju,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2289/83 huwa permezz tal-preżenti mibdul b'dan li ġej:

2. Fil-każ li l-istituzzjoni jew organizazzjoni li liha oġġett jissellef, jinkera jew jiġi trasferit jinsab fi Stat membru li mhux dak li fih tinstab l-istituzzjoni jew organiazzjoni li sellef, kera jew ittrasferixxa l-oġġett, meta jintbgħat tali oġġett l-uffiċju tad-dwana kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn qed jintbgħat għandu jiħroġ Kopja ta' Kontroll T Nru 5 skond ir-regoli mniżżlin fir-Regolament (KEE) Nru 223/77 sabiex jiżgura li tali oġġetti jintużaw għal użu li jintitolhom biex ikomplu jikkwalifikaw għal dħul ħieles minn dazju fuq l-importazzjoni. Għal dan il-għan, il-kopja ta' kontroll imsemmija għandha tinkludi, fil-kaxxa 104 taħt waħda l-intestatura "oħra", waħda mid-daħliet li ġejjin:

- "Genstand til handicappede personer: Fortsat fritagelse betinget af overholdelse af artikel 77, stk. 2, andet afsnit, i forordning (EOEF) nr. 918/83";

- "Gegenstand karburanti Behinderte: Weitergewaehrung der Zollbefreiung abhaengig von der Voraussetzung des Artikels 77 Absatz 2 zweiter Unterabsatz der Verordnung (EWG) Nr. 918/83";

- "Antikeímena proorizómena gia meionektonta átoma: Diatírisi tis atéleias exartómeni apó tin tírisi toy árthroy 77 parágrafos 2 déftero edáfio toy kanonismo (EOK) arith. 918/83";

- "Artikolu for the handicapped: continuation of relief subject to compliance with the second subparagraph of Article 77 (2) of Regulation (EEC) No 918/83";

- "Objet pour personnes handicapées: maintien de la dritt ta' rappreżentanza subordonné au respect de l'L-Artikolu 77 paragraphe 2 deuxième alinéa du règlement (CEE) no 918/83";

- "Oggetto per persone minorate: la franchigia è mantenuta a condizione che venga rispettato l'articolo 77 paragrafo 2, secondo comma del regolamento (CEE) n. 918/83";

- "Voorwerp voor gehandicapten: handhaving van de paragrafo is afhankelijk van de nakoming van artikel 77, lid 2, tweede alinea van Verordening (EEG) nr. 918/83".'

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1985.

Dan ir-Regolament jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fis-26 ta' Ġunju 1985.

Għall-Kummissjoni

COCKFIELD

Viċi-President

[1] ĠU L 105, tat-23.4.1983, p. 1.

[2] ĠU L 220, tal-11.8.1983, p. 15.

Top