Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984D0419

    Deċiżjoni tal-kummissjoni tad-19 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba tal-merħliet

    ĠU L 237, 5.9.1984, p. 11–12 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1984/419/oj

    31984D0419



    Official Journal L 237 , 05/09/1984 P. 0011 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0029
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 32 P. 0070
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0029
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 32 P. 0070


    Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni

    tad-19 ta' Lulju 1984

    li tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba tal-merħliet

    (84/419/KEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar annimali ta' razza pura ta' l-ispeċi ta' l-ifrat għat-trobbija [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja u b'mod partikolari r-raba’ inċiż ta' Artikolu 6(1) tiegħu,

    Billi, skond ir-raba’ inċiż ta' Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/504/KEE, għandha tkun il-Kummissjoni li tiddetermina, skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva, il-kriterji armonizzati li jirregolaw ir-reġistrazzjoni ta' l-ifrat fil-kotba tal-merħliet;

    Billi fl-Istati Membri kollha ħlief fil-preżent il-Greċja kotba tal-merħliet jinżammu jew huma stabbiliti minn organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta' min irabbi l-bhejjem;

    Billi huwa għalhekk meħtieġ li jkunu stabbiliti l-kriterji għar-reġistrazzjoni ta' l-ifrat f'kotba tal-merħliet;

    Billi kondizzjonijiet preċiżi dwar nisel u identifikazzjoni għandhom jiġu sodisfatti qabel ir-reġistrazzjoni fil-ktieb tal-merħliet;

    Billi trid tingħata xi ftit konċessjoni għad-divizjoni tal-ktieb tal-merħliet f'sezzjonijiet u klassijiet differenti biex ċerti tipi ta' annimali ma jkunux esklużi;

    Billi l-miżuri li tiddisponi għalihom din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-żooteknika,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Biex jikkwalifika għal reġistrazzjoni tar-razza tiegħu fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb tal-merħliet annimal irid:

    - ikun imnissel minn ġenituri u nanniet reġistrati fil-ktieb tal-merħliet ta' l-istess nisel,

    - ikun identifikat mit-twelid skond ir-regoli ta' dak il-ktieb,

    - ikollu stabbilit arblu tar-razza skond ir-regoli ta' dak il-ktieb tal-merħliet.

    Artikolu 2

    Is-sezzjoni prinċipali ta' ktieb tal-merħliet tista’ tinqasam f'diversi klassijiet skond il-merti ta' l-annimali. Annimali ta' l-ifrat biss li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'Artikolu 1 jistgħu jkunu rreġistrati f'waħda minn dawk il-klassijiet.

    Artikolu 3

    1. Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' min irabbi l-bhejjem li żżomm ktieb tal-merħliet tista’ tiddeċiedi li mara, li ma tissodisfax il-kriterji preskritti f'Artikolu 1, tista’ tkun reġistrata f'sezzjoni supplimentari ta' dak il-ktieb tal-merħliet. Il-mara għandha tissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin:

    - tkun identifikata skond ir-regoli tal ktieb tal-merħliet,

    - tkun ġudikata li tikkonforma ma’ l-istandard tar-razza,

    - ikollha kriterji minimi ta' prestazzjoni kif preskritti fir-regoli tal-ktieb tal-merħliet.

    2. Il-ħtiġijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu differenzjati skond jekk il-mara tappartjenix għar-razza għalkemm m'għandha ebda oriġini magħrufa jew inkisbitx minn programm ta' taħlita ta' razez approvat minn organizzazzjoni jew assoċjazzjoni ta' min irabbi l-bhejjem li żżomm il-ktieb tal-merħliet.

    Artikolu 4

    Mara li ommha u nannitha materna huma rreġistrati f'sezzjoni supplimentari tal-ktieb tal-merħliet kif previst f'Artikolu 3(1) u li missierha u żewġ nanniet irġiel huma reġistrati fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb skond il-kriterji preskritti f'Artikolu 1, għandha titqies bħala mara ta' razza pura u mdaħħla fis-sezzjoni prinċipali tal-ktieb, kif previst f'Artikolu 1.

    Artikolu 5

    Meta ktieb ikun fih klassijiet diversi fis-sezzjoni prinċipali, annimal minn xi Stat Membru ieħor għandu jkun reġistrat fil-klassi tal-ktieb li tissodisfa l-kriterji tiegħu.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Lulju 1984.

    Għall-Kummissjoni

    Poul Dalsager

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

    --------------------------------------------------

    Top