EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970L0524

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem

ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1–17 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(III) P. 840 - 856

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2010; Imħassar b' 32003R1831 U 32009R0767

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj

31970L0524



Official Journal L 270 , 14/12/1970 P. 0001 - 0017
Danish special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0743
English special edition: Series I Chapter 1970(III) P. 0840
Greek special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0060
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 4 P. 0082
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 4 P. 0082
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0118
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0118


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-23 ta' Novembru 1970

li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem

(70/524/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-produzzjoni ta' bhejjem tokkupa post importanti ħafna fl-agrikoltura tal-Komunità Ekonomika Ewropea;

Billi l-ksib ta’ riżultati sodisfaċenti jiddependi fil-parti l-kbira fuq l-użu ta' għalf għall-bhejjem ta' kwalità tajba u adattata;

Billi l-eżistenza ta' regoli li jirrigwardaw l-għalf għall-bhejjem hija essenzjali għal żieda fil-produttività agrikola; Billi l-għalf għall-bhejjem qiegħed, dejjem iżjed, jinvolvi l-użu ta' adittivi;

Billi d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri permezz tal-liġi, regolamenti jew azzjoni amministrattiva li jirrigwardaw adittivi fl-għalf għall-bhejjem, sakemm ikunu jeżistu, huma differenti bejniethom fir-rigward tal-prinċipji bażiċi tagħhom; billi għaldaqstant dawn jaffettwaw b'mod dirett l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq komuni u għalhekk għandhom jiġu armonizzati;

Billi, bħala regola ġenerali, "adittivi" tfisser sustanzi li jtejbu kemm l-għalf li jkunu inkorporati fih kif ukoll il-produzzjoni tal-bhejjem; billi, għal din ir-raġuni, l-antibijotiċi għandhom jiġu meqjusa wkoll bħala adittivi minħabba li, meta jintużaw fi kwantitajiet żgħar, ikollhom effett nutrizzjonali fiżjoloġiku, għalkemm meta jintużaw fi kwantitajiet kbar ikollhom effett mediċinali;

Billi dawn is-sustanzi ma għandhomx jiġu użati f'għalf għall-bhejjem bl-iskop ewlieni ta' dijanjożi, trattament jew prevenzjoni ta' marda; billi għandhom, madanakollu, jiġu awtorizzati għall-għan ewlieni sabiex itejbu l-għalf għall-bhejjem billi jipprevjenu defiċjenzi nutrizjonali;

Billi, barra minn hekk, ċerti sustanzi li huma purament mediċinali bħall-koċċidjostati għandhom, matul l-ewwel fażi, jiġu meqjusa fir-rigward ta' għalf għall-bhejjem bħala adittivi, minħabba li bosta Stati Membri ilhom jużawhom għall-profilassi kollettiva, prinċipalment fit-trobbija tat-tjur; billi, madanakollu, dawn għandhom jiġu eżaminati aktar jekk tiġi mfassla direttiva dwar l-għalf mediċinali għall-bhejjem;

Billi l-prinċipju bażiku wara r-regoli f'dan il-qasam għandu jkun li dawk l-adittivi li huma msemmija f'din id-Direttiva biss jistgħu jkunu jinsabu f'għalf għall-bhejjem u biss jekk ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti hawn taħt, u li adittivi bħal dawn ma jkunux jistgħu, soġġetti għall-eċċezzjonijiet li għalihom hemm provdut, jintużaw fi kwalunkwe mod ieħor għall-għanijiet ta' tmiegħ ta' bhejjem;

Billi huwa meħtieġ, fil-ħin meta jiġu awtorizzati l-adittivi, li jkun żgurat li dawn ikollhom effett favorevoli fuq il-karatteristiċi ta' l-għalf għall-bhejjem li magħhom jiġu miżjuda jew fuq il-produzzjoni tal-bhejjem; billi m’għandhomx ipoġġu s-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem fil-perikolu u lanqas ma għandhom jagħmlu ħsara lill-konsumatur ta' prodotti ta' bhejjem; billi, soġġetti għall-eċċezzjonijiet li għalihom hemm provdut, ikun ta' min wieħed jeżamina jekk adittivi bħal dawn issa jkunux jistgħu jiġu użati għat-trattament jew prevenzjoni ta' mard jew jekk għadx hemm raġunijiet serji għar-restrizzjoni ta' l-użu tagħhom għal skopijiet mediċi jew veterinarji;

Billi, minħabba s-sitwazzjoni speċjali ta' ċerti Stati Membri, u b'mod partikolari minħabba s-sistemi ta' tmiegħ tal-bhejjem differenti tagħhom, f'ċerti każijiet hemm bżonn li jkunu permessi derogi mill-prinċipji msemmija fuq għal livell aċċettabbli għas-saħħa tal-bhejjem u għal dik tal-bniedem;

Billi l-Istati Membri għandhom iżommu l-poter li jissospendu l-użu ta' ċerti adittivi jew li jnaqqsu l-livelli massimi tagħhom jekk is-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem tkun ipperikolata; Billi l-Istati Membri ma għandhomx, madanakollu, jkunu jistgħu jirrikorru għal dak il-poter sabiex jostakolaw il-moviment liberu tad-diversi prodotti;

Billi għandu jiġi provdut li l-għalf għall-bhejjem li jkun fih adittivi jiġi ttikkettjat b'mod speċjali sabiex il-konsumatur ikun jista' jsir jaf in-natura ta' l-adittiv u jkun protett kontra frodi; billi din id-disposizzjoni tirreferi partikolarment għal għalf għall-bhejjem supplimentari li jkun fih konċentrati ta' ċerti adittivi;

Billi regoli tal-Komunità m’għandhomx japplikaw għal għalf għall-bhejjem intenzjonat għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, minħabba li ġeneralment, dawn ta' l-aħħar japplikaw regoli differenti;

Billi, sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet stabbiliti fir-rigward ta' adittivi huma matul it-tqegħid fuq is-suq, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta' kontroll adattati;

Billi l-għalf għall-bhejjem li jissodisfa dawn ir-rekwiżiti għandu jkun soġġett biss għar-restrizzjonijiet tat-tqegħid fuq stabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi, sabiex l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tiġi faċilitata, għandha tkun applikata proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti ta' l-Għalf għall-Bhejjem;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L- Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tgħodd għal adittivi fl-għalf għall-bhejjem.

L- Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) Adittivi: sustanzi li, meta inkorporati f'għalf għall-bhejjem, x'aktarx jaffettwaw il-karatteristiċi tagħhom jew il-produzzjoni tal-bhejjem;

(b) Għalf għall-bhejjem: sustanzi organiċi jew inorganiċi, użati waħidhom jew f'taħlitiet, kemm jekk ikun fihom u kemm jekk ma jkunx fihom adittivi, għal tmiegħ orali tal-bhejjem;

(ċ) Razzjon ta' kuljum: il-kwantità totali medja ta' għalf għall-bhejjem, maħduma fuq kontenut ta' umdità ta' 12 %, meħtieġa kuljum minn bhima ta' speċi, kategorija ta' età u produzzjoni partikolari, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet kollha tagħha;

(d) Għalf komplet għall-bhejjem: taħlitiet ta' għalf għall-bhejjem li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, ikunu biżżejjed għal razzjon ta' kuljum;

(e) Għalf għall-bhejjem supplimentari: taħlitiet ta' għalf għall-bhejjem li jkollhom kontenut għoli ta' ċerti sustanzi u li, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, ikunu biżżejjed għal razzjon ta' kuljum biss jekk jintużaw flimkien ma' għalf għall-bhejjem ieħor;

(f) Taħlitiet minn qabel: konċentrati adittivi maħsuba għall-manufattura industrijali ta' għalf għall-bhejjem kompost.

L- Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li, fir-rigward ta' għalf għall-bhejjem, dawk l-adittivi biss li jkunu mniżżla fl-Anness I jistgħu jiġu nkorporati f'għalf għall-bhejjem u soġġetti biss għar-rekwiżiti stabbiliti fihom. Dawn l-adittivi ma jistgħux jiġu użati fi kwalunkwe forma oħra ta' għalf għall-bhejjem.

2. Il-kontenut massimu u minimu mniżżel fl-Anness I jirreferi għall-għalf komplet għall-bhejjem.

3. It-taħlita ta' adittivi msemmija f'din id-Direttiva għandha tkun permessa f'għalf għall-bhejjem biss fejn, fir-rigward ta' l-effetti mixtieqa, ikun hemm kompatibilità fiżika u kimika bejn il-komponenti tat-taħlita.

4. Antibijotiku (l-Anness I (A) u l-Anness II (A)) jista' jiġi mħallat ma' antibijotiku ieħor wieħed biss, kemm-il darba jkun diġa hemm provvedimenti f'dawk l-Annessi għat-taħlita li tkun għad trid tiġi prodotta. Il-komponenti ma jkunux jistgħu jappartjenu għall-istess grupp kimiku. Il-livell massimu awtorizzat ta' kull komponent għandu jkun dak stabbilit minn din id-Direttiva, mnaqqas għal livell fi proporzjon għall-perċentwal tiegħu fit-taħlita.

5. Il-koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (Anness I (D) u Anness II (B) ma jistgħux jiġu mħallta flimkien kemm-il darba ma jkunx hemm diġà pprovvedimenti għat-taħlita f'dawk l-Annessi.

6. L-Istati Membri jistgħu, għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi, jipprovdu għal derogi mid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, 3, 4 jew 5 fuq il-kondizzjoni li jkun hemm sorveljanza uffiċjali adegwata.

7. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, matul perjodu ta' ħames snin wara n-notifika ta' din id-Direttiva, iżidu, għat-territorju tagħhom stess, il-livell massimu ta' antibijotiċi awtorizzat (l-Anness I (A)), minbarra fil-każ tas-sustanzi E 709, E 711 u E 712, skond kif ġej:

(a) Oleandomycin, sa 25 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem:

(b) għat-tjur, minbarra papri u wiżż, minn meta jfaqqsu sa l-aħħar tar-raba' ġimgħa;

(ċ) għall-majjali, minn meta jitwieldu sa l-aħħar tat-tmien ġimgħa;

(d) L-antibijotiċi l-oħra kollha, sa 50 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem:

(a) għat-tjur, minbarra papri u wiżż, minn meta jfaqqsu sa l-aħħar tar-raba' ġimgħa;

(b) għall-għoġġiela, ħrief u gidjien, minn meta jitwieldu sa l-aħħar tas-sittax-il ġimgħa;

(ċ) għall-majjali, minn meta jitwieldu sa l-aħħar tat-tmien ġimgħa;

(d) għall-bhejjem imrobbija għall-pil tagħhom.

L- Artikolu 4

1. B'deroga mill-Artikolu 3 (1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ dawn li ġejjin ġewwa t-territorju tagħhom:

(a) matul perjodu ta' ħames snin minn wara n-notifika ta' din id-Direttiva, is-sustanzi li jappartjenu għal gruppi minbarra dawk imniżżla fl-Anness I, sakemm it-testijiet juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl--Artikolu 6 (2) (A) huma sodisfatti. Din id-deroga ma għandhiex tapplika għal sustanzi li jkollhom effett ormonali jew anti-ormonali;

(b) matul perjodu ta' ħames snin minn wara n-notifika ta' din id-Direttiva, is-sustanzi elenkati fl-Anness II, sakemm it-testijiet juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl--Artikolu 6 (2) (A) huma sodisfatti;

(ċ) urea għal bhejjem adulti li jixtarru, sakemm it-testijiet juru li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 (2) (A) huma;

(d) molibdenu, sa 25 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem;

(e) selenju, sa 0.5 ppm ta' l-għalf komplet għall-bhejjem;

(f) zakkarina.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bil-miżuri kollha meħuda taħt il-paragrafu 1 u għandhom jipprovdu d-dokumenti li huma jikkonsidraw li jiġġustifikaw l-awtorizazzjoni tagħhom.

L- Artikolu 5

Fi żmien perjodu raġonevoli wara l-awtorizzazzjoni ta' adittiv minn Stat Membru taħt l-Artikolu 4 (1) (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsidra jekk, minħabba d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, l-adittiv ikunx jista' jiġi nkluż fl-Anness I jew jekk l-awtorizzazzjoni tkunx tista' tiġi rrevokata. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposti addattati lill-Kunsill, li għandu jaġixxi kif stabbilit fl-Artikolu 6.

L- Artikolu 6

1. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u fid-dawl ta' informazzjoni xjentifika u teknika:

- jiffissa l-kriterji ta' purità għal adittivi li jirrigwardaw din id-Direttiva,

- jadotta kwalunkwe emendi li jkollhom isiru għall-Anness I.

2. Meta jemenda l-Anness I, il-Kunsill għandu japplika l-prinċipji li ġejjin:

A. Sustanza għandha tiġi nkluża fl-Anness I biss jekk:

(a) ikollha effett favorevoli fuq il-karatteristiċi ta' dak l-għalf għall-bhejjem jew fuq il-produzzjoni tal-bhejjem meta nkorporata f'għalf għall-bhejjem bħal dan;

(b) fil-livell permess fl-għalf għall-bhejjem din ma tipperikolax is-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem u lanqas ma tagħmel ħsara lill-konsumatur billi tbiddel il-karatteristiċi ta' prodotti tal-bhejjem;

(ċ) in-natura u l-livell tagħha fl-għalf għall-bhejjem jkunu jistgħu jiġu kkontrollati;

(d) fil-livell permess fl-għalf għall-bhejjem, it-trattament jew il-prevenzjoni ta' mard tal-bhejjem ikun eskluż; din il-kondizzjoni ma tapplikax għal sustanzi tat-tip imniżżel fl-Anness I (D);

(e) għal raġunijiet serji li jikkonċernaw is-saħħa tal-bniedem jew dik tal-bhejjem l-użu tagħha jista' jiġi llimitat għal għanijiet mediċi jew veterinarji.

B. Sustanza għandha titħassar mill-Anness I jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet imniżżla taħt A ma tkunx sodisfatta aktar.

L- Artikolu 7

1. Meta l-użu fl-għalf għall-bhejjem ta' wieħed mill-adittivi mniżżel fl-Anness I jew il-livell massimu stabbilit għal adittiv bħal dan jista' jpoġġi fil-perikolu s-saħħa tal-bhejjem jew dik tal-bniedem, Stat Membru jista', għal perjodu massimu ta' erba' xhur, jissospendi l-awtorizzazzjoni sabiex jintuża dak l-adittiv jew jista' jnaqqas il-livell massimu stabbilit. Huwa għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti ta' l-Għalf għall-Bhejjem stabbilit b'Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1970 [2].

2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jiddeċiedi bla telf ta' żmien jekk l-Anness I għandux jiġi emendat u, jekk ikun hekk, għandu jadotta permezz ta' direttiva l-emendi meħtieġa. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll, jekk ikun hemm bżonn, jestendi għal perjodu massimu ta' sena l-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1.

L- Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-għalf għall-bhejjem supplimentari, dilwit kif speċifikat, ma jkunx fih livelli ta' l-adittivi msemmija f'din id-Direttiva li jaqbżu dawk stabbiliti għall-għalf komplet għall-bhejjem.

L- Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-livelli ta' antibijotiċi (l-Anness I (A)), antiossidanti (Annex I (B)), koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (Anness I (D)), vitamini D (Anness I (H) Nru 1) u ta' traċċi ta’ elementi (Anness I (I)) f'għalf għall-bhejjem supplimentari u taħlitiet lesti minn qabel ikunu jistgħu jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti għal għalf komplet għall-bhejjem biss fil-każ ta':

(a) materjali li jiġu kkonsenjati lil manifatturi ta' għalf għall-bhejjem kompost jew lill-fornituri tagħhom;

(b) għalf għall-bhejjem supplimentari li Stat Membru jkun awtorizza sabiex ikun disponibbli lill-konsumaturi kollha fuq il-kondizzjoni li l-livell ta' antibijotiċi, vitamini D jew traċċi ta’ elementi ma jaqbiżx ħames darbiet il-livell massimu stabbilit;

(ċ) għalf għall-bhejjem supplimentari li jkun maħsub għal ċerti speċi ta' bhejjem u li Stat Membru jkun permess li jawtorizza li jkun disponibbli ġewwa t-territorju tiegħu lill-konsumaturi kollha minħabba sistemi ta' tmigħ speċjali, fuq il-kondizzjoni li l-livell tagħhom ma jaqbiżx:

- għal antibijotiċi, 1000 ppm;

- għal antiossidanti, koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra, ħames darbiet il-livell massimu stabbilit;

- għall-vitamini D, 200000 IU/kg.

Din id-disposizzjoni m’għandhiex tapplika fil-każ ta' awtorizzazzjoni mogħtija taħt is-sottoparagrafu (b).

2. L-awtorizzazzjoni taħt il-paragrafu 1 (b) jew (ċ) tista' tingħata biss jekk l-għalf għall-bhejjem ikun fih karatteristiċi kompożizzjonali (fir-rigward ta', per eżempju, proteini jew minerali) li fil-prattika jiżguraw li l-livell ta' adittivi stabbilit għal għalf komplet għall-bhejjem ma jkunx maqbuż u li l-għalf għall-bhejjem ma jiġix użat għal speċi ta' bhejjem minbarra dawk li għalihom ikun maħsub. L-awtorizzazzjoni ta' għalf ta’ din ix-xorta għandha tiġi stabbilita permezz ta' konsultazzjoni minn qabel bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf għall-Bhejjem.

L- Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li għalf għall-bhejjem li jkun fih xi waħda mis-sustanzi mniżżla hawn taħt ikun jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk is-sustanza tkun speċifikata fuq l-ippakkjar, jew direttament jew permezz ta' tikketta li tagħti d-dettalji li ġejjin:

(a) antibijotiċi: in-natura, il-livell u d-data ta' skadenza tal-garanzija ta' dak il-livell;

(b) sustanzi li għandhom effetti antiossidanti: in-natura;

(ċ) koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra (Anness I (D)): in-natura, il-livell u l-kondizzjonijiet ta' użu kif speċifikat fl-Anness;

(d) materja li tagħti l-kulur, li tinkludi pigmenti, mniżżla fl-Anness I (F) Nru 2: in-natura;

(e) Vitamini A, D u E: in-natura, il-livell u d-data ta' skadenza tal-garanzija ta' dak il-livell;

(f) ram: livell imfisser bħala Cu, jekk jaqbeż il-50 ppm;

(g) adittivi awtorizzati taħt l-Artikolu 4 (1) (a): natura u livell.

Għandha ssir referenza għal dawn is-sustanzi permezz tat-terminoloġija li tkun daħlet fl-użanza.

2. Fil-każ ta' oġġetti bil-massa, id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw fuq dokument mehmuż ma' l-oġġetti.

3. Il-preżenza ta' traċċi ta’ elementi u ta' vitamini minbarra vitamini A, D u E, ta' provitamini u jistgħu jiġu ndikati sustanzi attivi simili oħra jekk l-ammonti ta' dawn is-sustanzi preżenti jkunu jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta' metodi ta' analiżi uffiċjali. F'każijiet bħal dawn għandhom jingħataw id-dettalji li ġejjin:

(a) għal traċċi ta’ elementi: natura u livell;

(b) għal sustanzi oħra: in-natura, il-livell u d-data ta' skadenza tal-garanzija ta' dak il-livell.

4. Kwalunkwe referenza għal adittivi minbarra dawk fil-forma stabbilita f'din id-Direttiva għandha tkun projbita.

L- Artikolu 11

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-għalf għall-bhejjem supplimentari li jkun fih adittivi f'ammonti akbar mil-livelli massimi stabbiliti għal għalf komplet għall-bhejjem jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk l-ippakkjar:

(a) jkun fih il-kliem "għalf għall-bhejjem supplimentari" u jindika n-natura ta' l-għalf għall-bhejjem;

(b) jagħti direzzjonijiet għall-użu u l-istruzzjoni addizzjonali li ġejjin:

"Dan l-għalf għall-bhejjem jista' jintuża biss għal… (speċi u kategorija ta' età tal-bhima)… sa kwantita ta'… grammi għal kull kilogramma ta' razzjon ta' kuljum."

Dawn id-dettalji għandhom ikunu skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness I. Din id-disposizzjoni m’ għandhiex tapplika għal materjali kkunsinnjati lil manufatturi ta' għalf għall-bhejjem kompost jew lill-fornituri tagħhom.

2. Id-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 (b) għandha tkun ifformulata b'tali mod li, meta tkun segwita sew, il-proporzjon ta' adittivi ma jaqbiżx il-livell massimu stabbilit għal għalf komplet għall-bhejjem.

L- Artikolu 12

Meta l-għalf għall-bhejjem jitpoġġa fis-suq ta' l-Istati Membri l-oħra, għandhom jingħataw id-dettalji li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 10 u 11 f'ta' mill-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta' destinazzjoni.

L- Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għalf li jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandu jkun soġġett, fir-rigward tal-preżenza jew nuqqas ta' adittivi u fir-rigward ta' mmarkar, għall-ebda restrizzjoni fis-suq minbarra għal dawk stabbiliti minn din id-Direttiva.

L- Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-bhejjem ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe restrizzjoni fuq is-suq b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva..

L- Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-għalf għall-bhejjem impoġġi fuq is-suq ikun ikkontrollat uffiċjalment, ta’ mill-anqas b'kontrolli fuq kampjuni, sabiex jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jkunux sodisfatti.

L- Artikolu 16

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal għalf għall-bhejjem li jkun jidher, għallinqas b'indikazzjoni xierqa, li jkun għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

L- Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom, fi żmien sentejn minn meta jiġu notifikati, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom.

L- Artikolu 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 23 ta' Novembru 1970.

F'isem il-Kunsill

Il-President

W. Scheel

[1] ĠU C 135, ta' l-14.12.1968, p. 20.

[2] ĠU L 170, tat-3.8.1970, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Nru tal- KEE | Adittivi | Deskrizzjoni tal-Formula kimika | Speċi ta' bhejjem | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjonijiet oħra |

| | ppm ta' għalf komplet | ppm ta' għalf komplet |

A)Antibijotiċi

E 700 | Bacitracin zinc | C66H103O16N17SZn Antibijotiċi ta' polypeptides li jkun fihom 12-20% ta' zingu | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 |

E 701 | Tetraċilin (imfisser bħala idrokloru) | C22H24O8N2-HCl | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

E 702 | Klorotetraċilin (imfisser bħala idrokloru) | C22H23O8N2Cl-HCl | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 |

E 703 | Ossitetraċilin (imfisser bħala idrokloru) | C22H24O9N2-HCl | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 |

E 704 | Oleandomycin | C35H61012N (basżi) Antibijotiku amacrolide | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 2 | 10 |

Majjali | 6 xhur | 2 | 10 |

E 705 | Peniċillina-G-potassju [1] | C16H18N2O4S | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

E 706 | Peniċillina-G-sodju | C16H18NaN2O4S |

E 707 | Peniċillina-G-procaine [1] | C 29H38N4O6S-H2O |

E 708 | Peniċillina-G-benzathine [1] | C 48H56N6O8S2 | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 |

E 709 | Peniċillina-G-(sodju, procaine) – (taħlita ta' streptomycin: 3 partijiet ta' (a) peniċillina-G- (sodju, procaine) sa 7 partijiet ta' (b) streptomycin | a)C16H18NaN2O4S | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 |

C29H38N4O6S-H2O | — | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

b)C21H39O12N7 | Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 |

E 710 | Spiramycin | I.I C45H78O15N2 | (bażi) | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

II.II C47H80O16N2 |

III.III C48H82O16N2 |

Antibijotiċi macrolide | Għoġġiela | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Ħrief u gidjien | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

— | 5 | 80 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 5 | 20 |

E 711 | Virginiamycin | I.I C26H35N3O7 | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 5 | 20 |

II.II C43H49N7O10 |

Majjali | 6 xhur | 5 | 20 |

E 712 | Flavomycin | C70H124N6O40P | Tjur (minbarra papri, wiżżat, tiġieġ li jbidu) | 10 ġimgħat | 0,5 | 20 |

Għoġġiela | 6 xhur | 6 | 16 |

— | 8 | 16 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Majjali | 6 xhur | 1 | 20 |

— | 10 | 25 | Tmigħ bil-ħalib biss |

Bhejjem mrobbija għall-pil | — | 2 | 4 |

B)Anti-ossidanti

1.Is-sustanzi kollha awtorizzati permezz ta' regoli tal-Komunità għall-protezzjoni ta' għalf għall-bhejjem kontra l-ossidazzjoni: | | |

E 321 | a)Butylated hydroxy-toluene (BHT) | 2,6-di-tert-butyl-p-cresol | — | — | 150 | Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi minn regoli tal-Komunità |

b)Oħrajn | | | 100 |

E 322 | Ethyoxyquin | 1,2-dihydro-6-ethoxy – 2,2,4-trimethylquinoline | — | — | 150 |

C)Sustanzi aromatiċi u li jqanqlu l-aptit

Il-prodotti naturali kollha u l-prodotti sintetiċi li jikkorrespondu | | | — | — | — |

D)Koċċidjostati u sustanzi mediċinali oħra

E 750 | Amprolium | 1-(4-amino-2-propylpyrimidin-5-yl-methyl) - 2-methyl-pyridinium chloride hydrochloride | Tjur | — | 62,5 | 125 | L-użu huwa projbit mill-età minn meta jibdew ibidu 'l quddiem u mill-inqas 3-ijiem qabel il-qatla |

E 751 | Amproliumethopabate (taħlita: 25 parti ta' 9a) amprolium għal 1.6 partijiet ta' (b) ethopabate) | a)1-(4-amino-2- propylprimidin-5-yl-methyl)-2-methyl-pyridinium chloride hydrochloride | Tiġieġ, dundjani | — | 66,5 | 133 | L-użu huwa projbit mill-età ta' meta jbidu 'l quddiem u ta' mill-inqas 3-ijiem qabel il-qatla |

b)methylsic 4-acetamido-2-ethoxybenzoate |

E 752 | Dinitolmide | 3-5-Dinitrol-o-toluamide | Tjur | — | 62,5 | 125 | L-użu huwa projbit mill-età ta' meta jibdew ibidu 'l quddiem u ta' l-inqas 3-ijiem qabel il-qatla |

E 753 | Buquinolate | Ethyl6,7-di iso-butoxy-4-hydroxy quinoline-3-carboxylate | Tiġieġ għat-tismin | — | 82,5 | 82,5 | L-użu huwa projbit mill-età ta' meta jibdgħu jbidu 'il quddiem u ta' l-inqas 3-ijiem qabel il-qatla |

E)Emulsjonanti

| Is-sustanzi kollha awtorizzati mir-regoli tal-Komunità li jirrigwardaw l-għalf għall-bhejjem | | | | — | — | — | Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi minn regoli tal-Komunità |

F)Sustanzi li jagħtu l-kulur li jinkludu pigmenti

| 1.Carotenoids u xanthophylls: | | | Tjur | — | — | 80 (total) | Konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' l-għoti tal kulur ta' l-għalf għall-bhejjem minn regoli tal-Komunità |

E 160 | Capsanthin | C40H58O3 | | |

E 160 | Beta-apo-8-carotenal | C30H40O | | |

E 160f | Ester etile ta' aċidu beta-apo-8-karotiniku | C32H44O2 | | |

E 161b | Luteina | C40H56O2 | | |

E 161ċ | Cryptoxanthin | C 40H56O | | |

E 161e | Violaxanthin | C40H56O | | |

E 161g | Cantahxanthin | C40H52O2 | | |

E 161h | Eaxanthin | C40H56O2 | | |

| 2.Is-sustanzi l-oħra li jagħtu l-kulur lill-għalf għall-bhejjem awtorizzati minn regoli tal-Komunità | | | | — | — | — | Permessi f'għalf għall-bhejjem biss a)fil-prodotti pproċessati ta' skart ta' l-għalf għall-bhejjemi)ċerejali jew dqiq manojku żnaturat permezz ta' aġenti permessi li jagħtu lewn aħmar;ii)jew sustanzi bażi oħra żnaturati permezz ta' aġenti permessi jew mogħtija kuluriii)matul preparazzjoni teknika sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni meħtieġa matul il-manufattura; ub)b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-rigward ta' dawn is-sustanzi minn regoli tal-Komunità |

| G)Stabbilizzaturi | | | | — | — | — | |

E 400 | Aċidu alġiniku | | | | |

E 401 | Alġinat tas-sodju | | | | |

E 404 | Alġinat tal-kalċju | | | | |

E 410 | Agar-agar | | | | |

E 411 | Carragheen Carragheenius Carragheenates Carragheenanes | | | | |

E 412 | Dqiq taż-żerriegħa tal-ħarrub | | | | |

E 415 | Gomma thragacanth | | | | |

E 416 | Gomma arabika | | | | |

E 440 | Sustanzi pektiċi | | | | |

Nru tal-KEE | Adittivi | Deskrizzjoni tal-Formula kimika | Speċi ta' annimal | Età massima | Kontenut massimu IU/kg ta' għalf komplet għall-bhejjem jew tar-razzjon ta' kuljum | Disposizzjonijiet oħra |

| |

H.Vitamini, provitamini u sustanzi kimikament ddefiniti tajjeb li għandhom effett simili

E 670 | 1.Vitamina D2 | Majjali | — | 2000 | |

| Qżieqeż | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss | Użu simultanju tal-Vitamina D3 huwa projbit |

| Bhejjem tal-fart | — | 4000 | |

| Ngħaġ u ħrief | — | 4000 | |

| Għoġġiela | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss |

| Żwiemel | — | 4000 | |

| Speċi oħra (minbarra tjur) | — | 2000 | |

E 671 | Vitamina D3 | | Majjali | — | 2000 | |

| Qżieqeż | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss | Użu simultanju tal-Vitamina D2 huwa projbit |

| Bhejjem tal-fart | — | 4000 | |

| Ngħaġ u ħrief | — | 4000 | |

| Għoġġiela | — | 10000 | Tmigħ bil-ħalib biss |

| Żwiemel | — | 4000 | | |

| Tiġieġ li jbidu | — | 3000 | | |

| Tjur oħra | — | 2000 | | |

| Speċi oħra | — | 2000 | | Użu simultanju tal-Vitamina D2 huwa projbit |

2.Is-sustanzi kollha fil-grupp minbarra l-Vitamina D | | | — | — | | |

Nru tal-KEE | Komponent | Adittivi | Formula kimika | Il-kontenut massimu ta' l-element f'ppm ta' l-għalf komplet tal-bhejjem |

I. | | | |

E 1 | Ħadid – Fe | | | 1250 (total) |

Ferrous fumarate | FeC4H2O4 | |

Ferrous citrate | Fe3(C6H5O7)2-6 H2O | |

Ferrous carbonate | FeCO3 | |

Ferrous chloride | FeCl2-4 H2O | |

Ferric chloride | FeCl3-6 H2O | |

Ferric oxide | Fe2O3 | |

Ferrous sulphate | FeSO4-7 H2O | |

E 2 | Jodju – I | | | 40 (total) |

Calcium iodate | Ca(IO3)2-6 H2O | |

Anhydrous calcium iodate | Ca(IO3)2 | |

Sodium iodide | Na I | |

Potassium iodide | K I | |

E 3 | Kobalt – Co | | | 10 (total) |

Aċetat tal-kobalt | Co(CH3COO)2-4 H2O | |

Karbonat bażiku tal-kobalt | 2 CoCO3-3 Co(OH)2 - H2O | |

Klorur tal-kobalt | CoCl2-6 H2O | |

Sulfat tal-kobalt | CoSO4-7 H2O | |

Sulfat tal-kobalt monoidrat | CoSO4-H2O | |

Nitrat tal-kobalt | Co(NO3)2-6 H2O | |

E 4 E 4 (ikompli) | Ram – Cu | | | Majjali: 125 (total) Speċi oħra ta' bhejjem: 50 (total) |

Aċetat tar-ram | Cu(CH3COO)2-H2O | |

Karbonat tar-ram bażiku, monoidrat | CuCO3-Cu(OH)2-H2O | |

Klorur tar-ram | CuCl2-2 H2O | |

Ossidu tar-ram | CuO | |

Sulfat tar-ram | CuSO4-5 H2O | |

E 5 | Manganiż – Mn | | | 250 (total) |

Karbonat tal-manganiż | MnCO3 | |

Klorur tal-manganiż | MnCl2-4 H2O | |

Fosfat idroġenu tal-manganiż | MnHPO4-3 H2O | |

Ossidu tal-manganiż | MnO | |

Ossidu tal-manganiż | Mn2O3 | |

Sulfat tal-manganiż | MnSO4-4 H2O | |

Sulfat tal-manganiż, monoidrat | MnSO4-H2O | |

E 6 | Zingu – Zn | | | 250 (total) |

Zinc lactate | Zn(C3H5O3)2-3 H2O | |

Aċetat taż-żingu | Zn(CH3-COO)2-2 H2O | |

Karbonat taż-żingu | ZnCO3 | |

Klorur taż-żingu, monoidrat | ZnCl2-H2O | |

Ossidu taż-żingu | ZnO | |

Sulfat taż-żingu | ZnSO4-7 H2O | |

Sulfat taż-żingu, monoidra | ZnSO4-H2O | |

[1] Proporzjonijiet bħal għall-peniċillina -G- sodju; 1 ppm peniċillina-G-Na jew - K = 1,66 ppm peniċillina G procaine = 1,66 IU/kg.

--------------------------------------------------

l-ANNESS II

Nru | Adittivi | Deskrizzjoni, formula kimika |

A.Antibijotici

1 | Bacitracin manganese | C66H103O16N17S Mn, Kumpless ta' nianganiż ta' polypeptides |

2 | Erythromycin | C37H67O13N (base), mactolides |

3 | Hygromycin B | C15H28010N2 |

4 | Neomycin | C23H46O12N6 |

5 | Soframycin | Piz molikulari ta' bejn 1400 u 1500 |

6 | Tylosin | C45H79O17N (base), macrolides |

B.Koccidjostati u sustanzi medicinali ohra

1 | Decoquinate | C24H3505N Ethyl 6-decyloxy-7'ethoxy-4-hydroxyquinoline-3-carboxylate |

2 | Dimitridazole | l,2-Dimethyl-5-nitroimidazole |

3 | Acinitrazole(aceryleneheptine) | 2-acetylamino-5-nitrothiazole |

4 | Furazolidone | 3-(5-nitrofurfurylideneamino)-oxazolidin-2-one |

5 | Clopidol | 3,5-Dichloro-2,6-dimethyl-4-pyridinol |

6 | Nicarbazin | 4,4-dinitrocarbanilide + 2-hydroxy-4,6-dimethyl-pyrimidine |

7 | Nitrofurazone | 5-nitro-2-furfurylidene semicarbazone |

8 | Sulphaquinoxaline | 2-p-aminobenzenesulphonamidoquinoxaline |

9 | "Whitsyn" (Sulphaquinoxaline +Pyrimethamine) | 2-p-aminobenzenesulphonamidoquinoxaline +2,4-diamino-5(4-cholorophenyl)-6-ethylpyrimidine |

10 | (Sulphaquinoxaline +Diaveridine) | 2-p-aminobenzenesulphonamidoquinoxaline+2,4-diamino-5 (3,4 dimethoxybenzyl-pyrimidine) |

11 | (Sulphadimethoxyne +Diaveridine} | 2,4-dimethoxy-6-sulphaniIamido-l,3-diazine +2,4-diamino-5(3,4 dimethoxy-benzylj-pyrimidine |

12 | Ronidazol | (l-methyl-2-carbamoyloxymethyI-5-nitroimidazole |

13 | Bifuran(nitrofurazone +furazolidone) | 5-nitro-2-furfurylidene semicarbazone +3-(5-nitrofurfurylidene-amino)-oxazolidin-2-one |

14 | Methylbenzoquate | C22H23O4N |

15 | Piperazine | |

16 | Nitrovin | l,5-di(5-nitro-2-furyl)-l,4-pentadien-3-one-amidinohydrazone-hydrochloride |

C.Emulsjonanti

1 | Esters ta' polyethyleneglycol | |

2 | "Tween 80" | PolyoxyethyleneSorbitan-monooleate |

D.Stabbilizzaturi

1 | Carboxymethylcellulose | [C6H7O2(OH)x(OCH2COONa)y]n x = 2,00 to 2,40; y = – 00 to 0,60; x + y = 3,00 |

2 | Ethers tac-celluloża | |

3 | Gelatina | |

E.Adittivi oħra

1 | Lignosulphonates Kaolin (sustanzi użati bħala binders fil-granulazzjoni ta' ghalf ghall-bhejjem) | |

2 | Silika u komposti tas-silika (dispersants u anti-agglutinanti) | |

3 | Acidu propjoniku u 1-imluha tieghu | C3H6O2 |

4 | Citranaxanthine | C33H44O |

5 | Myxoxantophyl | C40H56O7 jew C40H58O7 |

--------------------------------------------------

Top