Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31982D0505

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1982 li tikkonkludi l-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Passiġġieri fit-Triq permezz tas-Servizzi Okkażjonali tal-Coach jew ix-Xarabank (ASOR)

    ĠU L 230, 5.8.1982, p. 38–38 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1982/505/oj

    Related international agreement

    31982D0505



    Official Journal L 230 , 05/08/1982 P. 0038 - 0038
    Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0003
    Spanish special edition: Chapter 07 Volume 3 P. 0042
    Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0003
    Portuguese special edition Chapter 07 Volume 3 P. 0042


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-12 ta' Lulju 1982

    li tikkonkludi l-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali ta' Passiġġieri fit-Triq permezz tas-Servizzi Okkażjonali tal-Coach jew ix-Xarabank (ASOR)

    (82/505/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 75 tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali tal-Passiġġieri fit-Triq permezz tas-Servizzi Okkazzjonali tal-Coach jew ix-Xarabank (ASOR) ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Awstrija, Spanja, il-Finlandja, in-Norveġja, il-Portugall, l-Isvezja, l-Isvizzera u t-Turkija skond id-direttiva tan-negozjati adottata mill-Kunsill;

    Billi l-ASOR għandha tgħin biex tiġi ffaċilitata l-ħidma ta' servizzi okkażjonali u għandha tippromwovi t-turiżmu fl-Ewropa tal-Punent,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    L-Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali tal-Passiġġieri fit-Triq permezz tas-Servizzi Okkazzjonali tal-Coach jew ix-Xarabank (ASOR) flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali qed jiġu b'hekk approvati f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

    It-testi msemmija fl-ewwel paragrafu qed jiġu annessi ma' din id-Deċiżjoni.

    L-Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jiddepożita l-atti previsti fl-Artikolu 18 tal-Ftehim [4].

    Magħmula fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 1982.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Nørgaard

    [1] ĠU C 31, 8.2.1982, p. 1.

    [2] ĠU C 182, tad-19.7.1982, p. 27.

    [3] L-opinjoni mogħtija fis-26 ta' Mejju 1982 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

    --------------------------------------------------

    Ftehim

    dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Passiġġieri bit-Triq permezz ta' Servizzi Okkażjonali b'Coaches u b'Xarabanks (FSOT)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

    IL-GVERN TA' SPANJA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IL-GVERN TAR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PORTUGALL,

    IL-GVERN TA' L-ISVEZJA,

    IL-KUNSILL FEDERALI TA' L-ISVIZZERA,

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA,

    XEWQANA li jippromwovu l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali u speċjalment biex jiffaċilitaw l-organizzazzjoni u t-twettiq tiegħu;

    BILLI xi ġarr internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq permezz ta' servizzi okkażżjonali ta' coaches u ta' xarabanks huwa liberalizzat safejn il-Komunità Ekonomika Ewropea hija konċernata bir-Regolament tal-Kunsill Nru 117/66/KEE tat-28 ta' Lulju 1966 dwar l-introduzzjoni ta' regoli komuni għall-ġarr internazzjonali ta' passeġġieri bil-coach u bix-xarabank [1] u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1016/68 tad-9 ta' Lulju 1968 li jippreskrivi d-dokumenti ta' kontroll mudell imsemmija fl-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 117/66/KEE [2];

    BILLI, barra minn hekk, il-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (KEMT) addottat fis-16 ta' Diċembru 1969 ir-rizoluzzjoni Nru 20 li tikkonċerna l-formolazzjoni ta' regoli ġenerali għal trasport internazzjonali bil-Coach u bix-Xarabank [3] li tikkonċerna wkoll il-liberalizzazzjoni ta' xi ġarr internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq permezz ta' servizzi okkażżjonali bil-Coach u bix-Xarabank;

    BILLI huwa mixtieq li jkun provdut għal miżuri ta' liberalizzazzjoni armonizzata għal servizzi internazzjonali okkażjonali għal passiġġieri bit-triq u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' spezzjoni billi jiġi introdott dokument waħdieni;

    BILLI huwa mixtieq li jingħataw xi xogħlijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-Ftehim għas-Segretarjat tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport;

    IDDEĊIDEW li jistabbilixxu regoli uniformi għall-ġarr internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq jew permezz ta' servizzi bil-Coach jew bix-Xarabank,U GĦAL DAN IL-GĦAN innominaw bħala l-Plenipotenzjarji tagħhom:

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ:

    M. Herman De Croo,

    Ministre des Communications du Royaume de Belgique,

    Président en exercice du Conseil des Communautés européennes;

    M.G. Contogeorgis,

    Membre de la Commission des Communautés européennes;

    IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA:

    M. Karl Lausecker,

    Ministre fédéral des transports;

    IL-GVERN TA' SPANJA:

    Don Emilio Pan de Soraluce,

    Ambassadeur;

    IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA:

    M. Jarmo Wahlströem,

    Ministre des Transports;

    IL-GVERN TAR-RENJU TAN-NORVEĠJA:

    M. Erik Ribu,

    Secrétaire général au Ministère des Transports et Communications;

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PORTUGALL:

    M. José Carlos Viana Baptista,

    Ministre du Logement, des Travaux publics et des Transports;

    IL-GVERN TA' L-ISVEZJA:

    M. Nils Erik Bramsvik,

    Sous-secrétaire d'État au Ministère des Communications;

    IL-KUNSILL FEDERALI SVIZZERU:

    M. Léon Schlumpf,

    Conseiller fédéral,

    Chef du département fédéral des Transports, des Communications et de l'Énergie;

    GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA:

    Dr Mustafa A. Aysan,

    Ministre des Transports;

    LI, wara li skambjaw bejniethom il-Pieni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    IT-TAQSIMA I

    Il-Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

    L-Artikolu 1

    1. Dan l-Arranġament għandu jgħodd:

    (a) għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bit-triq permezz ta' servizzi okkażjonali effettwati:

    - bejn it-territorji taż-żewġ Partijiet Kontraenti, jew

    - li jibda u li jispiċċa fit-territorju ta' l-istess Parti Kontraenti,

    - li jużaw vetturi rreġistrati fit-territorju ta' Parti Kontraenti li b'virtu tal-konstruzzjoni u ta' l-apparat tagħhom, huma addattati sabiex iġorru aktar minn disà persuni, li jinkludu x-xufier, u huma maħsuba għal dak l-iskop;

    (b) għal vjaġġi mhux mgħobbija tal-vetturi li għandhom x'jaqsmu ma' dawn is-servizzi.

    2. Għall-iskop ta' dan il-Ftehim, is-servizzi internazzjonali għandhom jiġu mifhuma bħala servizzi li jaqsmu t-territorju ta' mill-inqas żewġ Partijiet Kontraenti.

    3. Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, it-terminu "territorju ta' Parti Kontraenti" jkopri, safejn tkun konċernata il-Komunità Ekonomika Ewropea, dawk it-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat.

    L-Artikolu 2

    1. Għall-iskop ta' dan il-Ftehim, servizzi okkażjonali għandhom ifissru servizzi li la jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' servizz regolari fl-Artikolu 3 u lanqas taħt id-definizzjoni ta' servizz ta' ġejjin u sejrin (shuttle) fl-Artikolu 4. Jinkludu:

    (a) tours bil-bibien magħluqin, jiġifieri servizzi fejn l-istess vettura tiġi użata biex iġġor l-istess grupp ta' passiġġieri matul il-vjaġġ kollu u sabiex teħodhom lura għall-post minn fejn ikunu telqu;

    (b) servizzi li jagħmlu l-vjaġġ 'l barra mgħobbija u l-vjaġġ ta' ritorn mhux mgħobbija;

    (ċ) is-servizzi l-oħrajn kollha.

    2. Għajr għal eżenzjonijiet awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti konċernata, matul is-servizzi okkażjonali ebda passiġġier ma jista' jitella' abbord jew jitniżżel matul il-vjaġġ. Servizzi bħal dawn jistgħu jiġu mħaddma b'ċertu ammont ta' frekwenza mingħajr b'hekk ma jnaqqas milli jkunu servizz okkażjonali.

    L-Artikolu 3

    1. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim servizzi regolari għandhom ifissru servizzi li jipprovdu għall-ġarr ta' passiġġieri skond frekwenza speċifikata u matul rotot speċifikati, li bihom il-passiġġieri jkunu jistgħu jittellgħu jew jitniżżlu f'postijiet ta' waqfien stabbiliti minn qabel. Servizzi regolari jistgħu jkunu soġġetti għall-obbligu li jirrispettaw skedi u tariffi stabbiliti minn qabel.

    2. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, servizzi, organizzati minn kwalunkwe persuna, li jipprovdu għall-ġarr ta' kategoriji speċifikati ta' passiġġieri bl-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, sakemm dawn is-servizzi jiġu mħaddma taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu meqjusa wkoll bħala servizzi regolari. Servizzi bħal dawn, b'mod partikolari dawk li jipprovdu għall-ġarr tal-ħaddiema għall- u mill-post tax-xogħol jew ta' tfal ta' l-iskola għall- u mill-iskola, huma msejħin "servizzi regolari speċjali".

    3. Il-fatt li servizz jista' jkun varjat skond il-ħtiġiet ta' dawk ikkonċernati mhux sejjer jaffettwa l-klassifikazzjoni ta' servizz regolari.

    L-Artikolu 4

    1. Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, servizzi ġejjin u sejrin (shuttle) għandhom ifissru servizzi li bihom, permezz ta' vjaġġi 'l barra u lura ripetuti, gruppi li jkunu ġew iffurmati qabel ta' passiġġieri jinġarru minn post partikolari ta' tluq għal destinazzjoni waħda. Kull grupp, magħmul mill-passeġġieri li għamlu l-vjaġġ 'l barra, għandhom jinġarru lura għall-post ta' tluq fuq vjaġġ aktar tard.

    Post ta' tluq u destinazzjoni għandhom ifissru rispettivament il-post minn fejn jibda l-vjaġġ u l-post fejn jintemm il-vjaġġ, flimkien ma', f'kull każ, il-lokalità ta' mad-dawra.

    2. Fil-kors tas-servizzi ġejjin u sejrin (shuttle), ebda passiġġier ma jista' jittella' jew jitniżżel matul il-vjaġġ.

    3. L-ewwel vjaġġ ta' ritorn u l-aħħar vjaġġ 'l barra f'serje ta' vjaġġi ġejjin u sejrin (shuttle) għandhom isiru mhux mgħobbija.

    4. Iżda, il-klassifikazzjoni ta' ħidma ta' trasport bħala servizz ta' vjaġġi ġejjin u sejrin (shuttle) mhux sejra tiġi affettwata bil-fatt li, mal-ftehim ta' l-awtoritajiet kompetenti fil-Parti jew Partijiet Kontraenti konċernati:

    - passeġġieri, li minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jagħmlu l-vjaġġ lura ma' grupp ieħor,

    - passeġġieri, li minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, jittellgħu jew jitniżżlu matul il-vjaġġ,

    - l-ewwel vjaġġ 'l barra u l-aħħar vjaġġ lura tas-serje ta' vjaġġi ġejjin u sejrin, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, jsiru mhux mgħobbija.

    IT-TAQSIMA II

    Mizuri ta' liberalizzazzjoni

    L-Artikolu 5

    1. Is-servizzi okkażjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa għal kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' trasport fuq it-territorju ta' kwalunkwe Parti Kontraenti għajr dak li fih tkun irreġistrata l-vettura.

    2. Is-servizzi okkażżjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(ċ) għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' trasport fuq it-territorju ta' kwalunkwe Parti Kontraenti għajr dak li fih tkun irreġistrata l-vettura, fejn ikunu kkaratterizzati minn dan li ġej:

    - il-vjaġġ 'l barra jsir mhux mgħobbi u l-passeġġieri kollha jittellgħu mill-istess post, u

    - il-passiġġieri:

    (a) - jikkostitwixxu gruppi, fit-territorju ta' Parti mhux Kontraenti jew ta' Parti Kontraenti għajr dak li fih tkun irreġistrata l-vettura jew dak minn fejn jittellgħu l-passeġġieri, iffurmati taħt kuntratt ta' ġarr magħmul qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Parti Kontraenti ta' l-aħħar, u

    - jinġarru fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih tkun irreġistrata l-vettura; jew

    (b) - li jkunu nġiebu minn qabel, mill-istess ġarrier fiċ-ċirkustanzi li għalihom hemm provdut taħt l-Artikolu 2(1)(b), fit-territorju tal-Parti Kontraenti minn fejn jerġgħu jittellgħu mill-ġdid u jiġu ttrasportati fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih tkun irreġistrata l-vettura; jew

    (ċ) - kienu ġew mistiedna jivjaġġaw fit-territorju ta' Parti Kontraenti oħra, l-ispejjeż tat-trasport jiġu mħallsa mill-persuna li tkun ħarġet l-istedina. Passiġġieri bħal dawn iridu jikkostitwixxu grupp omoġenju, li ma jkunx ġie ffurmat biss bil-ħsieb li jagħmlu dak il-vjaġġ partikolari u li jinġieb fit-territorju tal-Parti Kontraenti ta' Kuntratt li fih tkun irreġistrata l-vettura.

    3. Sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jiġux sodisfatti, fil-każ ta' servizzi okkażżjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(ċ), servizzi bħal dawn jistgħu jkunu magħmula soġġetti għall-awtorizzazzjoni tat-trasport fit-territorju tal-Parti Kontraenti konċernata.

    IT-TAQSIMA III

    Dokument ta' Kontroll

    L-Artikolu 6

    Il-ġarriera li jħaddmu servizzi okkażżjonali fit-tifsira ta' dan il-Ftehim għandhom, kull meta jkunu meħtieġa jagħmlu dan minn kwalunkwe uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat, jippreżentaw il-lista tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom li tifforma parti minn dokument ta' kontroll maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti Kontraenti fejn tkun irreġistrata l-vettura jew minn kwalunkwe aġenzija awtorizzata bix-xieraq. Dan id-dokument ta' kontroll għandu jieħu post id-dokumenti ta' kontroll eżistenti.

    L-Artikolu 7

    1. Id-dokument ta' kontroll li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 6 għandu jkun magħmul mil-listi li jistgħu jiġu maqtugħin tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom b'kopja f'kotba ta' 25. Id-dokument ta' kontroll għandu jkun konformi mal-mudell muri fl-Anness għal dan il-Ftehim. Dan l-Anness għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

    2. Kull ktieb u l-lista tal-komponenti tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom għandhom ikollhom numru. Il-listi tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom għandhom ikunu nnumerati wkoll b'mod konsekuttiv, minn 1 sa 25.

    3. Il-formolazzjoni fuq il-qoxra tal-ktieb u dik fuq il-listi tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom għandha tkun stampata fil-lingwa uffiċjali jew fil-bosta lingwi uffiċjali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea jew ta' kwalunkwe Parti Kontraenti oħra li fiha tkun irreġistrata l-vettura.

    L-Artikolu 8

    1. Il-ktieb li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 7 għandu jsir f'isem il-ġarrier; m'għandux ikun trasferibbli.

    2. Il-kopja tal-wiċċ tal-lista tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom għandha tinżamm fil-vettura għal matul il-vjaġġ kollu li tirreferi għalih.

    3. Il-ġarrier għandu jkun responsabbli li jara li l-listi tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom jkunu saru b'mod xieraq u korrett.

    L-Artikolu 9

    1. Il-lista tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom għandha tiġi mimlija b'mod idduplikat mill-ġarrier għal kull vjaġġ qabel il-bidu tal-vjaġġ.

    2. Għall-iskop li jipprovdi l-ismijiet tal-passeġġieri, il-ġarrier jista' juża lista diġà magħmula fuq karta separata, li għandha tiġi mwaħħla b'mod sod fil-post li għalih hemm provdut taħt punt Nru 6 fil-lista tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom. It-timbru tat-trasportatur jew, fejn xieraq, il-firma tat-trasportatur jew dik tax-xufier tal-vettura għandhom jiġu applikati kemm fuq il-lista u kemm fuq il-lista tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom.

    3. Għas-servizzi li jinvolvu vjaġġ 'l barra mhux mgħobbi li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 5(2) ta' dan il-Ftehim, il-lista tal-passeġġieri tista' tiġi mimlija kif provdut fil-paragrafu 2 fil-ħin meta jittellgħu l-passeġġieri.

    L-Artikolu 10

    L-awtoritajiet kompetenti f'żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu b'mod bilaterali jew multilaterali li l-lista ta' passeġġieri taħt punt Nru 6 tal-lista tal-passiġġieri bid-destinazzjoni tagħhom ma jkunx hemm għalfejn issir. F'dak il-każ, għandu jintwera n-numru tal-passeġġieri.

    L-Artikolu 11

    1. Mudell b'qoxra ħadra iebsa u li fih it-test tal-paġna tal-qoxra recto verso mudell tad-dokument ta' kontroll muri fl-Anness għal dan il-Ftehim f'kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti kollha għandu jinżamm fil-vettura.

    2. "Test tad-dokument ta' kontroll mudell bid-Daniż, bl-Olandiż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bin-Norveġiż, bil-Portugiz, bl-Ispanjol, bl-Isvediz u bit-Tork"

    .

    3. Dan il-mudell għandu jiġi ppreżentat kull meta jiġi mitlub minn kwalunkwe uffiċjal ta' spezzjoni awtorizzat.

    L-Artikolu 12

    Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, id-dokumenti ta' kontroll użati għal servizzi okkażżjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jistgħu jiġu użati għal sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imsemmi bi qbil ma' l-Artikolu 18(2).

    IT-TAQSIMA IV

    Disposizzjonijiet ġenerali w finaliu

    L-Artikolu 13

    1. L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet Kontraenti għandhom jaddottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jimplimentaw dan il-Ftehim.

    B'mod partikolari, miżuri bħal dawn għandhom ikopru:

    - l-organizzazzjoni, il-proċedura u l-mezzi ta' kontroll, u l-penali għal kwalunkwe ksur tal-ftehim,

    - il-perjodu ta' validità tal-ktieb,

    - l-ipproċessar u l-iffilzar tal-kopja tal-wiċċ u l-kopja tal-listi tal-passeġġieri bid-destinazzjoni tagħhom,

    - in-nominazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 2, 6, 10, u 14, kif ukoll il-korpi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 6,

    - l-ittimbrar, jekk hemm bżonn, tal-listi tal-passeġġieri bid-destinazzjoni tagħhom minn uffiċjali ta' spezzjoni awtorizzati.

    2. Il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkomunikati lis-Segretarjat tal-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (KEMT), li għandu jinforma lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tagħha.

    L-Artikolu 14

    1. L-awtoritajiet kompetenti fil-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-ġarriera jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    2. Għandhom jinformaw lil xulxin skond il-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom bid-delitti mwettqa fit-territorju tagħhom minn ġarrier stabbilit fuq it-territorju ta' Parti Kontraenti oħra u, fejn ikun hemm bżonn, bil-penali mposta.

    L-Artikolu 15

    Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5 u 6 m'għandhomx jiġu applikati sa l-estent li Ftehim jew arranġamenti oħra fis-seħħ jew li għandhom jiġu konklużi bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar, jipprovdu għal-trattament aktar liberali. It-termini "Ftehim jew arranġamenti oħra fis-seħħ bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar" għandu jkopri, sakemm tkun konċernata l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Ftehim u l-arranġamenti l-oħra li kienu ġew konklużi mill-Istati Membri ta' dik il-Komunità.

    L-Artikolu 16

    1. Jekk l-operazzjoni ta' dan il-Ftehim jew il-miżuri meħuda taħt l-Artikolu 13 jagħmlu dan neċessarju, kull Parti Kontraenti tista' titlob li ssir laqgħa bejn il-partijiet tal-Ftehim bil-għan li jiġu eżaminati flimkien il-problemi li tkun iltaqgħet magħhom u kwalunkwe soluzzjonijiet proposti.

    2. Il-Presidenza tal-laqgħat li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tinżamm b'mod alternat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u minn Parti Kontraenti oħra maħtura għal dan l-iskop.

    3. It-talbiet biex ssir laqgħa, li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, għandhom ikunu indirizzati lis-Segretarjat tal-KEMT.

    4. Is-Segretarjat tal-KEMT għandu jinforma b'mod immedjat lill-Partijiet Kontraenti l-oħra bit-talbiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1; sakemm talba bħal din biex issir laqgħa ma tiġix irtirata fi żmien erba' ġimgħat, is-Segretarjat tal-KEMT, meta dan il-perjodu jkun skada, għandu jħabbar id-data u l-post tal-laqgħa bi qbil mal-president li jkun fl-uffiċċju mill-aħħar laqgħa plenarja u għandu jsejjaħ din il-laqgħa f'data l-aktar kmieni possibbli.

    L-Artikolu 17

    1. Meta tiffirma dan il-Ftehim kull Parti Kontraenti tista' tiddikjara, b'notifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra permezz tas-Segretarjat ta' l-KEMT, li ma tikkonsidrax lilha nnifisha marbuta bl-Artikolu 5(2)(b) ta' dan il-Ftehim. F'dan il-każ il-Partijiet Kontraenti l-oħra m'għandhomx ikunu marbutin bl-Artikolu 5(2)(b), fir-rigward tal-Parti Kontraenti li tkun daħlet f'reservazzjoni bħal din.

    2. Id-dikjarazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tista' tiġi rtirata f'kull ħin b'notifika indirizzata lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn permezz tas-Segretarjat tal-KEMT.

    L-Artikolu 18

    1. Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat jew ratifikat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' approvazzjoni jew ta' ratifika għandhom jiġu ddepożitati mill-Partijiet Kontraenti għand is-Segretarjat tal-KEMT.

    2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ, meta ħames Partijiet Kontraenti li jinkludu l-Komunità Ekonomika Ewropea jkunu approvawh jew irratifikawh, fl-ewwel ġurnata tat-tielet xahar ta' wara d-data li fiha, jiġi ddepożitat l-ħames strument ta' approvazzjoni jew ta' ratifika.

    3. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ, għal kull Parti Kontraenti li tapprovah jew li tirretifikah wara d-dħul fis-seħħ li għalih hemm provdut taħt il-paragrafu 2, nhar l-ewwel ġurnata tat-tielet xahar ta' wara d-data li fiha l-Parti Kontraenti konċernata tkun iddepożitat l-istrumenti tagħha ta' approvazzjoni jew ta' ratifika mas-Segretarjat tal-KEMT.

    4. Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet II u III ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw seba' xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim kif speċifikat fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament.

    L-Artikolu 19

    1. Wara li dan il-Ftehim ikun ilu fis-seħħ għal tliet snin, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(2), kwalunkwe Parti Kontraenti tista', permezz ta' notifikazzjoni indirizzata lis-Segretarjat tal-KEMT, titlob li ssir konferenza għall-iskop ta' revisjoni tal-Ftehim. Is-Segretarjat għandu jinnotifika mal-ewwel lill-Partijiet Kontraenti l-oħra bit-talba u għandu jistabbilixxi d-data u l-post tal-konferenza bi qbil mal-president fil-kariga mill-aħħar laqgħa plenarja u għandu jsejjaħ din l-konferenza fl-aktar data kmieni possibbli. Il-presidenza ta' dawn il-konferenzi għandha tkun koperta mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(2), b'analoġija.

    2. Safejn tkun konċernata l-approvazzjoni jew ir-ratifika tar-revisjoni tal-Ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti kollha, kif ukoll id-dħul fis-seħħ tar-revisjoni, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18 għandhom jgħoddu.

    L-Artikolu 20

    1. Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu.

    2. Kull Parti Kontraenti tista', min-naħa tagħha, tiddenunċja dan il-Ftehim fi żmien sena mill-1 ta' Jannar b'notifikazzjoni simultanja lill-Partijiet Kontraenti l-oħra permezz tas-Segretarjat tal-KEMT. Iżda, l-Ftehim ma jistgħax jiġi ddinunċjat matul l-ewwel erba' snin minn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu kif għalih hemm provdut taħt l-Artikolu 18(2).

    3. Sakemm il-ħames Partijiet Kontraenti li jinkludu l-Komunità Ekonomika Ewropea jkunu ddinunċjawh, it-tul ta' żmien ta' dan il-Ftehim għandu, malli jagħlaq il-perjodu ta' ħames snin li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1, ikun eżentat awtomatikament għall-perjodi suċċessivi ta' ħames snin.

    L-Artikolu 21

    Dan il-Ftehim, ifformulat fil-lingwa Franċiża, sakemm dan it-test huwa awtentiku, għandu jkun iddepożitat fl-arkivji tas-Segretarjat tal-KEMT li għandu jittrasmetti kopja ċċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

    F'xhieda ta' dan iffirmaw il-Plenipotenzjarji sottoskritti.

    Magħmul f'Dublin fis-sitta u għoxrin ta' Mejju, fis-sena-elf disa' mija tnejn u tmenin.

    Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

    +++++ TIFF +++++

    Għall-President Federali tar-Repubblika ta' l-Awstrija

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern ta' Spanja

    +++++ TIFF +++++

    Għall-President tar-Repubblika tal-Finlandja

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern tar-Renju tan-Norveġja

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern ta' l-Iżvezja

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Kunsill Federali Żvizzeru

    +++++ TIFF +++++

    Għall-President tar-Repubblika tat-Turkija

    +++++ TIFF +++++

    [1] ĠU Nru 147, tad-9.8.1966, p. 2688/66.

    [2] ĠU L 173, tat-22.7.1968, p. 8.

    [3] Il-volum tar-risoluzzjonijiet tal-KEMT, 1969, p. 67; il-volum tar-risoluzzjonijiet tal-KEMT, 1971, p. 133.

    --------------------------------------------------

    L-att finali

    Ir-Rappreżentanti

    TAL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    TAL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA

    TAL-GVERN TA' SPANJA

    TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA

    TAL-GVERN TAR-RENJU TAN-NORVEĠJA

    TAL-GVERN TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA

    TAL-GVERN TA' L-ISVEZJA

    TAL-KUNSILL FEDERALI TA' L-ISVIZZERA

    TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAT-TURKIJA

    Li jiltaqgħu f'Dublin illum, nhar is-sitta u għoxrin ta' Mejju fis-sena elf disa' mija tnejn u tmenin, għall-iffirmar tal-Ftehim, dwar it-Trasport Internazzjonali ta' passiġġieri bit-Triq, permezz ta' Servizzi Okkażjonali b'Coach u b'Xarabank (FSOT),

    li fil-ħin ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim ħadu nota ta' u approvaw id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

    1. Dikjarazzjoni mill-partijiet Kontaenti dwar l-Applikazzjoni tal-Ftehim,

    2. Dikjarazzjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim,

    3. Dikjarazzjoni mill-Partijiet Kontraenti dwar l-Iżvilupp tal-Ftehim.

    Magħmul f'Dublin nhar is-sitta u għoxrin ta' Mejju fis-sena elf disa' mija u tnejn u tmenin.

    Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-President Federali tar-Repubblika ta' l-Awstrija,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern ta' Spanja,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-President tar-Repubblika tal-Finlandja,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern tar-Renju tan-Norveġja,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Gvern ta' l-Iżvezja,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-Kunsill Federali ta' l-Iżvezja,

    +++++ TIFF +++++

    Għall-President tar-Repubblika tat-Turkija,

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Dikjarazzjoni mill-Partijiet Kontraenti dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim

    Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-miżuri ta' liberalizzazzjoni pprovduti taħt l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim għandhom jiġu nfurzati biss bejn il-Partijiet Kontraenti li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewropew dwar ix-xogħol ta' vetturi li huma nvoluti f'ħidmiet fi Trasport Internazzjonali bit-Triq (AETR) mill-1 ta' Lulju 1970, jew kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk li għalihom hemm provdut taħt il-AETR, għas-servizzi okkażżjonali rregolati minn dan il-Ftehim.

    Kull Parti Kontraenti li taħseb, għar-raġunijiet imsemmija fuq, li taddotta miżuri għan-nuqqas ta' applikazzjoni jew għas-sospenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' liberalizzazzjoni taħt l-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, tiddikjara li hija lesta li tikkonsulta mal-Parti Kontraenti relevanti qabel l-addozzjoni possibbli ta' dawn il-miżuri.

    --------------------------------------------------

    Dikjarazzjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim

    Fir-rigward ta' l-Artikolu 5, il-Komunità Ekonomika Ewropea tiddikjara li l-miżuri ta' liberalizzazzjoni stabbiliti għad-dħul ta' vettura mhux mgħobbija f'Parti Kontraenti oħra sabiex ittella' passiġġieri għall-vjaġġ lura għat-territorju tal-Parti Kontraenti fejn il-vettura hija rreġistrata għandhom japplikaw biss, fejn huwa konċernat ir-ritorn lejn it-territorju tal-Komunità Ekonomika Ewropea, għall-vjaġġi ta' ritorn għall-Istat Membru fejn il-vettura użata hija rreġistrata.

    --------------------------------------------------

    Dikjarazzjoni mill-Partijiet Kontraenti dwar l-iżvilupp tal-Ftehim

    Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li l-miżuri ta' liberalizazzjoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5 tal-Ftehim huma skond l-iżvilupp mixtieq tat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri u jirrappreżentaw f'dan ir-rigward għas-servizz okkażjonali, kontribut sinifikanti għat-tħaddim ta' servizzi bħal dawn. Fil-kuntest ta' dan il-Ftehim u tal-ftehim bilaterali, sejrin jippruvaw, wara li jikkunsidraw il-progress ma' l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni, jestendu l-iskop ta' din il-liberalizzazzjoni fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba. Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw ukoll li sejrin jagħmlu kwalunkwe sforz sabiex jissimplifikaw il-proċedura għall-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni meħtieġa għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 5(3) tal-Ftehim.

    --------------------------------------------------

    Top