EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979L0373

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta’ April 1979 Dwar il-marketing ta’ għalf kompost

ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30–37 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/373/oj

31979L0373



Official Journal L 086 , 06/04/1979 P. 0030 - 0037
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0205
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0033
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 10 P. 0205
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0075
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0075


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-2 ta’ April 1979

Dwar il-marketing ta’ għalf kompost

(79/373/KEE)

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-artikoli 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-produzzjoni ta’ bhejjem miżmuma f’razzett għandha pożizzjoni importanti ħafna fl-agrikoltura tal-Komunità Ekonomika Ewropea; billi riżultati sodisfaċjenti jiddependu fil-parti l-kbira fuq l-użu ta’ għalf addattat u ta’ kwalità tajba;

Billi r-regoli li jirregolaw l-għalf huma importanti biex tiżdied il-produttività agrikola, minħabba r-rwol importanti li għandu l-għalf kompost f’dan ir-rigward;

Billi, meta jiġu stabbiliti regoli għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf kompost, għandu jiġi żgurat li dak l-għalf ikollu effett favorevoli fuq il-produzzjoni ta’ bhejjem miżmuma fl-irziezet; billi l-għalf għandu għalhekk ikun sustanzjuż, mhux imħallat u ta’ kwalità li jista’ jinbiegħ; billi m’għandux ikun ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-annimal jew tal-bniedem u lanqas għandu jitqiegħed fis-suq b’mod li jista’ jqarraq;

Billi huwa meħtieġ li min jużah jingħata tagħrif eżatt u bis-sens dwar l-għalf kompost għad-disposizzjoni tiegħu; billi, għalhekk, ta’ l-anqas il-livelli tal-kostitwenti analitiċi li jkollhom effett dirett fuq il-kwalità ta’ l-għalf għandhom jiġu dikjarati;

Billi, sakemm jiġu adottati aktar disposizzjonijiet, huwa meħtieġ, minħabba l-prassi eżistenti f’ċerti Stati Membri, li jiġi stabbilit temporanjament li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jeħtieġu dikjarazzjoni aktar sħiħa dwar il-kompożizzjoni ta’ l-għalf, fir-rigward kemm tal-kostitwenti analitiċi u l-ingredjenti; billi dawk id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu meħtieġa biss kif tipprovdi din id-Direttiva;

Billi, barra minn hekk, il-produtturi kollha ta’ l-għalf għandhom ikunu jistgħu juru fuq it-tikketti tagħhom ċertu tagħrif li jkun utli għax-xerrej; billi l-Istati Membri għandhom ukoll iżommu d-dritt li jawtorizzaw lill-produtturi sabiex jipprovdu aktar tagħrif;

Billi, sakemm jiġu adottati disposizzjonijiet tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu, jekk ir-regolamenti tagħhom ikun fihom dawn il-limitazzjonijiet meta din id-Direttiva tiġi adottata, ikomplu jeħtieġu li l-għalf kompost imqiegħed fis-suq fit-territorji tagħhom ikun immanifatturat minn ċerti ingredjenti jew li jkun ħieles minn ċerti ingredjenti;

Billi, sakemm il-metodi tal-Komunità ma jkunux għadhom ġew stabbiliti, l-Istati Membri ma jkunux kapaċi li jeħtieġu jew jippermettu li l-valuri ta’ enerġija jkunu indikati kemm-il darba dan ma jkunx meħtieġ jew permess fit-territorji tagħhom meta din id-Direttiva tiġi adottata;

Billi, sabiex tingħata protezzjoni biżżejjed lix-xerrejja, l-għalf kompost għandu normalment jitqiegħed fis-suq f’pakketti jew f’kontenituri ssiġillati; billi jidher meħtieġ, madanakollu, li jiġu permessi eċċezzjonijiet għal din ir-regola f’ċerti ċirkostanzi speċjali li għandhom jiġu definiti mill-Komunità;

Billi l-Istati Membrigħandhom jiżguraw li l-għalf kompost li jissodisfa d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jkunx suġġett fil-Komunità għal xi restrizzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ l-immarkar jew l-ippakkjar tiegħu;

Billi l-Istati Membrigħandhom jagħmlu arranġamenti addattati ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-konformità matul it-tqegħid fis-suq mad-disposizzjonijiet stabbiliti għall-għalf kompost;

Billi, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri intenzjonati u, b’mod partikolari, sabiex jiġu emendati u supplimentati fejn meħtieġ, għandha ssir disposizzjoni għal proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-kumitat permanenti dwar l-għalf stabbilit bid-deċiżjoni 70/372/KEE [4];

Billi din id-Direttiva fiha numru ta’ derogi nazzjonali; billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi inkluża disposizzjoni biex uħud minnhom jiġu reveduti f’perjodu speċifikat,

Addotta din id-Direttiva:

L- Artikolu 1

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-għalf kompost imqiegħed fis-suq fil-Komunità.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet dwar:

(a) għalf mhux imħallat;

(b) adittivi użati fl-għalf;

(ċ) l-iffissar ta’ livelli massimi permissibbli ta’ sustanzi mhux mixtieqa u prodotti fl-għalf;

(d) l-iffissar ta’ livelli massimi permissibbli ta’ fdalijiet ta’ pestiċidi fi jew fuq prodotti maħsuba għall-konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimal;

(e) l-organizzazzjoni tas-swieq fi prodotti agrikoli.

L- Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) għalf: sustanzi organiċi jew inorganiċi, użati waħedhom jew f’taħlitiet, sew jekk ikun fihom adittivi sew jekk le, għat-tmigħ ta’ l-annimali mill-ħalq;

(b) għalf kompost: sustanzi organiċi jew inorganiċi f’taħlitiet, sew jekk ikun fihom adittivi sew jekk le, għat-tmigħ ta’ l-annimali mil-ħalq fil-forma ta’ għalf komplut jew għalf komplimentari;

(ċ) razzjon ta’ kuljum: il-kwantità totali medja ta’ għalf, kalkolata fuq il-kontenut ta’ umdità ta’ 12 %, meħtieġa kuljum minn annimal jew speċi partikolari, kategorija ta’ l-età u produzzjoni, biex tissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu;

(d) għalf sħiħ: taħlitiet ta’ l-għalf li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, ikunu biżżejjed bħala r-razzjon ta’ kuljum;

(e) għalf kumplimentari: taħlitiet ta’ għalf li jkun fihom kontenut għoli ta’ ċerti sustanzi iżda li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, ikunu biżżejjed għar-razzjon ta’ kuljum biss jekk użati flimkien ma’ għalf ieħor;

(f) għalf minerali: għalf komplimentari kompost fil-biċċa l-kbira minn minerali u li jkun fihom ta’ l-anqas 40 % rmied mhux maħdum;

(g) għalf molassat: għalf komplimentari mħejji minn għasel iswed u li jkun fih ta’ l-anqas 14 % total ta’ zokkor espress bħala sukrosju;

(h) annimali: annimali li jkunu ta’ speċi normalment miżmuma u mitmugħin jew li jittieklu mill-bniedem;

(i) annimali domestiċi: annimali li jkunu ta’ speċji normalment mitmugħa u miżmuma, iżda mhux biex jittieklu, mill-bniedem, ħlief annimali mkabbra għall-pil.

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-għalf kompost jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun sustanzjuż, mhux imħallat u ta’ kwalità li jista’ jinbiegħ. Għandhom jistabbilixxu wkoll li l-għalf kompost ma’ jistax ikun ta’ ħsara għas-saħħa ta’ l-annimal jew tal-bniedem u ma jistax jiġi ppreżentat jew mqiegħed fis-suq b’mod li jista’ jqarraq.

L- Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-għalf kompost jista’ jitqiegħed fis-suq biss f’pakketti jew f’kontenituri ssiġillati. Għandhom jistabbilixxu wkoll li l-pakketti jew il-kontenituri għandhom ikunu ssiġillati b’tali mod li, meta l-pakkett jinfetaħ, is-siġill jinkiser u ma jkunx jista’ jerġa’ jintuża.

2. L-eċċezzjinijiet għall-prinċipju tal-paragrafu 1 li għandhom jiġu awtorizzati fuq livell tal-Komunità għandhom jiġu elenkati skond il-proċedura mniżżla fl-artikolu 13, sakemm l-identità u l-kwalità ta’ l-għalf kompost ikkonċernat jiġu żgurati.

L- Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-għalf kompost jista’ jitqiegħed biss fis-suq jekk id-dettalji elenkati hawn taħt, li għandhom ikunu jidhru b’mod ċar, li jistgħu jinqraw u li ma jistgħux jitħassru u li dwarhom il-produttur, dak li jippakkjah, l-importatur, il-bejjiegħ jew id-distributur stabbilit fil-Komunità għandu jinżamm responsabbli, ikunu mniżżla fuq il-pakkett jew kontenitur jew fuq tikketta mwaħħla magħhom:

(a) id-deskrizzjoni "għalf kompost";

(b) l-ispeċi jew il-kategorija ta’ annimali li għaliha jkun maħsub l-għalf kompost;

(ċ) l-iskop li għalih huwa maħsub l-għalf;

(d) direzzjonijiet għall-użu jekk dan ma jkunx ċar mid-dettalji li għalihom issir referenza f’(b) jew (ċ);

(e) id-dikjarazzjonijiet elenkati fis-sezzjoni 5 ta’ l-Anness;

(f) l-isem jew l-isem tal-kummerċ u l-indirizz jew uffiċċju reġistrat tal-persuna responsabbli għad-dettalji li għalihom jirreferi dan il-paragrafu;

(g) il-piż nett; fil-każ ta’ prodotti likwidi, il-volum nett jew il-piż nett.

Fil-każ ta’ għalf kompost magħmul minn mhux aktar minn tliet ingredjenti d-dettalji li għalihom issir referenza f’(b) u, meta xieraq, f’(ċ) u (d) m’għandhomx ikunu meħtieġa jekk l-ingredjenti użati jidhru b’mod ċar fid-deskrizzjoni.

2. L- Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-għalf kompost imqiegħed fis-suq f’tankers jew vetturi simili jew skond l-artikolu 4 (2) għandu jkun akkumpanjat minn dokument li jkun fih id-dettalji li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1. Għall-kwantitajiet żgħar ta’ għalf maħsuba għall-konsumatur finali, dawn id-dettalji jistgħu jinġiebu għall-attenzjoni tax-xerrej permezz ta’ avviż addattat.

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dettalji elenkati fil-paragrafu 1 (b) sa (e) u (g) jistgħu jintwerew biss f’dokument li jkun hemm magħhom.

4. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li d-dettalji kollha li ġejjin jew xi wħud minnhom jiġu indikati:

(a) it-tip ta’ għalf kompost, fejn xieraq, minnflok id-deskrizzjoni ‘ għalf kompost ‘;

(b) l-ingredjenti;

(ċ) id-dikjarazzjonijiet li għalihom jipprovdu s-sezzjonijiet 3, 4 u 6 ta’ l-Anness;

(d) id-data tal-manufattura;

(e) il-piż nett meta (oriġinarjament) ippakkjat minnflok il-piż nett imniżżel fil-1 (g) hawn fuq;

(f) il-kontenut ta’ trab tal-ħalib għal tmiegħ waqt it-treddiegħ, u l-kontenut ta’ ċereali fl-għalf kompost; f’dan il-każ id-dettalji ta’ l-ingredjenti l-oħra kif meħtieġa fl-artikolu 5 (7) m’għandhomx ikunu meħtieġa.

5. L-Istati Membrigħandhom jistabbilixxu li d-dettalji li ġejjin biss jistgħu jitqiegħdu fuq il-pakkett, il-kontenitur, it-tikketta jew id-dokument li jkun hemm ma’ l-għalf kompost, flimkien mad-dettalji elenkati fil-paragrafu 1:

(a) il-marka ta’ identifikazzjoni jew il-marka tal-kummerċ tal-persuna responsabbli għad-dettalji li għalihom issir referenza f’dan il-paragrafu;

(b) in-numru tal-lott;

(ċ) id-data finali għaż-żamma tal-prodott;

(d) il-pajjiż ta’ produzzjoni jew manufattura;

(e) il-prezz tal-prodott;

(f) direzzjonijiet għall-użu, fejn mhux meħtieġa mill-paragrafu 1;

(g) id-dikjarazzjonijiet elenkati fil-punt 7 ta’ l-Anness.

6. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-dettalji li ġejjin biss jistgħu jitqiegħdu wkoll fuq il-pakkett, il-kontenitur, it-tikketta jew id-dokument li jkun hemm ma’ l-għalf kompost, flimkien mad-dettalji elenkati fil-paragrafu 1:

(a) l-isem jew l-isem tal-kummerċ u l-indirizz jew uffiċċju reġistrat tal-manifattur meta dan ta’ l-aħħar ma jkunx responsabbli għad-dettalji tat-tikketta;

(b) l-isem kummerċjali tal-prodott;

(ċ) l-ingredjenti;

(d) meta xieraq, id-dettalji li għandhom x’jaqsmu mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14 (a);

(e) id-data tal-manifattura;

(f) id-dikjarazzjonijiet elenkati fil-punt 8 ta’ l-Anness.

7. Meta jingħataw id-dettalji ta’ l-ingredjenti, l-ingredjenti kollha preżenti għandhom jiġu elenkati, jew billi jingħataw il-kwantitajiet kollha ta’ kull ingredjent jew b’ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-proporzjon tagħhom fl-għalf kompost. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-użu ta’ xi waħda minn dawn iż-żewġ forom ta’ indikazzjoni, iżda mhux it-tnejn. Meta ebda miżuri ma jkunu ġew adottati skond l-artikolu 10 (b), l-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu xi ingredjenti flimkien skond il-kategorija jew iżommu l-kategoriji eżistenti u jippermettu li d-dettalji ta’ l-ingredjenti jiġu mibdula b’dawk li għandhom x’jaqsmu mal-kategoriji.

8. Kull tagħrif ieħor li jidher fuq l-ippakkjar, il-kontenituri, it-tikketti jew id-dokumenti li jkun hemm magħhom għandhom jintwerew b’mod separat mid-dettalji li għalihom jirreferu l-paragrafi 1 sa 7.

L- Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li d-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1, 2, 9.1 u 9.2 ta’ l-Annessgħandhom jgħoddu għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf kompost.

L- Artikolu 7

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-proċeduri stabbiliti fil-punti 3, 4, u 9.3 ta’ l-Annessgħandhom jgħoddu għat-tqegħid fis-suq ta’ għalf kompost. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiffissaw it-tolleranzi relevanti fil-każijiet li għalihom issir referenza fil-punt 9.3 ta’ l-Anness u għall-kostitwenti analitiċi ħlief għal dawk li għalihom issir referenza fihom.

L- Artikolu 8

Safejn il-liġijiet nazzjonali tagħhom jistabbilixxu hekk fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jillimitaw it-tqegħid fis-suq ta’ għalf kompost għal dak:

- miksub minn ċerti ingredjenti, jew

- ħieles minn ċerti ingredjenti.

L- Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għalf kompost ma jkunx suġġett, għal raġunijiet li jirrigwardaw id-disposizzjonijiet inklużi f’din id-Direttiva, għal restrizzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq ħlief għal dawk li għalihom tipprovdi din id-Direttiva.

L- Artikolu 10

Skond il-proċedura stabbilita fl-artikolu 13 u fid-dawl ta’ l-avvanzi fl-għerf xjentifiku u tekniku:

(a) l-emendi meħtieġa fl-Anness għandhom jiġu adottati;

(b) il-kategoriji għall-aggruppament ta’ ingredjenti għall-iskop tad-dikjarazzjonijiet skond l-artikolu 5 (4) u (6) jistgħu jiġu stabbiliti;

(ċ) il-metodi għall-kalkolu tal-valur ta’ enerġija fl-għalf kompost jistgħu jiġu stabbiliti.

L- Artikolu 11

Għall-iskopijiet ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri, id-dettalji li għalihom issir referenza fl-artikolu 5 (1) sa (7) għandhom jitniżżlu bil-miktub ta’ l-anqas f’wieħed mill-ilsna nazzjonali jew uffiċjali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni.

L- Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa għal spezzjoni uffiċċjali matul it-tqegħid fis-suq, ta’ l-anqas billi jittieħdu kampjuni, biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

L- Artikolu 13

1. Meta l-proċedura mniżżla f’dan l-Artikolu trid tiġi segwita, il-kwistjoni għandha tiġi referita mingħajr dewmien lill-kumitat permanenti dwar l-għalf, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-kumitat", mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta’ xi Stat Membru.

2. Il-voti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom jiġu mwieżna skond kif stabbilit mill-Artikolu 148 (2) tat-trattat. Il-president m’għandux jivvota.

3. Ir-rappreżentant tal-kummissjoni għandu jibgħat abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawk il-miżuri f’limitu ta’ żmien li l-president jista’ jiffissa wara li jkun ikkunsidra l-urġenza tal-kwistjoni mibgħuta għall-eżami. Opinjoni għandha tiġbor ta’ l-anqas 41 vot favur qabel ma tingħata.

4. Il-kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimentahom minnufih meta dawn ikunu jaqblu ma’ l-opinjoni tal-kumitat. Meta dawn ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-kummissjoni għandha tissottometti minnufih proposta lill-kunsill dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kunsill għandu jadotta l-miżuri b’maġġoranza kkwalifikata.

5. Jekk il-kunsill ma jkunx adotta xi miżuri fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi l-proposta, il-kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u timplimentahom minnufih ħlief meta l-kunsill ikun ivvota b’maġġoranza sempliċi kontra dawk il-miżuri.

L- Artikolu 14

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri:

(a) li jirrakkomandaw it-tipi ta’ għalf kompost li jkun iħares ċerti karatteristiċi analitiċi;

(b) li joqogħdu lura milli japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal għalf kompost li fir-rigward tiegħu jiġi ppruvat ta’ l-anqas b’xi marka xierqa li huwa maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

(ċ) li jonqsu milli japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ għalf kompost meta xi tikketta speċjali ta’ immarkar tagħti xhieda li jkun maħsub għal annimali miżmuma għal skopijiet xjentifiċi jew esperimentali.

L- Artikolu 15

Sa mhux aktar tard minn tliet snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, il-kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba, tibgħat lill-kunsill proposti għal emendi fid-Direttiva sabiex jinkiseb moviment ħieles ta’ għalf kompost u biex jiġu eliminati ċerti diskrepanzi li jirrigwardaw l-użu ta’ ingredjenti u b’mod partikolari l-ittikkettjar. Il-kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti sa mhux aktar tard minn ħames snin li jiġu wara n-notifika ta’ din id-Direttiva.

L- Artikolu 16

L-Istati Membr igħandhom idaħħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1981, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih javżaw lill-kummissjoni dwar dan.

L- Artikolu 17

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, it-2 ta’ April 1979.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Francois-Poncet

[1] ĠU C 34, tal-14.4.1971, p. 8.

[2] ĠU C 10, tal-5.2.1972, p. 35.

[3] ĠU C 4, ta' l-20. 1. 1972, p. 3.

[4] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p.1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

1. Il-livelli indikati jew li għandhom jiġu dikjarati għandhom x’jaqsmu mal-piż ta’ l-għalf kompost bħala tali, sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor.

2. Il-kontenut ta’ umdità m’għandux jeċċedi s-7 % f’għalf għal waqt it-treddiegħ u għalf ieħor kompost b’kontenut ta’ prodotti tal-ħalib li jaqbeż l-40 %.

3. Il-kontenut ta’ umdità m’għandux jeċċedi:

—f'għalf minerali li ma jkun fih ebda sustanzi organiċi: | 5,0 %, |

—f'għalf minerali li jkun fih sustanzi organiċi: | 10,0 %; |

—fl-għalf kompost l-ieħor kollu ħlief: | |

—qamħ sħiħ, | |

—għalf tal-molassi, | |

—għalf kompost nofsu xott, niedi u likwidu, b'dan illi l-livell tal-kontenut ta' l-umdità jista' jinqabeż meta jkunu ntużaw preżervattivi u sakemm il-kontenut ta' l-umdità u l-ħajja ta' l-għalf jiġu dikjarati: | 14,0 %. |

4. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, jistabbilixxu li l-livell ta’ rmied li ma jinħallx f’aċidu idrokloriku ma jkunx aktar minn 3.3 % tal-materjal niexef fil-każ ta’ għalf kompost magħmul prinċipalment minn prodotti sekondarji tar-ross, u 2.2 % tal-materjal niexef fil-każijiet l-oħrajn.

Madanakollu, dan il-livell jista’ jinqabeż fil-każ ta’:

- għalf kompost li jkun fih aġenti minerali awtorizzati li jgħaqqdu,

- għal kompost minerali, u

- għalf kompost li jkun fih aktar minn 50 % bċejjeċ jew polpa tal-pitravi,

Sakemm il-livell jiġi ddikjarat bħala perċentwali ta’ l-għalf bħala tali jekk ikun jaqbeż it-3.3 % tal-materjal niexef.

5. Dikjarazzjonijiet skond l-Artikolu 5 (1):

5.1. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ taħlitiet ta’ qamħ sħiħ, l-għalf kompost elenkat fil-5.2 u l-5.3 u għalf kompost għal annimali domestiċi ħlief klieb u qtates:

- proteini mhux maħduma,

- żjut u xaħmijiet mhux maħduma,

- fibra mhux maħduma,

- irmied mhux maħdum.

5.2. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf minerali

- irmied mhux maħdum.

- kalċju,

- fosfru,

- sodju.

5.3. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf tal-molassi:

- fibra mhux maħduma,

- total ta’ zokkor espress bħala sukrosju.

6. Dikjarazzjonijiet skond l-Artikolu 5 (4):

6.1. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi u kriterji ta’ għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ taħlitiet ta’ qamħ sħiħ, l-għalf kompost elenkat fis-6.2, is-6.3 u s-6.4 u għalf kompost għal annimali domestiċi minnbarra dawk elenkati fis-6.4:

—proteini li jinhallu, | |

—umdità, | |

—lamtu, | |

—total ta' zokkor espress bhala sukrosju, | |

—kalcju, | |

—manjesju, | |

—sodju, | |

—fosfru, | |

—cystine, | biss ghall-majjali, tjur u annimali li jixtarru qabel ma' jixtarru |

—lysine, |

—methionine, |

—valur ta' l-energija kkalkolat skond metodu rikonoxxut ufficjalment. | |

6.2. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf minerali:

- proteini mhux maħduma,

- proteini li jinħallu,

- żjut u xaħmijiet mhux maħduma,

- fibra mhux maħduma,

- manjesju,

- umdità,

- lysine (għall-majjali biss).

6.3. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf tal-molassi:

- proteini mhux maħduma,

- proteini li jinħallu,

- żjut u xaħmijiet mhux maħduma,

- irmied mhux maħdum,

- umdità.

6.4. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf għall-klieb u l-qtates:

- umdità.

7. Dikjarazzjonijiet skond l-Artikolu 5 (5):

7.1. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf kompost għall-klieb u l-qtates:

- kalċju,

- sodju,

- fosfru,

- umdità.

7.2. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi ħlief klieb u qtates:

- umdità,

- proteini mhux maħduma,

- żjut u xaħmijiet mhux maħduma,

- fibra mhux maħduma,

- irmied mhux maħdum,

- kalċju,

- sodju,

- fosfru,

8. Dikjarazzjonijiet skond l-Artikolu 5 (6):

8.1. Kontenut fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi u kriterji għall-għalf kompost, bl-eċċezzjoni ta’ għalf kompost għal annimali domestiċi u għalf kompost elenkat fit-8.2:

—umdità, | |

—lamtu, | |

—total ta' zokkor espress bhala sukrosju, | |

—proteini li jinhallu, | |

—kalcju, | |

—manjesju, | |

—sodju, | |

—fosfru, | |

—cystine, | biss ghall-majjali, tjur u annimali li jixtarru qabel ma' jixtarru |

—lysine, |

—methionine, |

—valur ta' l-energija kkalkolat skond metodu rikonoxxut ufficjalment. | |

8.2. Kontenuti fir-rigward ta’ kostitwenti analitiċi ta’ għalf minerali:

- proteini mhux maħduma,

- proteini li jinħallu,

- żjut u xaħmijiet mhux maħduma,

- fibra mhux maħduma,

- manjesju,

9. Meta, fuq spezzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 12, il-kompożizzjoni ta’ għalf kompost tinstab li ma tkunx skond il-kontenut ddikjarat, it-tolleranzi minimi li ġejjin għandhom ikunu permessi, bla ħsara għall-Artikolu 3:

9.1. Meta l-kontenut rekordjat ikun anqas mill-kontenut iddikjarat:

9.1.0. proteini mhux maħduma,

- unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 30 % jew aktar,

- 6 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 30 % iżda mhux anqas minn 15 %,

- 0.9 unitajiet għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-15 %.

9.1.1. proteini li jinħallu,

- 2.5 unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 25 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 25 % iżda mhux anqas minn 15 %,

- 1.5 unitajiet għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-15 %.

9.1.2. Zokkor total:

- 2 unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 20 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 20 % iżda mhux anqas minn 10 %,

- unità 1 għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-10 %.

9.1.3. lamtu,

- 2.5 unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 25 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 25 % iżda mhux anqas minn 10 %,

- unità 1 għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-10 %.

9.1.4. żjut u xaħmijiet mhux maħduma,

- 1.5 unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 15 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 30 % iżda mhux anqas minn 15 %,

- 0.8 unità għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-8 %.

9.1.5. fosfru, kalċju, manjesju, sodju totali:

- 1.5 unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 15 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 30 % iżda mhux anqas minn 1 %,

- 0.1 unità għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-1 %.

9.1.6. Methionine, lysine u cystine:

- 15 % tal-kontenut iddikjarat.

9.2. Meta l-kontenut irrekordjat ikun aktar mill-kontenut iddikjarat:

9.2.1. Umdità,

- unità 1 għal kontenut iddikjarat ta’ 10 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 10 % iżda mhux anqas minn 2 %,

- 0.2 unità għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn-2 %.

9.2.2. Irmied mhux maħdum.

- unità 1 għal kontenut iddikjarat ta’ 10 % jew aktar,

- 10 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 10 % iżda mhux anqas minn 5 %,

- 0.5 unità għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 5 %.

9.2.3. Fibra mhux maħduma,

- 1.2 unitajiet għal kontenut iddikjarat ta’ 8 % jew aktar,

- 15 % tal-kontenut iddikjarat għall-kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 8 %, iżda mhux anqas minn 4 %,

- 0.6 unità għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 4 %.

9.2.4. Irmied li ma jdubx f’aċidu idrokloriku:

- 10 % tal-kontenut iddikjarat ta’ kontenuti ddikjarati ta’ 3 % jew aktar,

- 0.3 unità għal kontenuti ddikjarati ta’ anqas minn 3 %.

9.3. Meta l-varjazzjoni innutata tkun fid-direzzjoni opposta għal dawk li għalihom issir referenza fid-9.1 u d-9.2 rispettivament:

9.3.1. - Proteini mhux maħduma, żjut u xaħmijiet mhux maħduma, total ta’ zokkor, lamtu: it-tolleranza tkun id-doppju ta’ dik permessa għal dawn is-sustanzi fid-9.1,

- Fosfru, kalċju, manjesju, sodju, irmied mhux maħdum fibra mhux maħduma: it-tolleranza tkun it-tripplu ta’ dik permessa għal dawn is-sustanzi fid-9.1 u fid-9.2.

--------------------------------------------------

Top