Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R2225

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2225/79 tad-9 t’Ottubru 1979 li jemenda Regolament (KEE) Nru 1784/77 rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops

    ĠU L 257, 12.10.1979, p. 1–1 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1850

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/2225/oj

    31979R2225



    Official Journal L 257 , 12/10/1979 P. 0001 - 0001
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0135
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0157
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0135
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0276
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0276


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2225/79

    tad-9 t’Ottubru 1979

    li jemenda Regolament (KEE) Nru 1784/77 rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 235/79 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(4) li joħroġ minnu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi l-operazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1784/77 tad-19 ta’ Lulju 1977 rigward Iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops [3] uriet li l-iċċekkjar tal-piż nett tal-koni tal-ħops, li għandu jkun msemmi fiċ-ċertifikat, ikkawza f’ċerti każijiet diffikultajiet tekniċi; billi għandha ssir disposizzjoni ħalli tippermetti li l-piż gross ikun indikat fuq iċ-ċertifikat flimkien ma’ jew minflok il-piż nett,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 1784/77 huwa għalhekk emendat biex jinqara’ kif ġej:

    "(ċ) il-piż net u/jew gross;"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, 9 t’Ottubru 1979.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    D. O’malley

    [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1.

    [2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 4.

    [3] ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top